Public Private Partnerhsip — Kontribuzzjonijiet ta' l-Anzjani
Question
Tista' il-Ministru tgħid kemm inġabru flus mill-kontribuzzjonijiet ta' l-anzjani residenti taħt l-iskema tal-public private partnership matul is-sena 2004 minn Villa Messina, Casa Arkati u Carsa Serena?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Ninsab infurmata li t-tagħrif mitlub hu kif jidher fit-Tabella li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra.
Tista' il-Ministru tara li jiġi nvestigat jekk il-persuna - id-dettalji tagħha qed jintbagħtu separatament - hix qed tirċievi l-ammont korrett ta' benefiċċju ta' reġistrar li fil-preżent huwa ta' Lm40.38c fil-ġimgħa? Jista' dan l-individwu jiġi nformat bil-miktub jekk hux jirċievi l-ammont korrett?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Ninsab infurmata li l-persuna ndikata mill-Onor. Interpellant ġiet infurmata dwar il-każ tagħha bil-miktub mid-Dipartiment konċernat.
Tista' il-Ministru tgħid fiex wasal l-aġġustament tal-pensjoni ta' l-ex ħaddiema tal-kumpannija UCIMCO billi l-aħħar ftehim kollettiv relevanti kien ġie ffirmat f'Diċembru tas-sena 2002?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-Tweġiba li jien tajt għall-Mistoqsija Parlamentari Numru 8213 f'Seduta 176.
Tista’ il-Ministru tara li jiġi nvestigat il-każ ta’ koppja anzjana – id-dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament – minħabba li tnaqqsilha s-sussidju mill-housing authority minn Lm70 għal Lm50?
.
Response (CRISTINA, DOLORES)
Ninsab infurmata li l-każ tal-koppja ndikata mill-Onor. Interpellant ġie nvestigat u rriżulta li s-sussidju preżenti fuq il-kera ta' Lm50 fis-sena hu korrett.
Tista' il-Ministru tgħid kemm hemm care orders għal tfal minuri sad-data li tiġi mwieġba din l-interpellanza? Huwa possibbli li jintqal kemm minnhom huma għal tfal Maltin u għal tfal barranin?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Ninsab infurmata li preżentament in-numru ta' tfal minuri protetti b'Care Order hu 191, li minnhom 55 huma mmigranti rregolari minuri mhux akkumpanjati.
Tista' l-Ministru tgħid fl-ewwel għaxar xhur ta’din is-sena x’kien in-numru totali ta’nies li talbu u ngħataw il-kura għal kontra d-droga fiċ-Ċentri Detox f’Malta u Għawdex? Kemm kienu rġiel u kemm nisa? Kemm minn dawn kienu barranin? Ta’ liema nazzjonalita` kienu?
Response (CRISTINA, DOLORES)
It-tagħrif mitlub dwar l-ewwel tmien xhur tas-sena hu kif jidher fit-Tweġiba li jien tajt għall-Mistoqsija Parlamentari Numru 7757 f'Seduta Numru 177.
Ninsab infurmata li t-tagħrif mitlub dwar Settembru u Ottubru 2004 qed jinġabar u Tweġiba dwar dawn ix-xhur tingħata f'xi Seduta oħra.
Tista' l-Ministru tgħid minn dawk in-nies li żaru ċ-ċentri Detox fl-ewwel għaxar xhur tas-sena, x’kienet l-eta’ ta’ l-iżgħar u kemm kien l-akbar wieħed/a li ngħataw kura tad-ditossifikazzjoni għall-ewwel darba? Tista' l-Ministru tgħid jekk hux qed issir xi kampanja aggressiva biżżejjed indirizzata lejn iż-żgħażagħ biex jitbiegħdu mid-droga?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Ninsab infurmata li fil-perijodu ndikat mill-Onor. Interpellant l-iżgħar persuna li attendiet iċ-Ċentru tad-Detox kellha 17-il sena filwaqt li l-akbar waħda kellha 56 sena.
Ninsab infurmata wkoll li l-Aġenzija Sedqa, permezz tat-Taqsima tal-Prevenzjoni Primarja, tagħmel regolarment programmi fl-iskejjel sekondarji fil-klassijiet minn Form I sa Form V, partikolarment f'dawk li huma meqjusa bħala l-aktar f'riskju. Għaddejjin kampanji oħra fil-medja, inkluż artikoli fil-gazzetti u reklami, b'enfażi fuq il-konsum ta' l-alkoħol. Reċentement ġie wkoll prodott Interactive CD immirat għaż-żgħażagħ li tpoġġa fuq il-website ta' l-Aġenzija.
Barra dawn l-inizjattivi, it-tim tal-Prevenzjoni Sekondarja fi ħdan l-Aġenzija Sedqa għaddej fuq bażi regolari b'outreaches f'parties u f'postijiet iffrekwentati miż-żgħażagħ u skejjel post-sekondarji.
