Legislature:
Category:
Reset
Active:

Raħal Ġdid — Asfaltar ta' toroq

Question

Jista' il-Ministru jirrispondi mistoqsija parlamentari 12721 u jgħid meta ser ikun lest il-kumplament ta' l-asfaltar ta' Triq ix-Xewk u Triq Maria Addolorata, Raħal Ġdid, wara x-xogħol estensiv u eċċellenti ta' asfaltar fit-toroq tal-madwar li sar dan l-aħħar mill-gvern ċentrali?

Response (MUGLIETT, JESMOND)

L-informazzjoni mitluba tingħata f'seduta oħra.

Birkirkara — Trasport ċirkolari

Question

Jista' il-Ministru jindaga dwar jekk jistax isir xi forma ta' trasport ċirkolari ma' Birkirkara u l-irħula ta' madwar biex in-nies ikollhom aċċess għaċ-ċentru tas-saħħa u l-kunsill lokali? Dan jista' isir mill-Venda tas-71 f'Birkirkara.

Response (MUGLIETT, JESMOND)

L-informazzjoni mitluba tingħata f'seduta oħra.

Żvilupp Urban u Toroq — Diretturi

Question

Jista' il-Ministru jgħid kemm diretturi li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu ġew riappuntati u min huma? Jista' jgħid kemm diretturi li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu ma ġewx riappuntati u min huma?

Response (MUGLIETT, JESMOND)

Nitlob lill-Onorevoli Interpellant tiċċara għal liema kategorija ta' diretturi qed tirreferi, jiġifieri jekk hux għal Diretturi fis-Servizz Pubbliku jew għal diretturi ta' bordijiet ta' entitajiet pubbliċi. L-Onorevoli Interpellant għandha tiċċara wkoll għal liema perjodu qed tirreferi.

Raħal Ġdid — Triq ix-Xewk

Question

Jista' il-Ministru jirrispondi mistoqsijiet parlamentari 12335 u 12515 u jgħid xi żviluppi saru mill-mistoqsija parlamentari 10426 - seduta 232?

Response (MUGLIETT, JESMOND)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-Awtorita' dwar it-Trasport qed tipprepara biex dan it-tender jerga’ jinħareġ peress li meta dan it-tender ġie ppublikat fis-27 ta’ Lulju 2004 l-ebda offerta għal dan ix-xogħol ma kienet sottomessa.

Raħal Ġdid — Asfaltar ta' toroq

Question

Jista' il-Ministru jgħid meta ser ikun lest il-kumplament ta' l-asfaltar ta' Triq ix-Xewk u Triq Maria Addolorata, Raħal Ġdid, wara x-xogħol estensiv u eċċellenti ta' asfaltar fit-toroq tal-madwar li sar dan l-aħħar mill-gvern ċentrali?

Response (MUGLIETT, JESMOND)

It-tweġiba għal din il-mistoqsija tingħata f'seduta oħra.

Ghawdex — Persuni b'diżabilita' - Parking places

Question

Jista' il-Ministru jirrispondi mistoqsija parlamentari 12092, li oriġinarjament saret lill-Ministru għal Għawdex u li issa ġiet riferuta lilu u jgħid kemm huwa n-numru ta' parking places li hemm fil-gżira ta' Għawdex għall-persuni b'diżabilita'?

Response (MUGLIETT, JESMOND)

Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għat-tweġiba għall-mistoqsija parlamentari numru 12497.

Kunsilli Lokali — Persuni b'diżabilita' - Parking areas

Question

Jista' il-Ministru jirrispondi mistoqsija parlamentari 12093 li oriġinarjament saret lill-Viċi Prim Ministru u Ministru tal-Ġustizzja u Intern u li issa ġiet riferuta lilu u jgħid kemm huwa n-numru ta' parking places li għandhom allokati għall-persuni b'diżabilita' il-kunsilli lokali ta' Malta? Tista' tagħtina breakdown tagħhom, lokal lokal?

Response (MUGLIETT, JESMOND)

Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għat-tweġiba għall-mistoqsija parlamentari numru 12495.

Ħaż-Żebbuġ — Traffiku

Question

Billi t-traffiku kollu li ġej minn Ħ'Attard u mir-Rabat fid-direzzjoni ta' Ħaż-Żebbuġ bħalissa jrid ta' bilfors jidħol ġo Ħaż-Żebbuġ minn ġo Triq Santa Marija, Triq il-Kbira, Triq Sciortino, Vjal il-Ħelsien u Misrah San Filep, jista' il-Ministru jgħid kif se jgħaddi t-traffiku matul il-ġimgħa tal-festa tal-lokal li tibda mill-Ħadd 5 ta' Ġunju sat-12 ta' Ġunju, 2005?

