X'inhu l-pakkett, inklużi fringe benefits li s-Sur Joseph Tabone se jieħu bħala chairman tal-communications authority?
Response (GALEA, ĊENSU)
Jien infurmat li l-Awtorita' ta' Malta dwar il-Komunikazzjoni għadha ma ġietx maħtura, u għalhekk is-Sur Joseph Tabone għadu ma ngħatax ħatra formali bħala Chairman ta' din l-Awtorita'. Minħabba f'hekk il-pakkett li qed jitlob informazzjoni dwaru l-Onor. Membru għadu ma ġiex iffissat.
Għalissa huwa ġie maħtur b'mod temporanju biex jaqdi d-dmirijiet ta' Designate Chairman kif ukoll dawk ta' Chief Executive Officer.
Jista' l-Ministru jgħid jekk hemmx xi ħsieb li ssir it-triq maqlugħa li hemm ħdejn l-iskola sekondarja tal-bniet Maria Goretti?
Response (GALEA, ĊENSU)
Jien infurmat li x-xogħol fiż-żona ta' l-iskola qed isir ma' xogħol ieħor li qed isir fl-akwati f'Ħal Tarxien. Ix-xogħol fit-triq ta' l-iskola proprja ser jitħalla għall-aħħar, peress li ser isir xogħol fuq l-estensjoni ta' l-iskola.
Jista' l-Ministru jgħid meta hemm ħsieb li jsiru dawn it-toroq f'Ħaż-Żabbar; toroq li ilhom mibnja bis-servizzi kollha diversi snin: (a) Triq ir-Redentur; (b) Triq Spadaro; (ċ) Triq iċ-Ċulqana; (d) Triq it-Tut; (e) Triq Ġużeppi Agius Muscat; u (f) Triq Sant'Antnin?
Response (GALEA, ĊENSU)
Jien infurmat li fil-preżent d-Dipartiment qiegħed jieħu passi biex Triq ir-Redentur fejn għadha mhix miftuħa, tinfetaħ.
It-toroq l-oħra ndikati mill-Onor. Interpellant huma kollha asfaltati, u għalhekk xogħol ta' resurfacing fihom irid isir mill-Kunsill. Dwar dawn ix-xogħolijiet ta' l-aħħar, l-Onor. Inrterpellant hu mitlub jirreferi l-mistoqsija tieghu lill-Ministru kkonċernat għal aktar informazzjoni.
Jista' l-Ministru jgħid meta se ssir Triq Ġużeppi Micallef u Misraħ Alofju Wignacourt u Triq il-Għasel f'Ħaż-Żabbar?
Response (GALEA, ĊENSU)
Jien infurmat li d-Dipartiment tat-Toroq flimkien mal-Kunsilli Lokali qed jipprepara programm għal asfaltar ta' toroq simili ma' Malta kollha, u x-xogħol fil-lokal isir skond il-prijoritajiet li ser jirriżultaw minn dan il-programm.
Jista' l-Ministru jgħid jekk il-Maltacom hux qed tipprovdi mobile text phone?
Jekk fl-affermattiv, x'inhi l-proċedura biex l-persuna b'diżabilita' ta' smiegħ, tista' tagħmel biex takkwista mobile text phone?
Jekk fin-negattiv, meta hemm il-ħsieb li l-Maltacom jew il-Go Mobile jdaħħlu il-mobile text phone f'Malta?
Response (GALEA, ĊENSU)
Nitlob lill-Onor. Interpellant jagħmel il-Mistoqsija tiegħu lill-Ministru kkonċernat.
Tista' tagħti lista komprensiva taż-żidiet kollha fit-tariffi li l-gvern nazzjonalista introduċa matul din il-leġislatura s'issa, inklużi xi korporazzjonijiet li jistgħu jaqgħu taħt ir-responsabbilita' tad-dekasteru tiegħek?
Tista' tagħti lista komprensiva taż-żidiet kollha fit-tariffi li l-gvern nazzjonalista introduċa matul din il-leġislatura s'issa, inklużi xi korporazzjonijiet li jistgħu jaqgħu taħt ir-responsabbilita' tad-dekasteru tiegħek?
Jista' l-Ministru jinformani għaliex ix-xogħlijiet fi Triq il-Ġdida, fi Triq il-Ħtajriet il-Mosta, ġew abbandunati matul dawn l-aħħar snin?
Jista' l-Ministru jinformani x'
follow up
saret mid-Dipartiment tat-Toroq matul l-1999 u din is-sena sabiex id-dipartimenti konċernati jwettqu x-xogħlijiet neċessarji?
Jista' jara li x-xogħlijiet jibdew immedjatament peress li ilhom pendenti s-snin?
Response (GALEA, ĊENSU)
L-Onor. Interpellant hu mitlub jindika l-isem tat-triq biex tkun tista' tiġi dentifikata n-natura tax-xogħol li qed jirreferi għalih l-Onor. Interpellant.
