Legislature:
Category:
Reset
Active:
Leg 9 PQ #20996 Sitting 422 2000-11-13 Oral · Final From: MARIO GALEA To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

Enemalta

Question

Jista' l-Ministru jara li l-Enemalta tara għalfejn l-istreet lighting li ilu xahrejn f'Zonqor Street, Wied il-Għajn(bejn il-bandli u l-Pitch tal-Waterpolo) għadu mitfi sal-lum? Possibbli dan id-dawl jinxtegħel fl-aqsar żmien possibbli?

Response (BONNICI, JOSEF)

Ninsab infurmat li x-xogħol imsemmi mhuwiex qed isir mill-Korporazzjoni Enemalta. Meta l-Korporazzjoni tirċievi applikazzjoni biex dan ix-xogħol jitqabbad mas-sistema ta' l-elettriku, l-istreet lighting imsemmi jkun jista' jinxtegħel.
Leg 9 PQ #21003 Sitting 422 2000-11-13 Oral · Final From: LEO BRINCAT To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

Negozju żgħir

Question

Jista’ l-Ministru jgħid x'qed isir mill-Gvern biex inaqqas il-piż tal-burokrazija fuq in-negozju ż-żgħir f'pajjiżna? Jista' jagħmel kif qed jagħmlu pajjiżi oħrajn li jieħdu miżuri konkreti biex jiżguraw il-piżijiet regolatorji u amministrattivi qabel ċerti miżuri jitħallew li jiġu fis-seħħ?

Response (BONNICI, JOSEF)

L-Amministrazzjoni preżenti waqqfet l-iSmall Business Efficiency Unit fi ħdan il-Ministeru għas-Servizzi Ekonimiċi bil-għan li tkun ta' servizz għan-negozji ż-żgħar. Permezz ta' din il-Unit qed issir koordinazzjoni ta' diversi ħidmiet b'risq dan it-tip ta' negozji, bilgħan prinċipali jkun it-tnaqqis tal-piż li ċerta burokrazija tista' ġġib fuq dawn in-negozji.
Leg 9 PQ #21004 Sitting 422 2000-11-13 Oral · Final From: LEO BRINCAT To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

Business Start-Ups

Question

Jista’ l-Ministru jgħid x'inhuma l-pjani tal-gvern biex iħaffef il-piż u l-proċess tal-business start-ups fil-pajjiż?

Response (BONNICI, JOSEF)

Il-Gvern, permezz ta' l-IPSE, qiegħed jagħmel il-preparamenti meħtieġa biex fi żmien qasir ivara Business Incubation Centre bil-għan li jiffaċilita u jippromwovi b'mod konkret il-ħolqien ta' intrapriżi ġodda, b'mod partikulari f'oqsma innovattivi. B'mod aktar wiesgħa, l-iSmall Business Efficiency Unit fi ħdan il-Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi qed tħares lejn il-liġijiet tal-pajjiż bil-għan li jitħaffef il-proċess li bih titwaqqaf kumpanija ġdida. Dan, flimkien ma' reviżjoni tal-proċeduri għall-ħruġ ta' liċenzji għan-negozju, li ser jiġu issimplifikati fil-kuntest ta' liġi ġdida li l-ewwel abbozz tagħha mistenni jkun lest fi żmien mhux il-bogħod.
Leg 9 PQ #21005 Sitting 422 2000-11-13 Oral · Final From: LEO BRINCAT To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

Inċentivi fuq Investiment

Question

Jista’ l-Ministru jgħid x'qed jagħmel il-Gvern biex jinċentiva investiment aktar qawwi min-negozji Maltin fl-Informatika u fl-E-Commerce?

Response (BONNICI, JOSEF)

Wara li fis-snin disgħin kien ħa ħsieb jimmodernizza s-sistemi ta' telekomunikazzjoni fil-pajjiħ, il-Gvern illum miexi fuq politika ċara sabiex il-qasam tat-telekomunikazzjoni jiġi liberalizzat. Il-ħolqien ta' l-Awtorita għat-Telekomunikazzjoni huwa element essenzjali fit-tkattir tal-kummerċ permezz ta' mezzi elettroniċi, l-aktar fuq l-Internet (e-commerce) Fil-preżent il-Gvern qiegħed ukoll jiddiskuti mal-partijiet soċjali numru ta' emendi għall-Att dwar l-Iżvilupp Industrijali. Il-Gvern qed jaħseb sabiex l-inċentivi taħt dan l-Att ma jibqgħux japplikaw biss fil-każ ta' kumpaniji li jesportaw, iżda jiġu applikati wkoll għal min jipproduci għas-suq lokali. Fost dawn l-incentivi hemm maħsuba allowance interessanti ħafna għal dawk il-kumpaniji li jinvestu fl-operat tagħhom, inkluz investiment fil-qasam ta' l-informatika.
Leg 9 PQ #21014 Sitting 422 2000-11-13 Oral · Final From: RITA LAW To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

Enemalta — Fgura - Dawl

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk teżistix applikazzjoni għal bozza ġdida, peress li fi Triq is-Sejba Punika kantuniera ma' Mater Bouni Consigli, Fgura hemm ħafna dlam u hu perikoluż għal min ikun għaddej min hemm?