Response (MUGLIETT, JESMOND)

Ninsab infurmat li fuq ftehim milħuq bejn l-Awtorita' dwar it-Trasport ta' Malta, il-Kunsill Lokali ta' Ħaż Żebbuġ u l-Pulizija, matul il-ġimgħa tal-festa tal-lokal, l-arranġamenti alternattivi tat-traffiku ser ikunu hekk kif ġej: - It-traffiku li ġej minn Ħ'Attard u mir-Rabat fid-direzzjoni ta' Ħaż Żebbuġ ser jgħaddi minn Triq Mikelanġ Sapiano, Triq il-Kbira, Triq l-Isqof Caruana, Triq l-Infetti, Vjal il-Ħelsien u Triq l-Imdina, ħlief għall-Ħamis u l-Ġimgħa waqt il-ħinijiet ta' l-iskola meta parti minn Triq l-Isqof Caruana tkun magħluqa għat-Traffiku temporanjament. F'dan il-każ it-traffiku ser jgħaddi minn Triq Mikielanġ Sapiano, Triq il-Kbira, Triq Mons S Milanesi, Triq Sciortino, Vjal il-Ħelsien u Triq l-Imdina. Il-Ħadd, 12 ta' Ġunju (Jum il-Festa) wara l-4.00pm waqt il-purċissjoni, it-traffiku ser jgħaddi minn Triq Mikielanġ Sapiano, Triq Santa Marija, Triq l-Għasfura, Triq Adeo Gatt, Triq Dun F Calleja, Triq iż-Żebbuġ, Triq San Rokku, Vjajl il-Ħelsien u Triq l-Imdina. - It-traffiku li ġej minn Ħal Qormi fid-direzzjoni ta' Ħ'Attard u r-Rabat ser jibqa' jgħaddi minn Vjal il-Ħelsien, Triq San Rokku, Triq l-Imdina, Triq ix-Xgħir u Triq Mikiel Ang Sapiano. Il-venda tal-karozzi tal-linja ser tiġi trasferita temporanjament mit-Tnejn sa l-Erbgħa fi Vjal il-Ħelsien bejn Triq Agira u Triq l-Infetti u mill-Ħamis sal-Ħadd (Jum il-Festa) fi Vjal il-Ħelsien bejn Triq San Rokku u Triq l-Imdina (De Rohan), kif kien isir fis-snin ta' qabel.

Protokol Taljan — Toroq

Question

Jista' il-Ministru jgħid kemm huwa l-contract value tat-tliet lots ta' xogħlijiet tat-toroq, individwalment, li qegħdin jiġu ffinanzjati mill-Protokoll Taljan? Jista' jgħid jekk hemmx xi variations u jekk iva, fiex jikkonsistu u kemm huwa l-valur tagħhom?

Response (MUGLIETT, JESMOND)