Jista' l-Ministru jara li jsir studju mill-Awtorita' Marittima dwar kif tista' tkun aktar kontrollata s-sigurta' ta' l-opri tal-baħar fl-inħawi ta' San Pawl il-Baħar, l-aktar fil-parti tax-Xemxija fejn seħħ l-inċident tal-ħruq totali ta' żewġ opri tal-baħar li setgħu kkawżaw traġedja ferm akbar?
Jista' jikkonsidra li jsir xi forma ta' kumpens lis-sidien ta' dawn l-opri tal-baħar li sofrew telf ta' eluf ta' liri kbar u jinsabu mingħajr xogħol?
Response (GALEA, ĊENSU)
Jien infurmat li fuq dan il-każ partikulari għadha għaddejja nkjesta maġisterjali. Fuq ir-riżultat ta` din l-inkjesta l-Awtorita` Maritima tikkunsidra x'passi tista` tieħu.
B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari numru 18427, jista' l-Ministru jgħid fejn:
a) Se jiġu nstallati
traffic lights?
b) Se jiġu nstallati
pelican lights?
c) Se jsiru zoni għall-użu tal-
pedestrinas u
dan fil-ġimgħat/xhur li ġejjin?
Response (GALEA, ĊENSU)
Jien infurmat li fil-ġimgħat li ġejjin id-Dipartiment tat-Toroq għandu ppjanat li jitwaħħlu Pelican Lights fil-Mosta, Attard, Blata l-Bajda, Marsa, l-Gżira u Ħal Qormi. Barra min hekk hemm il-ħsieb li jiġu desenjati Traffic Lights Junctions il-Ħamrun (Pjazza San Pawl u fl-inħawi tad-Duluri).
Studji dwar żoni pedonali għadhom qedgħin jiġu diskussi mit-Traffic Control Board u l-Kunsilli.
Jista' l-Ministru jgħid jekk qabel ma jingħata t-tarmak fi Triq Xintill, Tarxien hux se jkompli d-drainage fil-parti l-qadima fejn ddur għal Triq is-Sorijiet?
Response (GALEA, ĊENSU)
Jien infurmat li ma hemm l-ebda talba mid-Dipartiment tad-Drenaġġ biex isir xogħol ieħor f'din il-lokalita'.
Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari numru 19456 li oriġinarjament kienet saret lill-Ministru għas-Servizzi Ekonomiċi u li issa ġiet riferuta lilek u ċioe': Jista' l-Ministru jgħid min kien responsabbli sabiex jiġu mistiedna nies għall-airshow li sar il-Ħadd, 24 ta' Settembru, 2000? Fuq liema bażi ġew mistiedna dawn il-persuni?
Response (GALEA, ĊENSU)
Jien infurmat li l-ebda entita` li taqa taħt il-Ministeru tiegħi ma kienet involuta fl-organiżżazzjoni u l-istedin ta` l-airshow.
Jista' l-Ministru jinvestiga l-ilmenti fi Triq Desguenez, San Pawlil-Baħar, fejn hemm ħofra mimlija bl-ilma li qed toħloq inkonvenjent kbir lir-residenti? Jista' jara li jiġu rranġati l-ħsarat kawżati u jsiru l-manutenzjoni mill-aktar fis possibbli?
Response (GALEA, ĊENSU)
Jien infurmat li għalkemm il-Kunsill Lokali ta` San Pawl il-Baħar ipprova jsewwi din il-ħsara, l-ilma li ġej minn taħt qiegħed jagħmilha mpossibli li tkun tista` tissewwa. Il-Kunsill talab lis-Sanita jieħdu kampjuni ta` ilma biex jaraw il-kwalita` u l-provinjenza tiegħu sabiex jippruvaw jeliminawħ, u b'hekk il-ħsara tkun tista` tissewwa b'mod permanenti.
Jista' l-Ministru jgħid meta se jidħlu dawk li għaddew mill-interview għal postman operator li sar f'Diċembru li għadda u li kienu parti minn grupp ta' 130 ruħ li għaddew b'kollox, iżda sa llum għadhom daħlu biss 75 ruħ?
Response (GALEA, ĊENSU)
Jien infurmat li peress li l-amministrazzjoni tal-Maltapost plc ma taqax taħt il-Ministeru tiegħi, nitlob l-Onorevoli Membru biex tagħmel il-mistoqsija lill-Ministru kkonċernat.
Dipartiment tal-Wireless and Telegraphy — Liċenzji
Question
Jista' l-Ministru jgħid x'liċenzji kellhom, u għandhom, maħruġa mid-Dipartiment tal-Wireless and Telegraphy: PBS, Super One TV, Net TV, Smash TV u Max TV?
Jista' l-Ministru jagħti din l-informazzjoni fuq kull stazzjoni, sena b'sena mill-1992 sal-lum?
