Jista' il-Viċi Prim Ministru jgħid liema huma dawk l-organizzazzjonijiet, għaqdiet u kunsilli lokali li s'issa taw l-appoġġ tagħhom għall-proposta biex il-liġi kontra l-abort tiġi entrenched fil-Kostituzzjoni? Jista' jgħid meta kull organizzazzjoni, għaqda u kunsill lokali informa lill-ministeru tiegħu bid-deċiżjoni meħuda?
Response (BORG, TONIO)
L-informazzjoni mitluba mill-Onor. Interpellant hi kif tidher fuq it-Tabella li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra.
L-ittri ta' appoġġ waslu l-Ministeru bejn is-7 u l-31 ta' Mejju 2005.
Jista' il-Viċi Prim Ministru jgħid kemm inqabdu prostituti jitlajjaw bejn it-13 u l-20 ta' Ġunju 2005 u fejn? Kemm inqabdu tfal taħt l-eta' f'postijiet ta' divertiment fl-istess żmien?
Response (BORG, TONIO)
Ninsab infurmat illi bejn it-13 u l-20 ta' Ġunju 2005 kien hemm 9 persuni li nqabdu mill-Pulizija jitlajjaw għal skopijiet ta' prostituzzjoni fl-inħawi ta' l-Msida, Marsa u Ta' Xbiex, filwaqt li fl-istess perijodu ma kien hemm ebda każ ta' żgħażagħ taħt is-sittax-il sena li nstabu f'postijiet ta' divertiment.
Jista' il-Viċi Prim Ministru jgħid jekk hux permess li persuna taħdem fuq id-dgħajsa tagħha quddiem id-dar tagħha stess għal ftit jiem sakemm tkun tista' tniżżilha fil-baħar? Jekk fl-affermattiv, huwa meħtieġ xi tip ta' permess? Jekk iva, kemm hu l-ħlas?
Jista' il-Viċi Prim Ministru jgħid jekk il-pulizija ta' l-għassa ta' Buġibba kenux irċevew xi lmenti matul din is-sena dwar klieb li kienu marbuta f'postijiet pubbliċi, inkluż f'postijiet li huma frekwentati ħafna mit-tfal? X'passi ttieħdu mill-pulizija?
Response (BORG, TONIO)
Ninsab infurmat illi mir-rekords disponibbli ma jirriżultax li kien hemm rapport kif imsemmi mill-Onorevoli Interpellant.
Jista' il-Viċi Prim Ministru jgħid kemm hu n-numru ta' każi li fil-preżent tressqu quddiem il-public service commission? Kemm ilha l-aktar talba li hija pendenti?
Response (BORG, TONIO)
Nassumi li l-Onor. Interpellant qed jirreferi għal każi ta’ dixxiplina li fil-preżent tressqu quddiem il-Kummissjoni dwar is-Servizz Pubbliku u li għadhom mhux konklużi. It-tagħrif dwar il-każi li jirrigwardjaw id-Dekasteru tal-Ġustizzja u ta’ l-Intern huwa s-segwenti:-
Dipartiment
Numru ta’ każi
L-aktar talba li ilha pendenti
Servizzi Korrettivi
1
Ġunju 2005
Taqsima Proprjeta’ tal-Gvern
1
Ġunju 2005
Pulizija
3
Marzu 2005
Qrati Ċivili
2*
Diċembru 2002
*Qed jistennew l-eżitu ta' kawża kriminali quddiem il-Qrati Kriminali.
Jista' il-Viċi Prim Ministru jgħid jekk ir-rave party li sar fiċ-Ċirkewwa fil-5 ta' Ġunju kellux bżonn il-permess tal-kunsill lokali tal-Mellieħa u jekk iva, meta ngħata? Jekk il-permess tal-kunsill ma ngħatax, allura kif ħarġet il-permessi l-pulizija?