Il-contract value tal-tliet lots ta' xoghlijiet huma hekk:- LOT Contractor Contract Value Lot 1 Ergon 2,542,373 Lot 1 SIG 1,342,000 Lot 2 Bassilotta 1,694,915 * as modified after curtailment of works. Lot 2 Integra 1,486,000 Lot 3 Auartari 2,796,610 Lot 3 Mattioli 748,000 Is-segwenti hija l-lista ta kuntratturi li gew agguddikalti xoghol ta’ kostruzzjoni ta’ toroq parti mill-progett iffinanzjat taht il-hames Protokoll Taljan u l-valuri tal-kuntratti rispettivi. Matul il-progett kien necessarju li jsiru modifikazzjonijiet fuq it- tep jew natura u kwantita’ tax-xoghlijiet li kienu ppjanati originalment. Dawn il-modifikazzjonijiet jikkonsistu fil-bicca l-kbira taghhom fis-segwenti: 1. Tiswijiet fuq infrastruttura li wara t-thaffir tat-triq kellha tissewwa jew tinbidel kompletament minhabba hsarat vizwali jew teknikament prevedibbli li jistghu jinqalghu fis-snin li gejjin. Hekk, gew evitati hafna mill-possibilitajiet li t-toroq godda jkollhom jinqalaw fil-futur. 2. Xoghol ta’ infrastruttura addizzjonali, hekk kif kien rikjest mill-entitajiet tas-servizzi matul l-andament tal-projett. 3. Asfaltar ta’ diversion routes li kienu necessarji minhabba toroq arterjali li kellhom jinghalqu .Uhud minn dawn it-toroq ma kienux mahsuba biex jinghalqu izda minhabba n-natura u l-iskala ta’ makkinarju li qed jintuza, kienu ser jinholqu sitwazzjonijiet perikoluzi ghas-sewwieqa. 4. Iz-zieda fit-tariffi ta’ dumping ta’ materjal ta’ kostruzzjoni. 5. Strutturi li nstabu taht il-livell tat-triq waqt it-thaffir, bhal gibjuni u culverts . F’uhud mill-kazi dawn kienu mwaqqfa u mantenuti. 6. Is-sejba ta’ katakombi fl-inhawi ta’ Targa Gap. 7. Implimentazzjoni tal-landscaping li qed jigri meqjus parti mill-progett . 8. Thaffir addizzjonali minhabb materjal hazin li nstab taht it-triq ghall-fond konsidderevoli, u cioe aktar milli kien previst meta saru l-investigazzjonijiet innizzjali. 9. Investigazzjonijiet li saru fuq infrastruttura ta’ servizzi ta’ koperazzjonijiet , liema investigazzjonijiet is-soltu issiru mill-korporazzjonijiet rispettivi Minhabba it-timeframes restritti, dawn saru parti mill-progett biex tigi eliminata l-possibilita ta’ telf ta’ zmien fl-implimentar ta’ dawn il-proceduri teknici. 10. Shifting ta’ cables ezistenti li kienu ppjanati biex jigu maghugha u jsiru mill-gdid. Dan sar f’kazijiet fejn l-istess cables kienu ghadhom jahdmu izda kienu fil-linja tal-karejgjata. Minkejja lil dan huwa xoghol laborjuz hafna, sar sforz bejn il-partijiet kollha biex tkun utilizzata is-service lifetime tal-istess infrastruttura. 11. Kostruzzjoni ta’ service road fil-parti tat-triq bejn il-junction li minn Haz-Zebbug taghti ghas-Siggiewi direzzjoni lejn Hal-Qormi . Meta l-Awtorita kienet qed tippjana l-aggudikar tal-kuntratti kienet halliet ammont ta’ flus li huma gejjin mill-Protokoll Taljan biex dawn ikopru l-eventwalita ta’ modifikazzjonijiet u dan sar minhabba illi tali modifikazzjonijiet huma difficli hafna li wiehed jevita fi progett ta’ kumplessita’ konsidderevoli bhal ma zgur jikkwalifika il-progett in kwistjoni. Il-valur ta' dawn il-modifikazzjonijiet ikun magħruf meta kejl tax-xogħolijiet ikun iffinallizzat.

Protokol Taljan — Toroq

Question

Jista' il-Ministru jgħid kemm huwa l-contract value tat-tliet lots ta' xogħlijiet tat-toroq, individwalment, li qegħdin jiġu ffinanzjati mill-Protokoll Taljan? Jista' jgħid jekk hemmx xi variations u jekk iva, fiex jikkonsistu u kemm huwa l-valur tagħhom?

Response (MUGLIETT, JESMOND)