Response (GALEA, ĊENSU)
Jien infurmat li d-Dipartiment tal-Wireless Telegraphy ħareġ liċenzja lill-PBS biex titrasmetti bir-radju u bit-televiżjoni. Dawn ħarġu fl-1991.
Il-liċenzja lill-istazzjonijiet l-oħra ħarġu mill-Awtorita` tax-xandir.
Sa dan it-tant, id-Dipartiment qiegħed jiġbor l-informazzjoni dwar liċenzji oħra maħruġa minnu.
Jista' l-Ministru jgħid meta se jsir it-twessigħ, permess ta' twaqqigħ, fi Triq Redeemer Ħaż-Żabbar, kantuniera ma' Triq it-Tut fejn hemm il-barumbara?
Response (GALEA, ĊENSU)
Jien infurmat li d-Dipartiment tat-Toroq intalab japplika għall-permessi ta` l-Awtorita' ta' l-Ippjanar biex ikun jista` jiftaħ din it-triq, u fil-preżent qed jistenna l-ħruġ tal-permess sabiex ikun jista` jibda x-xogħol.
Jista' l-Ministru jinformana meta s-servizz tal-karozzi tal-linja fir-Rabat se jkun estiż għal Għar Barka wkoll?
Kemm ilha pendenti din it-talba u għaliex qed ikun hemm dan id-dewmien kollu sabiex jiġi approvat dan il-bżonn tar-residenti ta' Għar Barka?
Ma jħossx il-Ministru li r-residenti, bir raġun kollu, jinsabu rrabjati u għaldaqstant jista' jara li xi ħadd responsabbli jieħu dan il-każ f'idejh ħalli dan il-bżonn jiġi rimedjat mill-aktar fis possibbli?
Response (GALEA, ĊENSU)
Jien infurmat li wara diskussjoni mal-Kunsill Lokali tar-Rabat u l-Assoċjazzjoni tas-Sidien tal-Karozzi tal-Linja, ġie miftiehem li appena jitlesta xogħol ta` road patching mitlub, jibda` jingħata servizz kull siegħa għal Għar Barka.
B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari numru 18895, jista' l-Ministru jgħid liema huma l-ispeċifikazzjonijiet u r-regolamenti biex jingħata permess għal reserved parking?
Jista' l-Ministru jgħid, f'dan ir-rigward, il-permress imsemmi taħt liema kategorija jaqa'?
Response (GALEA, ĊENSU)
Jien infurmat li l-Bord għall-Kontroll tat-Traffiku jagħti benefiċċju ta' reserved parking quddiem residenzi ta' Persuni b'Diżabilita' jekk dawn jissodisfaw numru ta' kriterji fosthom:
a) il-persuna jrid ikollha diżabilita' severa ta' mobilita'. Assessment
mediku jsir mill-Kummissjoni Nazzjonali Persuni b'Diżabilita';
b) il-Kummissjoni Nazzjonali Persuni b'Diżabilita' titlob l-opinjoni
u l-informazzjoni mill-Kunsill Lokali biex tara jekk l-applikant
jikkwalifikax għal dan il-benefiċċju;
c) il-persuna jkollha l-Blue Sticker maħruġ mill-Kummissarju tal-Pulizija;
d) irid ikun hemm karozza reġistrata fir-residenza ta' l-applikant;
e) ir-residenza ma jridx ikollha garaxx mad-dar;
f) ir-reserved parking ma toħloqx ostakolu lit-traffiku.
F'każ fejn ma hemmx karozza reġistrata f'dik ir-residenza u l-persuna b'diżabilita' tuża siġġu tar-roti, din tingħata l-benefiċċju ta' Keep Clear wiesa' 1.5 metru biex ikun jista' jgħaddi siġġu tar-roti mingħajr xkiel.
Jista' l-Ministru jgħid jekk meta jintalab permess ta' reserved parking quddiem residenzi privati fuq rakkmandazzjoni tal-Kummissjoni Persuni b'Diżabilita' issirx ukoll investigazzjoni u analasi tat-talba mit-Traffic Control Board indipendentement mir-rakkmandazzjoni tal-Kummissjoni Persuni B'Diżabilita'?
Response (GALEA, ĊENSU)
Jien infurmat li l-Bord għall-Kontroll tat-Traffiku m'għandux il-kompetenza medika biex jistabbilixi persuna għandhiex xi forma ta' diżabilita', għaldaqstant il-Bord joqgħod fuq ir-rakkomandazzjoni li tagħtih il-Kummissjoni Nazzjonali Persuni b'Diżabilita'.
F'Każ ta' xi kontestazzjonijiet jew jekk jinħass li hemm xi dubji dwar l-għotja tal-konċessjoni, dawn jiġu referuti mill-Kummissjoni Nazzjonali Persuni b'Diżabilita' lill-Bord Mediku tad-Dipartiment tas-Sigurta Soċjali finali ta' dan il-Bord.