Jista’ l-Ministru jgħid f’liema stadju waslet l-investigazzjoni fuq is-sigurtà fl-Isptar Monte Carmeli mmexxija mill-individwu li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament? Meta se jiġi ppublikat ir-rapport?
Response (FEARNE, CHRIS)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi r-rapport mill-persuna msemmija minnha tlesta u qeghdin jigi evalwati r-rakkomandazzjonijiet.
Jista’ l-Ministru jgħid jekk il-Health Warning biex ma jsirx għawm fi Qui-si-Sana maħruġa fis-27 ta’ Mejju 2016 għadhiex tapplika?
Response (FEARNE, CHRIS)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-avviż dwar l-għawm fi Qui-si-Sana maħruġ fis-27 ta’ Mejju 2016 ġie rtirat fl-1 ta’ Ġunju, 2016. Filfatt id-Direttorat tas-Sahha Ambjentali harget stqarrija dwar dan fl-1 ta’ Gunju, numru PR161251mt.
Sptar Ġenerali ta’ Għawdex – applikazzjoni mal-Planning Authority
Question
Jista’ l-Ministru jgħid jekk ġietx sottomessa xi applikazzjoni mal-Planning Authority għal xi żvilupp ġdid fl-area tal-Isptar Ġenerali ta' Għawdex? Jekk iva jista' jagħti n-numru jew tracking number ta' din l-applikazzjoni u għal liema żvilupp ġiet sottomessa l-istess applikazzjoni?
Response (FEARNE, CHRIS)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li bhalissa qed jigu kkumpilati r-rapporti u l-istudji necessarji li hemm bzonn sabiex tigi sottomessa l-applikazzjoni tax-xoghlijiet li ser isiru fl-Isptar Generali ta’ Ghawdex mal-Awtorita ta’ l-Ippjanar. Dawn ir-rapporti jinkludu il-Project Development Statement, kif ukoll bosta studji ohra, fosthom studji geoteknici li fil-fatt qed issiru bhalissa fuq l-art tal-isptar. Ma hemm bzonn l-ebda permess ghall-istudji geoteknici.
Jista’ l-Ministru jgħid jekk hemmx il-ħsieb li tinfetaħ klinika ġdida b'rabta ma' stili ta' ħajja sana f’Marsaskala?
Response (FEARNE, CHRIS)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi waqt li r-residenti ta’ Marsaskala bhalissa jistghu juzaw is-servizzi tal-Lifestyle Clinic mill-Berga ta’ Haz-Zabbar, hemm il-pjan li dawn il-klinici, li sal-llum ghandna 13 minnhom, nkomplu jinfirxu f'aktar bliet u rhula.
B'referenza għar-risposta għall-mistoqsija parlamentari 25927, jista' l-Ministru jgħid min ser iwassal dawn il-mediċini fid-djar, jekk hux ħaddiema tal-Gvern jew tal-kuntrattur? Jekk tal-kuntrattur, jista' jgħid min huwa l-kuntrattur?
Response (FEARNE, CHRIS)
Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant ghall-ahhar parti tat-twegiba tal-mistoqsija parlamentari 25927 fejn kien infurmat illi l-medicini ser jitwasslu fid-djar mill-impjegati tal-Ispizeriji.
Sptar Monte Carmeli – pazjenti under constant watch
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien hemm pazjenti under constant watch fl-Isptar Monte Carmeli bejn l-1 ta’ Mejju 2016 u s-6 ta’ Ġunju 2016?
Response (FEARNE, CHRIS)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi kien hemm 3 pazjenti under constant watch fl-Isptar Monte Karmeli bejn 1 ta’ Mejju 2016 u s-6 ta’ Ġunju 2016.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien hemm admissions fl-Isptar Monte Carmeli kuljum bejn l-1 ta’ Mejju 2016 u s-6 ta’ Ġunju 2016?
Response (FEARNE, CHRIS)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi bejn l-1 ta’ Mejju 2016 u s-6 ta’ Ġunju 2016 in-numru totali ta’ admissions fl-Isptar Monte Carmeli kien ta’ 185 pazjent.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm ħarbu pazjenti mill-Isptar Monte Carmeli bejn l-1 ta’ Mejju 2016 u s-6 ta’ Ġunju 2016?
Response (FEARNE, CHRIS)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi fid-dati msemmija minnha 7 pazjenti hargu mill-isptar Monte Carmeli minghajr il-permess mehtieg. 6 minn dawn il-pazjenti rritornaw lura volontarjament.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm ħarbu pazjenti mill-Isptar Monte Carmeli fil-ġimgħa bejn is-16 u t-22 ta’ Mejju 2016? Kemm minn dawn il-pazjenti baqgħu ma nstabux?
Jista’ l-Ministru jgħid kemm ħarbu pazjenti mill-Isptar Monte Carmeli fil-ġimgħa bejn it-23 u d-29 ta’ Mejju 2016? Kemm minn dawn il-pazjenti baqgħu ma nstabux?