Il-contract value tal-tliet lots ta' xoghlijiet huma hekk:- LOT Contractor Contract Value Lot 1 Ergon 2,542,373 Lot 1 SIG 1,342,000 Lot 2 Bassilotta 1,694,915 * as modified after curtailment of works. Lot 2 Integra 1,486,000 Lot 3 Anastasi 2,796,610 Lot 3 Mattioli 748,000 Is-segwenti hija l-lista ta kuntratturi li gew agguddikalti xoghol ta’ kostruzzjoni ta’ toroq parti mill-progett iffinanzjat taht il-hames Protokoll Taljan u l-valuri tal-kuntratti rispettivi. Matul il-progett kien necessarju li jsiru modifikazzjonijiet fuq it- tep jew natura u kwantita’ tax-xoghlijiet li kienu ppjanati originalment. Dawn il-modifikazzjonijiet jikkonsistu fil-bicca l-kbira taghhom fis-segwenti: 1. Tiswijiet fuq infrastruttura li wara t-thaffir tat-triq kellha tissewwa jew tinbidel kompletament minhabba hsarat vizwali jew teknikament prevedibbli li jistghu jinqalghu fis-snin li gejjin. Hekk, gew evitati hafna mill-possibilitajiet li t-toroq godda jkollhom jinqalaw fil-futur. 2. Xoghol ta’ infrastruttura addizzjonali, hekk kif kien rikjest mill-entitajiet tas-servizzi matul l-andament tal-projett. 3. Asfaltar ta’ diversion routes li kienu necessarji minhabba toroq arterjali li kellhom jinghalqu .Uhud minn dawn it-toroq ma kienux mahsuba biex jinghalqu izda minhabba n-natura u l-iskala ta’ makkinarju li qed jintuza, kienu ser jinholqu sitwazzjonijiet perikoluzi ghas-sewwieqa. 4. Iz-zieda fit-tariffi ta’ dumping ta’ materjal ta’ kostruzzjoni. 5. Strutturi li nstabu taht il-livell tat-triq waqt it-thaffir, bhal gibjuni u culverts . F’uhud mill-kazi dawn kienu mwaqqfa u mantenuti. 6. Is-sejba ta’ katakombi fl-inhawi ta’ Targa Gap. 7. Implimentazzjoni tal-landscaping li qed jigri meqjus parti mill-progett . 8. Thaffir addizzjonali minhabb materjal hazin li nstab taht it-triq ghall-fond konsidderevoli, u cioe aktar milli kien previst meta saru l-investigazzjonijiet innizzjali. 9. Investigazzjonijiet li saru fuq infrastruttura ta’ servizzi ta’ koperazzjonijiet , liema investigazzjonijiet is-soltu issiru mill-korporazzjonijiet rispettivi Minhabba it-timeframes restritti, dawn saru parti mill-progett biex tigi eliminata l-possibilita ta’ telf ta’ zmien fl-implimentar ta’ dawn il-proceduri teknici. 10. Shifting ta’ cables ezistenti li kienu ppjanati biex jigu maghugha u jsiru mill-gdid. Dan sar f’kazijiet fejn l-istess cables kienu ghadhom jahdmu izda kienu fil-linja tal-karejgjata. Minkejja lil dan huwa xoghol laborjuz hafna, sar sforz bejn il-partijiet kollha biex tkun utilizzata is-service lifetime tal-istess infrastruttura. 11. Kostruzzjoni ta’ service road fil-parti tat-triq bejn il-junction li minn Haz-Zebbug taghti ghas-Siggiewi direzzjoni lejn Hal-Qormi . Meta l-Awtorita kienet qed tippjana l-aggudikar tal-kuntratti kienet halliet ammont ta’ flus li huma gejjin mill-Protokoll Taljan biex dawn ikopru l-eventwalita ta’ modifikazzjonijiet u dan sar minhabba illi tali modifikazzjonijiet huma difficli hafna li wiehed jevita fi progett ta’ kumplessita’ konsidderevoli bhal ma zgur jikkwalifika il-progett in kwistjoni. Il-valur ta' dawn il-modifikazzjonijiet ikun magħruf meta kejl tax-xogħolijiet ikun iffinallizzat.

Toroq ġodda — Dawl

Question

Jista' il-Ministru jirrispondi mistoqsija parlamentari 12018 u jgħid jekk it-toroq li saru mill-ġdid mill-fondi tal-Ħames Protokoll ma' l-Italja kif ukoll dawk iffinanzjati mill-budget nazzjonali humiex ser jiġu mdawwla b'lampi full cutoff, kif qed jiġri fil-pajjiżi kollha ta' l-Unjoni Ewropea, in vista tal-problema tal-light pollution? Jekk le, jista' jispjega għaliex, ladarba lampi full cutoff joffru ħafna inqas glare fit-triq u allura iżjed safety għas-sewwieq u l-prezz ta' lampi full cutoff huwa l-istess bħal dak tas-semi cutoff li mdorrijin nużaw f'pajjiżna?

Response (MUGLIETT, JESMOND)

Ninsab infurmat illi l-ispecifications ta' l-istreet lighting li ħarġu mat-tender tax-xogħlijiet ta’ toroq iffinanzjati taħt il-ħames Protokoll Taljan kienu bbażati fuq l-i specifications tal-Enemalta li hija l-korporazzjoni ewlenija li f’ħafna drabi tipprovdi s-servizzi abbinati mad-dawl tat-toroq u tiġġestixxi s-sistema tas- supply tal- istess dawl . Dawn l-i specifications juzaw lampi tat-tip semi cut-off . F’waħda mir-rotot illi ġew kostruwiti fil-proġett imsemmi fis- suespost , liema rotta tikkonsisti minn triq ta’ ċirka żewġ kilometri, kienu nstallati lampi full cut-off. L-Awtorita' ser tiddiskuti l-implimentazzjoni u r-riżultati ta’ din is-sistema ta’ full cut off , hekk kif ġiet installata, mal-korporazzjonijiet konċernati sabiex din is-sistema ta’ full cut off tkun tista tiġi integrata fis-sistema tal-i street lighting li nużaw f’Malta .