Billi l-party li sar f'Paradise Bay fil-5 ta' Ġunju u li fih ġara każ ta' overdose li għal ftit ma kienx fatali, kien qed isir f'post 'il bogħod mill-isptar u f'post fejn aċċess għall-ambulanza hu mpossibbli u billi bejn Marzu u Awissu jkun qed ibejjet l-għasfur nazzjonali l-merill, jista' il-Viċi Prim Ministru jgħaddi l-oġġezzjoni tiegħi għall-ħruġ ta' permessi simili fil-futur fl-istess inħawi lill-control permits board tal-pulizija?
Response (BORG, TONIO)
Is-suġġeriment ta' l-Onor. Interpellant ser jiġi kunsidrat.
Jista' il-Viċi Prim Ministru jgħid fl-ewwel sitt xhur tas-sena kemm kien hemm tfal taħt l-eta' li nqabdu f'postijiet ta' divertiment? F'liema lokalitajiet? Ittieħdu passi billi s-sidien tressqu l-qorti f'kull każ?
Response (BORG, TONIO)
Ninsab infurmat illi matul din is-sena l-Pulizija bdiet proċeduri quddiem il-Qorti kontra 14-il persuna responsabbli minn postijiet ta' divertiment, wara li kienu nstabu 31 persuna taħt is-sittax-il sena, f'postijiet ta' divertiment ġewwa San Ġiljan, B'Bugia, iż-Żurrieq u l-Fgura.
Jista' il-Viċi Prim Ministru jgħid fl-ewwel sitt xhur tas-sena kemm-il persuna nqabdet tpejjep fejn mhux suppost, bħal f'karozzi tal-linja, swali u teatri taċ-ċinema, fl-isptarijiet, skejjel, eċċ.? Jista' jagħti l-informazzjoni għal kull waħda separatament?
Response (BORG, TONIO)
Ninsab infurmat illi matul l-ewwel sitt xhur ta' din is-sena il-Pulizija bdiet proċeduri kriminali quddiem il-Qorti kontra 116-il persuna talli pejpu f'postijiet fejn it-tipjip huwa projbit.
Jista' il-Viċi Prim Ministru jgħid fl-ewwel sitt xhur tas-sena kemm-il darba ttieħdu passi bil-qorti kontra sidien talli ħallew li jsir tipjip fl-istabiliment tagħhom? Kemm-il każ ġie deċiż?
Response (BORG, TONIO)
Ninsab infurmat illi matul l-ewwel sitt xhur ta' din is-sena il-Pulizija bdiet proċeduri kriminali quddiem il-Qorti kontra 16-il persuna talli ppermettew tipjip fl-istabbilimenti tagħhom. Kien hemm tnejn li nstabu ħatja, ħamsa ġew liberati filwaqt li l-proċeduri kontra d-disgħa l-oħra għadhom pendenti.
Jista' il-Viċi Prim Ministru jgħid jekk id-droga li tinqabad mill-pulizija tiġix ittestjata qabel ma tiġi distrutta biex jiġi żgurat li l-purita' tagħha hija l-istess, bħal meta nqabdet? Kif isir il-proċess ta' distruzzjoni u min ikun preżenti?
Kemm ġie distrutt is-sena l-oħra u din is-sena?
Kien hemm diskrepanzi fil-purita' bejn meta saret is-sejba u qabel ma nqerdet?
Response (BORG, TONIO)
Filwaqt li nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-Tweġiba li jien tajt għall-Mistoqsija Parlamentari Nru. 8974, ninsab infurmat illi d-distruzzjoni tad-droga ssir skond l-Ordni tal-Qorti. Wara jsir rapport (proċess verbal) tal-proċedura kollha għas-sodisfazzjoni tal-Qorti skond il-liġi.
Qatt ma rriżultaw id-diskrepanzi ntavolati fid-domanda.
Jista' il-Viċi Prim Ministru jgħid kemm hawn pulizija llum u x'rank għandhom? Kemm hemm nisa u irġiel u kemm ilhom fil-korp? Kemm hemm membri li ilhom aktar minn 25 sena u kif u f'liema sezzjoni, skwadri, eċċ. huma mqassmin?