Jista’ l-Ministru jgħid kemm ħarbu pazjenti mill-Isptar Monte Carmeli fil-ġimgħa bejn it-30 ta’ Mejju u l-5 ta’ Ġunju 2016? Kemm minn dawn il-pazjenti baqgħu ma nstabux?
Bordijiet, Awtoritajiet u Kummissjonijiet – Persuni Għawdxin
Question
Jista’ l-Ministru jgħid min huma dawk il-persuni minn Għawdex li ġew nominati fuq Bordijiet, Awtoritajiet jew Kummissjonijiet tal-Gvern li jaqgħu taħt il-Ministeru tiegħu mill-bidu ta’ din il-Leġiżlatura sal-lum, meta ġew maħtura u l-pożizzjoni li jokkupaw?
Response (FEARNE, CHRIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant sabiex jirreferi għat-tabella ta’ hawn taħt;
Isem u Kunjom
Data tal-Ħatra
Pozizzjoni Okkupata
Isem tal-Bord
Is-Sur Joseph Rapa
24 ta' Dicembru 2013
Chairman
Advisory Committee on Health Care Benefits
Onor. Franco Mercieca
7 ta' Lulju 2014
Chairman
Strategic Leadership Board for Gozo General Hospital
Is-Sur Joseph Rapa
7 ta' Lulju 2014
Membru
Strategic Leadership Board for Gozo General Hospital
Is-Sur Louis Magrin
7 ta' Lulju 2014
Segretarju
Strategic Leadership Board for Gozo General Hospital
Jista’ l-Ministru jara l-każ tal-persuna li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament peress li meta marret fil-Mobile Dental Unit tal-health għamlulha dental appointment però għadha ma ġietx ikkuntattjata?
Response (FEARNE, CHRIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-każ qed jiġi segwit.
San Ġwann – Triq Ugo Carbonaro – problema tad-drenaġġ
Question
B'referenza għall-mistoqsijiet parlamentari 24688 u 25961, li oriġinarjament kienu saru lill-Prim Ministru u li issa ġew riferuti lilu, jista' l-Ministru jinforma x'riżultat ħareġ mill-investigazzjoni li kellha ssir mid-Dipartiment tas-Sanità dwar problema tad-drenaġġ li hemm fi Triq Ugo Carbonaro, San Ġwann?
Response (FEARNE, CHRIS)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li uffiċjali mid-Direttorat għas-Saħħa Ambjentali ghamlu 93 spezzjoni, 43 test bil-kulur u diversi testijiet oħra bl-użu ta’ CCTV camera iżda sfortunatament sa issa dawn kollha rriżultaw inkonklussivi. Madankollu l-uffiċjali inkarigati minn din iż-żona ser ikomplu għaddejjin bit-testijiet sabiex din il-problema tiġi solvuta kemm jista` jkun malajr.
B'referenza għall-mistoqsija parlamentari 25962, li oriġinarjament saret lill-Prim Ministru u li issa ġiet riferuta lilu, jista' l-Ministru jgħid meta hu mistenni li l-problema ta' leak tad-drenaġġ fi Triq il-Mimosa, San Ġwann, tissolva b'mod permanenti?
Response (FEARNE, CHRIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi mill-investigazzjoni li saret minn uffiċjali għas-Saħħa Ambjentali rriżulta li dan l-iżbroff ġej minn blokk t’appartamenti li jinsabu fil-viċinanzi u li s-sid huwa l-Awtorita` tad-Djar. Peress li dan l-iżbroff huwa rikorrenti qed isiru laqghat bejn l-uffiċcjali għas-Saħħa Ambjentali u uffiċċjali mill-Awtorita` tad-Djar sabiex tinstab soluzzjoni u dan l-ilment jissolva mill-aktar fis possibli.
Sptar Ġenerali t’Għawdex u Sptar Karin Grech – laqgħat mal-ħaddiema
Question
Jista’ l-Ministru jgħid, fil-laqgħat mal-ħaddiema tal-Isptar t’Għawdex u tal-Isptar Karin Grech li saru nhar l-14 u l-15 ta’ Ġunju 2016, għalfejn għażel li jibgħat l-individwu li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament biex jirrappreżentah, meta lill-ħaddiema qed jgħidilhom li se jibqgħu ħaddiema tal-Gvern?
Response (FEARNE, CHRIS)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi l-persuna msemmija minnha mhijiex rapprezentanta tal-Ministeru.
Jista’ l-Ministru jgħid minn min huma stabbiliti l-istandards tan-nursing f’pajjiżna? Huwa konxju li skont l-individwu li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament, dawn l-istandards huma stabbiliti mill-MUMN?
Response (FEARNE, CHRIS)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi ma tat l-ebda dettalji separatament. Madanakollu ninfurmha illi sabiex infermiera jahdmu f'pajjizna iridu jkunu registrati mall-Kunsill tal-Infermiera u Qwiebel.