Response (BONNICI, JOSEF)

Ninsab infurmat li ma teżistix applikazzjoni għand il-Korporazzjoni Enemalta sabiex titwaħħal bozza ġdida fil-post indikat mill-Onorevoli Interpellant. Madanakollu din it-talba qed tiġi kkunsidrata flimkien ma' talbiet simili oħra.
Leg 9 PQ #21098 Sitting 422 2000-11-13 Oral · Final From: SILVIO PARNIS To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

Marsa — Triq Stiefni Zerafa - Lampa

Question

Jista' l-Ministru jara li titwaħħal lampa fi Triq Stiefnu Zerafa l-Marsa kif indikat fis-site plan li qed tintbagħat separatament minn din il-mistoqsija u li hija iffirmata minn numru ta' residenti li d-dettalji tagħhom qed jintbagħtu separatament?

Response (BONNICI, JOSEF)

It-talba ta' l-Onorevoli Interpellant qed tiġi kkunsidrata flimkien ma' talbiet simili oħra.
Leg 9 PQ #21101 Sitting 422 2000-11-13 Oral · Final From: JOE CILIA To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

M'Xlokk — Suq

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'inhi l-pożizzjoni tal-gvern fuq il-kwestjoni tas-suq ta' Marsaxlokk li kien tnieda minn Gvern Laburista bi qbil mal-Pulizija, l-Assoċazzjoni tal-Bejjiegħa tal-Monti u l-kunsill lokali tal-lokal? Jekk il-Gvern jaqbel li dan isir, meta huwa maħsub li jitwettaq u jekk le, x'inhi l-alternattiva ta' dan il-Gvern peress illi kulħadd huwa inċert?

Response (BONNICI, JOSEF)

Fil-preżent qed issir evalwazzjoni tad-diversi aspetti ta' din il-materja u meta jkun il-waqt il-Gvern jesprimi ruħu dwarha.
Leg 9 PQ #20673 Sitting 420 2000-11-08 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

Airmalta — Arranġamenti ma' l-HSBC

Question

Jirriżulta li l-Air Malta għamlet arranġamenti mal-HSBC Malta sabiex tnaqqas il-prezz jew tagħti skont lill-ħaddema ta' dan il-bank f'Malta? Jekk huwa l-każ kemm huwa l-iskont jew rati ta' tnaqqis fuq dawn il-biljetti ta' l-ajru? Kif fil-fatt din is-sistema se tolqot lit-travel agencies lokali? Meta saru laqgħat mat-travel agencies lokali sabiex jiġi spjegat dan l-arranġament? Hemm xi arranġamenti simili li qed jiġu negozjati ma' ditti oħra?

Response (BONNICI, JOSEF)

Jiena nfurmat li ma sar ebda ftehim ma' l-H.S.B.C. sabiex l-Air Malta tnaqqas it-tariffi tagħha għall-impjegati ta' dan il-Bank, iżda, bħalma hu komuni fl-industrija ta' l-avjazzjoni, hemm arranġament kummerċjali fir-rigward ta' vjaġġar fuq xogħol tal-Bank.
Leg 9 PQ #20874 Sitting 420 2000-11-08 Oral · Final From: CARMELO ABELA To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

Hospitality — Breakdown

Question

B'referenza għar-risposta tal-mistoqsija parlamentari nru.19891, jista' l-Ministru jagħti ċ-ċifra ta' kemm intefqu flus f'hospitality u jagħti breakdown ta' kif intefqu?

Response (BONNICI, JOSEF)

Il-persentaġġ ikkwotat fil-Mistoqsija Parlamentari numru 19891 jirreferi għaċ-ċifra allokata għall-vot ta' hospitality fl-Estimi Ġenerali u għalhekk huwa faċli għall-Onorevoli Interpellant li joħroġ iċ-ċifra li talab. Dwar breakdown ta' kif intefqet iċ-ċifra m'għandix xi nżid mat-tweġiba li tajt għall-mistoqsija numru 19170 fuq l-istess suġġett.
Leg 9 PQ #20617 Sitting 419 2000-11-07 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

Bejjiegħa tal-laħam

Question

B'riferenza għar-rapport li deher f'ġurnal lokali dwar il-problemi tal-bejjiegħa tal-laħam u ċioe' dwar il-kondizzjoni tal-laħam tal-majjal lokali, jista' l-Ministru jinformani bl-investigazzjonijiet li qed isiru?

