Forzi Armati ta’ Malta – fondi mill-Unjoni Ewropea
Question
Jista' l-Ministru jgħid kemm fondi mill-Unjoni Ewropea rċevew il-Forzi Armati ta' Malta fl-aħħar ħames snin, sena b'sena, taħt liema programm jew fond u għal liema skop jew proġett?
Response (MALLIA, EMANUEL)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li r-risposta qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra
Jista’ l-Ministru jgħid kemm damu jistennew għall-eżitu tal-applikazzjoni tagħhom għall-ażil l-immigranti irregolari li waslu f'pajjiżna, sena b'sena f'dawn l-aħħar għaxar snin?
Response (MALLIA, EMANUEL)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li r-risposta qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra. L-infomrazzjoni mitluba se tingħata biss għal dawn l-aħħar ħames snin, minħabba li fis-snin ta’ qabel ma kinitx tinżam din it-tip ta’ statistika.
Jista’ l-Ministru jinforma lill-Kamra kemm hemm persuni impjegati mal-Korp tal-Pulizija li mhumiex membri fil-Korp?
Response (MALLIA, EMANUEL)
Jien infurmat illi bħalissa hemm mija u wieħed u għoxrin (121) persuna mpjegati mal-Korp tal-Pulizija li mhumiex membri fil-Korp. Dawn jinkludu 56 Immigration Officer li jaħdmu l-ajruport internazzjonali ta’ Malta
Director
1
Assistant Director
1
Officer in Grade 5
1
Officer in Grade 7
1
Principal
5
Assistant Principal
9
Executive Officer
5
Senior Clerk
43
Clerk
10
Messengerial
2
Health Assistant
1
Senior Technical Officer
1
Senior Technician
2
Senior Tradesman
18
Health Attendant B
1
General Hands Group II
7
General Hands Group III
1
Labour Operative Group IV
1
Senior Operative IV
1
Other Industrial Grades
3
Others
2
TAS Trainees
5
TOTAL
121
.
Jista’ l-Ministru jinforma lill-Kamra preżentament kemm hemm persuni membri fil-Korp tal-Pulizija u jista’ jindika f’liema kariga? Jista’ jindika wkoll kemm persuni ngħataw promozzjoni tul dawn l-aħħar 11-il xahar u jista’ jindika f’liema kariga?
Response (MALLIA, EMANUEL)
Ninsab infurmat li sal-21 ta’ Frar 2014 fil-Korp tal-Pulizija kien hemm 1, 939 membru. Dawn huma kif juri fit-tabella A li qed titpoġġa fuq il-mejda tal-Kamra.
Il-promozzjonijiet li ngħataw matul dawn l-aħħar 11 –il xahar huma tmienja u temenin (88) kif jidru fit-tabella B li qed titpoġġa fuq il-mejda tal-Kamra.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm ġew ingaġġati nies b'contract of service mill-PBS mid-9 ta’ Marzu 2013 'il quddiem, min huma, x'inhu xogħolhom u kemm qed jitħallsu kull wieħed minnhom?
Response (MALLIA, EMANUEL)
Ninfomra lil Onorevoli Interpellant li b’kollox ġew ingaġġati ħames persuni b’contract of service fejn tlieta minnhom huma Jurnalisti, persuna Sales Executive u persuna Coordinator Finance.
Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar jekk ‘l hekk imsejħa 'tourism policemen' hux se jifformalizzaw dak ix-xogħol li qabel kien isir mill-pulizija fiż-żoni turistiċi, permezz ta' 'foot patrols'? Qabel kemm kien in-numru ta' pulizija li kienu jagħmlu dan ix-xogħol? F'liema lokalitajiet kien hemm dawn il- patrols, u f'liema lokalitajiet hu issa mistenni li jibda jkun hemm dawn l-istess patrols? Jista' jagħti tagħrif dwar jekk hux mistenni li jiġi ffurmat unit partikulari, bi spettur u ranks oħra tal-pulizija li jiffurmaw parti minn dan il-grupp?
Response (MALLIA, EMANUEL)
Ninsab infurmat li l-istrateġija u l-operat ta' kif it-'Tourism Police' sejra taħdem għadu mhux konkluż u għaldaqstant, f'dan l-istadju, mhuwiex opportun li jingħata aktar tagħrif. Infurmat ukoll li l-ebda ppattuljar li qabel kien isir fi-żoni turisti madwar Malta u Għawdex mhu ser jintaqqas sakemm tiġi stabbilita t-'Tourism Police'.
B’referenza għar-risposta għall-mistoqsija parlamentari 7946, jista' l-Ministru jgħid kemm hu r-readership (l-ammont ta’ qarreja li jaqraw l-ġurnali) tal-gazzetti lokali skont il-Ministeru tiegħu?
Response (MALLIA, EMANUEL)
Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għall-surveys li jsiru fuq bażi kummerċjali u l-istħarriġ ta’ l-Awtorita tax-Xandir.
B’referenza għall-aħbar irrapurtata fil-ħarġa tan-Nazzjon tat-22 ta’ Lulju 2013, f’paġna 2, u li tirreferi għal ġlied tal-boxing li kellu jsir il-Ġimgħa, 19 ta’ Lulju 2013 fil-Furjana, u li suppost l-organizzaturi kellhom il-permessi kollha skont il-liġi u koperti bil-permess tal-pulizija u li twaqqaf b’ordni tal-pulizija siegħa biss qabel il-bidu, b’telf (allegat) finanzjarju kbir għall-organizzaturi, jista’ l-Ministru jgħid x’kienet il-vera raġuni għala l-pulizija waqqfu din l-attività sportiva? Jista’ jgħid abbażi ta’ liema vires jew artiklu tal-liġi, il-pulizija waqqfu din l-attività li allegatament kienet koperta bil-permessi skont il-liġi? Jeskludi li xi ħadd mill-Ministeru ċempel lill-pulizija tal-Għassa tal-Belt b’ordni biex din l-attività titwaqqaf?
Response (MALLIA, EMANUEL)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li għal darba oħra reġa' ġie infurmat ħażin.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm-il transfer ġie ordnat fil-Korp tal-Pulizija li ma sarux b'letter minute iżda permezz ta' ordnijiet bit-telefon mill-Kwartieri Ġenerali tal-Pulizija mill-11 ta' Marzu 2013, speċjalment fix-xahar ta' Lulju 2013?
Response (MALLIA, EMANUEL)
L-Onor. Interpellat għandu jkun infurmat li l-Korp tal-Pulizija jimxi skont il-proċeduri tas-servizz pubbliku biex jinħarġu ordnijiet ta' trasferimenti skont kif jeħtieġ fl-interess tas-servizz u tal-pubbliku.