Response (BORG, TONIO)
Ninsab infurmat illi fil-preżent hemm 1,726 membru fil-Korp tal-Pulizija. Dawn huma mqassma kif ġej:
Irġiel
Nisa
Aktar minn 25 sena servizz
Kummissarju
1
-
1
Deputat Kummissarju
1
-
1
Assistent Kummissarju
9
-
7
Supretendent
20
1
10
Spettur
76
15
9
Surġent Maġġur
1
-
1
Surġent
282
25
49
Kuntistabbli
1,086
209
90
Ma nħossx li tagħrif aktar dettaljat dwar l-operat tal-Korp tal-Pulizija għandu jkun ippublikat.
Dipartiment ta' l-artijiet — Triq ġdida fil-Manikata
Question
Jista' il-Viċi Prim Ministru jinformana għaliex id-dipartiment ta' l-artijiet ħareġ il-permessi sabiex tintuża art ta' raba' saqwi għall-iżvilupp ta' triq li l-pjanti tagħha qed jintbagħtu separatament?
Jista' il-Viċi Prim Ministru jinformana meta d-dipartiment ta' l-artijiet iltaqa' jew kellem lill-bdiewa li jaħdmu r-raba' in kwestjoni?
Response (BORG, TONIO)
It-toroq jikkonċernaw lill-Awtorita' tat-Trasport Pubbliku u d-Dipartiment tal-Artijiet jittermina l-kirja ta' art tal-gvern jew jesproprja art privata li tiġi indikata mill-Awtorita' tat-Trasport Pubbliku bħala meħtieġa għat-triq.
Ninsab infurmat illi f'dan il-każ, l-art indikata fuq il-pjanti hija art privata u sa issa d-Dipartiment tal-Artijiet ma rċeviet l-ebda talba għall-esproprju.
Jista' il-Viċi Prim Ministru jgħid f'liema stadju waslet l-applikazzjoni sabiex isir ix-xogħol fuq bankini ġo Triq il-Kostituzzjoni, il-Mosta fuq in-naħa ta' fejn hemm l-istabilimenti tal-Falcar u tal-Paramount? Jista' jgħid meta ser ikunu approvati l-fondi relattivi? Jista' jgħid ukoll jekk ingħatax permess sabiex ġot-triq stess u fl-istess naħa ssir kaxxa tal-parking li nżebgħet safra?
Response (BORG, TONIO)
Bħal ma jaf l-Onor. Interpellant, il-Kunsilli Lokali huma korpi statutorji ta' gvern lokali b'personalita' legali distinta u għalhekk nissuġerilu jirreferi l-mistoqsija tiegħu lill-Kunsill Lokali konċernat.
Awtoritajiet ta' l-immigrazzjoni — Persuna li qed titlob permess biex issegwi kors f'pajjiżna
Question
Jista' il-persuna li dettalji dwaru qed jintbagħtu separatament, jingħata l-permessi meħtieġa mill-awtoritajiet ta' l-immigrazzjoni biex ikun jista' jsegwi kors ta' studju f'pajjiżna li ħallas, applika u ġie aċċettat għalih u qrabatu lesti jżommuh?
Response (BORG, TONIO)
Ninsab infurmat illi r-raġuni li ngħatat fit-talba oriġinali sabiex il-persuna msemmija tingħata visa kienet li dan kien ġej għall-btala u sabiex iżur lil ħuh li kien jgħix Malta. Din it-talba kienet ġiet milqugħa. Wara biss għoxrin ġurnata li kien ilu għall-btala f'Malta, dan talab estensjoni tal-visa, sabiex isegwi kors ta' studju. Fid-dawl ta' dawn iċ-ċirkostanzi, din it-talba ma ġietx aċċettata u ġie mogħti żmien sa l-aħħar ta' Mejju sabiex jitlaq minn Malta. Għaldaqstant jekk il-persuna msemmija mill-Onorevoli Interpellant, għadu f'Malta, dan qiegħed hawn bi ksur tal-liġi.