Response (BONNICI, JOSEF)

Nissuġġerixxi lill-Onorevoli Interpellant jagħmel il-mistoqsija lill-Ministru kkonċernat.
Leg 9 PQ #20947 Sitting 419 2000-11-07 Oral · Final From: LEO BRINCAT To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

The Glorious Few Production Co Ltd

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'inhu l-għan tal-kumpanija The Glorious Few Production Co Ltd li ġiet mwaqqfa bi sħab bejn il-Malta Government Investments Ltd u i-MIMCOL?

Response (BONNICI, JOSEF)

Tweġiba tingħata f'xi Seduta oħra.
Leg 9 PQ #20790 Sitting 418 2000-11-07 Oral · Final From: LEO BRINCAT To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

Privatizzazjoni

Question

Bħala l-Ministru responsabbli mill-operat ta' l-azjendi pubbliċi u parastatali, jista' l-Ministru jgħid jekk jaqbilx mal-prijoritajiet tal-kumpaniji li ser jiġu privatizzati? X'inhi l-fehma tal-Ministeru tiegħu dwar kif dawn il-kumpaniji għandhom jiġu privatizzati? X'konsultazzjonijiet saru jew mistennija li jsiru mal-unions tal-ħaddiema kkonċernati? Japprovax it-twaqqif ta' organizzazzjoni biex tagħmel preferenzi fl-għoti ta' l-ishma? Jistax jgħid jekk il-ħaddiema ta' l-azjendi kkonċernati hux ser jingħataw share allocation f'isem fundazzjoni f'isimhom kif ġara fil-każ tal-BOV u tal-Maltacom?

Response (BONNICI, JOSEF)

Tajjeb jingħad li l-istrateġiji tal-Gvern dwar il-privatizazzjoni ġiet imfassla mill-Kabinet. Il-prijoritajiet dwar dan is-suġġett qed jiġu stabbiliti fuq il-bażi ta' kemm kull azjenda partikulari tirriżulta li tinsab lesta għall-privatizazzjoni u b'kunsiderazzjoni xierqa ta' l-implikazzjonijiet wiesgħa fuq il-kumplament ta' l-ekonomija, inkluż l-aspett soċjali fejn dan jidher li jista' jkun rilevanti. Dawn il-kriterji mhux biss huma validi iżda wkoll f'waqthom. Il-proċess innifsu jaqa' taħt ir-responsabbilta' tal-Kumitat għall-Privatizzazjoni mwaqqfa fi ħdan il-Ministeru tal-Finanzi. Għaldaqstant mistoqsijiet li jirrigwardaw dan il-proċess għandhom isiru lill-imsemmi Ministeru.
Leg 9 PQ #20799 Sitting 418 2000-11-07 Oral · Final From: CHRIS AGIUS To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

Malta Shipbuilding Co Ltd

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk kienx hemm xi żviluppi dwar xogħol ġdid għall-Malta Shipbuilding? Fhiex jikkonsisti dan ix-xogħol?

Response (BONNICI, JOSEF)

Jiena nfurmat li fil-preżent il-Malta Shipbuilding tinsab f'kuntatt ma' numru ta' klijenti prospettivi għal xogħol varju. Fost ix-xogħolijiet li qed ikunu kkunsidrati hemm il-bini ta' strutturi ta' l-azzar.
Leg 9 PQ #20861 Sitting 418 2000-11-07 Oral · Final From: CARMELO ABELA To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

Enemalta — Żejtun - Dawl

Question

Jista’ l-Ministru jara x'inhi r-raġuni li f'xi inħawi fiż-Żejtun qed jinqata' f'xi ħinijiet id-dawl għal ftit sekondi, b'konsegwenza li jista' jagħmel ħsara lil xi affarijiet li nsibu fid-djar? X'passi ser jittieħdu sabiex din is-sitwazzjoni ma tibqax?

Response (BONNICI, JOSEF)

Ikun apprezzat jekk l-Onorevoli Interpellant ikun aktar speċifiku dwar data u ħin ta' l-allegat qtugħ fil-provvista ta' l-elettriku sabiex il-Korporazzjoni Enemalta tkun tista' tagħmel l-investigazzjonijiet meħtieġa.
Leg 9 PQ #20863 Sitting 418 2000-11-07 Oral · Final From: CARMELO ABELA To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

Servizzi Ekonomiċi — Xiri ta' Karozzi

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari nru. 20292?