Dipartiment għall-Akkomodazzjoni Soċjali — Każ ta' Żgumbrament
Question
Tista' il-Ministru tgħid x'passi se jieħu d-dipartiment għall-akkomodazzjoni soċjali biex jipprovdi post alternattiv lill-inkwilini ta' post privat fil-Ħamrun - dettalji dwaru qed jintbagħtu separatament - li qed jistennew sentenza ta' żgumbrament
Response (CRISTINA, DOLORES)
Ninsab infurmata li d-Dipartiment għall-Akkomodazzjoni Soċjali ma ġie nfurmat b'ebda żvilupp dwar il-każ sussegwentament għall-preżentazzjoni ta' kopja ta' ittra, li ġġib id-data tas-17 ta' Marzu 2003, mill-avukat tas-sid lill-inkwilin fejn dan ta' l-aħħar ġie mgħarraf li jekk ma jirritornax ċ-ċwievet tal-post kienu ser jittieħdu passi legali kontrih.
Tista' il-Ministru tgħid għaliex persuna - dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament - twaqfulu l-benefiċċji soċjali kollha li qiegħed joħloqlu tbatija żejda lilu u lill-familja tiegħu?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Ninsab infurmata li ma jirriżultax li l-persuna ndikata mill-Onor. Interpellant twaqfulha xi benefiċċji soċjali li kienet qed tieħu.
Ninsab infurmata wkoll li din il-persuna ġiet infurmata bil-miktub f'dan is-sens mid-Dipartiment tas-Sigurta' Soċjali.
Tista' il-Ministru tgħid fejn waslet it-talba quddiem id-dipartiment għall-akkomodazzjoni soċjali ta' persuna - dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament - li ħafna drabi kellha ssib refuġju f'dar Merħba Bik?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Jien infurmata li l-applikazzjoni qed tiġi kkunsidrata flimkien m'oħrajn simili.
Tista' il-Ministru tgħid jekk huwiex kwantifikat fi flus, imqar bejn wieħed u ieħor, il-valur fis-suq tal-postijiet battala li hawn f'Malta u f'Ghawdex? Xi kemm huwa dan l-ammont?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Ebda Dipartiment jew entita' li taqa' taħt id-dekasteru tiegħi ma żżomm statistika dwar l-informazzjoni mitluba mill-Onor. Interpellant.
B'riferenza għat-talba tal-persuna - dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament - tista' il-Ministru tgħid jekk is-sit indikat f'Ħaż-Żabbar huwiex ta' l-awtorita' tad-djar?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Ninsab infurmata li l-Awtorita' tad-Djar ma tistax tikkonferma jekk is-sit hux tagħha jew le jekk ma jkolliex pjanta li tindika eżatt għal liema sit f'Haż-Żabbar qed jirreferi l-Onor. Interpellant.
Tista' il-Ministru tgħid fejn waslet it-talba quddiem id-dipartiment għall-akkomodazzjoni soċjali ta' anzjan mill-Belt - dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament - li qed iħallas Lm18 kera fix-xahar?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Ninsab infurmata li l-applikazzjoni tal-persuna li għamel referenza għaliha l-Onor. Interpellant qed tiġi kkunsidrata mid-Dipartiment għall-Akkomodazzjoni Soċjali flimkien ma oħrajn simili.
Tista' il-Ministru tgħid x'passi se tieħu l-awtorita' tad-djar biex il-persuna li d-dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament tibbenefika mis-servizz care and repair?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Ninsab infurmata li mir-rekords ta' l-Awtorita' tad-Djar ma jirriżultax li l-persuna li għamel referenza għaliha l-Onor. Interpellant tgħix fl-indirizz indikat.
Tista' il-Ministru tgħid fejn waslet it-talba quddiem id-dipartiment għall-akkomodazzjoni soċjali biex inkwilina ta' post tal-gvern mill-Isla (H18898) tbiddel ma' post ieħor tal-gvern mis-Siġġiewi (H18778)
Response (CRISTINA, DOLORES)
Ninsab infurmata li fil-futur qarib id-Dipartiment għall-Akkomodazzjoni Soċjali ser jibgħat għall-inkwilini li rrefera għalihom l-Onor. Interpellant biex jiffirmaw il-kuntratt dwar il-bdil.
Tista' il-Ministru tara li tinħareġ xi tip ta' għajnuna soċjali lill-familja - dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament - li ma għandha l-ebda dħul u tinsab bi problemi kbar finanzjarji u ta' faqar?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Ninsab infurmata li l-persuna ndikata mill-Onor. Interpellant ġiet infurmata bil-miktub mid-Dipartiment tas-Servizzi Soċjali dwar il-każ tagħha.