Jista' il-Viċi Prim Ministru jgħid kemm ġew imwettqa serqiet matul Ġunju, 2005? Jista' jikklassifika s-serq? Jista' jgħid kemm ġew solvuti matul Ġunju 2005?
Response (BORG, TONIO)
Ninsab infurmat illi matul Ġunju 2005 il-każi ta’ serq li ġew irrapurtati lill-Pulizija kienu kif jidher hawn taħt, filwaqt li matul l-istess xahar il-Pulizija solviet 61 każ ta’ serq.
Hold up1
Pick Pocketing24
Snatch & grab14
Serq minn dgħajjes7
Serq ta’ dgħajjes5
Serq ta’ karozzi49
Serq minn karozzi246
Serq minn residenzi78
Serq minn barijiet / lukandi65
Serq minn xtajtiet83
Serq minn fabbriki2
Serq minn ħwienet26
Serq ieħor251
Jista' il-Viċi Prim Ministru jgħid kemm ġew imwettqa reati matul Ġunju, 2005? Jista' jikklassifika r-reati? Jista' jgħid kemm ġew solvuti reati matul Ġunju, 2005?
Response (BORG, TONIO)
Ninsab infurmat illi t-tagħrif mitlub fl-ewwel u fit-tieni partijiet tal-Mistoqsija Parlamentari huwa kif jidher fit-Tabella hawn taħt. Dwar l-aħħar parti tal-Mistoqsija, ninsab infurmat illi matul Ġunju 2005 kien hemm 31 persuna misjuba ħatja ta’ reati kriminali.
Reati rrapurtati lill-Pulizija matul Ġunju 2005
Against morals/honour - family6
Arson15
Attempted offences97
Bodily harm108
Damage332
Drugs5
Forgery6
Fraud16
Illegal immigration18
Pretended right1
Prostitution5
Sexual offences3
Theft851
Threats and private violence4
Violation of places of confinement*1
Violence against public officers5
* Irregular immigrant escaped on 16.06.05 whilst for treatment at St Luke’s hospital.
Jista' il-Viċi Prim Ministru jgħid kemm inqabdu persuni taħt l-eta' f'postijiet ta' divertiment il-weekend li għadda - dak ta' bejn l-10 u t-12 ta' Ġunju? Jista' jgħid kemm ikunu nqabdu fil-weekend ta' bejn is-17 u d-19 ta' Ġunju peress li din il-mistoqsija se titwieġeb wara li jkun għadda dan il-weekend?
Response (BORG, TONIO)
Ninsab infurmat illi fil-jumejn imsemmija mill-Onorevoli Interpellant ma kienx hemm każijiet fejn inqabdu persuni taħt is-sittax-il sena f'postijiet ta' divertiment.
Jista' il-Viċi Prim Ministru jgħid kemm kien in-numru preċiż ta' pulizija li kienu xogħol waqt ir-rave party li sar ġewwa Paradise Bay fil-5 ta' Ġunju, fejn kollega tagħhom ħadet overdose?
Response (BORG, TONIO)
Ninsab infurmat illi kien hemm 30 membru tal-Korp tal-Pulizija dettaljati għal party imsemmi mill-Onorevoli Interpellant.
Jista' il-Viċi Prim Ministru jgħid kemm inqabdu prostituti jitlajjaw f'Ta' Xbiex, Msida u Gżira kuljum bejn l-4 u t-13 ta' Ġunju, 2005? Meta jwieġeb din il-mistoqsija, jista' jgħid kemm se jkunu nqabdu kuljum bejn it-13 u l-20 ta' Ġunju, 2005?
Response (BORG, TONIO)
Ninsab infurmat li t-tagħrif mitlub mill-Onorevoli Interpellant huwa kif jidher hawn taħt:
6 ta' Ġunju - 1
8 ta' Ġunju - 3
9 ta' Ġunju - 3
12 ta' Ġunju - 1
13 ta' Ġunju - 3
16 ta' Ġunju - 1
TOTAL - 12