Response (BONNICI, JOSEF)

Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra lista li turi n-numru ta' vetturi, skond il-marka, mixtrija mid-diversi dipartimenti, korporazzjonijiet u azjendi li jiffurmaw parti mill-Ministru għas-Servizzi Ekonomiċi bejn l-1992 u Ottubru 2000.
Leg 9 PQ #20901 Sitting 418 2000-11-07 Oral · Final From: MARIO GALEA To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

Enemalta — Arblu tad-Dawl

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk hux possibli l-Enemalta fl-aħħar tieħu passi biex tbiddel arblu tad-dawl imsaddad u mgħawweġ li hemm fi Triq il-Gardell, Wied il-Għajn ħdejn ir-residenza nru. 32 (eżatt ħdejn remissa) għaliex minkejja li twaħħal arblu ġdid madwar sena ilu, dak l-antik li dalwaqt jaqa' baqa' ma nqalax minkejja diversi talbiet mir-residenti ? Possibli l-Enemalta tieħu passi immedjati qabel dan jaqa' fuq xi ħadd?

Response (BONNICI, JOSEF)

Il-Korporazzjoni Enemalta ġiet infurmata biex tieħu l-azzjoni meħtieġa.
Leg 9 PQ #20382 Sitting 417 2000-11-06 Oral · Final From: JOSEPH CUSCHIERI To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

WSC — Kontijiet

Question

Jista' l-Ministru jieħu l-passi meħtieġa biex kontijiet tal-ilma ta' persuna li d-dettalji tagħha qed jintbagħtu separatament jiġu riveduti peress li l-individwu konċernat qiegħed joġġezjona bil-qawwa kollha għall-kontijiet mibgħuta lili peress li skond hu qatt ma għamel użu minn dak l-ammont ta' ilma li qed jingħad li ntuża?

Response (BONNICI, JOSEF)

Jiena nfurmat li r-rekords tal-Korporazzjoni għas-Servizzi ta' l-Ilma juru li l-meter ta' l-ilma rreġistra konsum qawwi. Qabel ma tiġi kkunsidrata reviżjoni, jinħtieġ li jsiru l-investigazzjonijiet relattivi. Aktar il-quddiem il-konsumatur jiġi mgħarraf bil-miktub bil-konklużjonijiet ta' dawn l-investigazzjonijiet.
Leg 9 PQ #20757 Sitting 417 2000-11-06 Oral · Final From: EVARIST BARTOLO To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

Għawdex — Posta

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kif tinġarr il-posta għall-Għawdex? X'perċentaġġ hemm ta' posta li jekk tiġi mpostata qabel is-seba' ta' filgħodu tasal Għawdex fl-istess jum?

Response (BONNICI, JOSEF)

Jiena nfurmat li x-xogħol postali destinat għal Għawdex jiġi proċessat fis-C.P.U. tal-Marsa u jintbagħat permezz ta' żewġ vannijiet darbtejn kuljum, filgħodu kmieni u wara nofinhar, bejn it-Tnejn u l-Ġimgħa u darba filgħodu nhar ta' Sibt. Il-persentaġġ ta' xogħol li jiġi mpustat qabel is-sebgħa ta' filgħodu u li jasal Għawdex fl-istess jum huwa ta' sebgħa u tletin fil-mija.

Qormi — Triq il-Vitorja - Dawl

Question

Jista' l-Ministru jgħid meta se jiġi nstallat dawl li jindika li hemm zebra crossing ħdejn il-health centre ta' Ħal Qormi, fi Triq il-Vitorja, peress li minkejja li hemm din il-faċilita', il-fatt li m'hemmx dawl li jindikaha, xorta baqa' r-riskju għal min jagħmel użu minnha wara li jibda jbexbex jew jidlam?

Response (BONNICI, JOSEF)

Ninsab infurmat li l-Korporazzjoni Enemalta qed tistenna risposta kemm mingħand il-Kunsill Lokali ta' Ħal Qormi kif ukoll mid-Dipartiment tat-Toroq wara li aktar kmieni din is-sena kienet għaddietilhom stima ta' kemm jiswa x-xogħol li għalih qed issir riferenza.
Leg 9 PQ #20870 Sitting 417 2000-11-06 Oral · Final From: MICHAEL ASCIAK To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

Birkirkara — Triq il-Wied - Dawl

Question

Billi hemm ħafna dlam fl-area tat-Taurus Centre, Triq il-Wied, Birkirkara, jista' l-Ministru jara li ssir bozza ġdida quddiem il-Knisja ta' San Pawl?

Response (BONNICI, JOSEF)

Jiena nfurmat li mill-investigazzjoni li saret jirriżulta li fit-triq imsemmija hemm dawl adekwat.