Rotta 59

Question

Jista' il-Ministru jindaga jekk rotta 59 tistax titbiddel u tgħaddi minn Triq il-Pijunieri San Pawl il-Baħar, hija u ġejja lura mill-Belt?

Response (MUGLIETT, JESMOND)

Ninsab infurmat li fil-preżent, il-vetturi fuq din ir-rotta jidħlu mill-Qawra u joħorġu minn Triq il-Pijunieri, San Pawl il-Baħar. Jekk din ir-rotta tinbidel u l-vetturi jidħlu u joħorġu minn Triq il-Pijunieri, in-numru ta’ passiġġieri huwa mistenni li jonqos. Bħalissa hemm ukoll talba mingħand il-Kunsill Lokali ta’ San Pawl biex il-karozzi tal-linja jaqdu lill-lokali b’ mod aħjar billi l-vetturi ta’ fuq din ir-rotta jidħlu mill-Qawra u wara li jaslu il-venda, jerġgħu joħorġu mill-Qawra biex b’hekk jinqdew ukoll ir-residenti tal-Housing Estate. L-Awtorità dwar it-Trasport bħalissa qegħda taħdem fuq dan il-binarju biex tkun tista isservi aħjar lill-komunita'.

Żvilupp Urban u Toroq — Riċevimenti

Question

Jista' il-Ministru jgħid kemm ġew ordnati li jsiru riċevimenti fil-ministeru tiegħu għas-snin 2004 u 2005? Min kienu d-dolċiera, x'kienet l-okkażjoni u kemm ġew jiswew?

Response (MUGLIETT, JESMOND)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li ma saru l-ebda riċevimenti fil-ministeru tiegħi għas-snin 2004 u 2005.
Leg 10 PQ #12568 Sitting 274 2005-05-31 Oral · Interim From: CLYDE PULI To: Ministeru għall-Iżvilupp Urban u t-Toroq

Santa Venera — Triq il-Palazz l-Aħmar

Question

Jista' il-Ministru jgħid instabitx soluzzjoni għall-problema li joħloq l-ilma tax-xita li jinġabar fi Triq il-Palazz l-Aħmar, Santa Venera - mistoqsija parlamentari 30300, seduta 665 tal-10 ta' Diċembru 2001 - u jekk fl-affermattiv meta beħsiebu jibniha mill-ġdid issa li suppost tlesta s-survey u l-pjanti għall-bini ta' ġibjun?

Response (MUGLIETT, JESMOND)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li t-tweġiba tingħata f'seduta oħra.

Ħaż-Żabbar — Triq ta' ħdejn il-Mina ta' Hompesch

Question

Jista' il-Ministru jirrispondi mistoqsija parlamentari 12453 u jgħid: B'riferenza għat-tweġibiet ta' mistoqsijet parlamentari 10949 u dik ta' l-aħħar 12280, peress li jien informat li fil-11 ta' Mejju 2005 fl-10.00 a.m. la sar patching u lanqas sar tindif tal-culverts mill-11 ta' Frar, 2005 sal-lum, jista' il-Ministru jitlob spjegazzjoni dettaljata ta' meta sar ix-xogħol indikat għat-tweġiba lil domanda 10949 (seduta 244 tat-2 ta' Marzu 2005), min għamel dak ix-xogħol, meta sar u kemm dam ix-xogħol biex tlesta? Kemm kienet l-ispiża biex sar ix-xogħol li qed jiġi allegat li sar?

Response (MUGLIETT, JESMOND)

Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għat-tweġiba għall-mistoqsija parlamentari numru 12453.

Żvilupp Urban u Toroq — Chief executive officers

Question

Jista' il-Ministru jgħid x'inhuma s-salarji taċ-chief executive officers ta' l-awtoritajiet, fondazzjonijiet, korporazzjonijiet, kummissjonijiet, aġenziji, istituti u kumpanniji li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu?

Response (MUGLIETT, JESMOND)

Ninsab infurmat li s-salarju tac-chief executive officer ta' l-Awtorita' dwar it-Trasport huwa ta' Lm20,000 fis-sena.

Fgura — Sun and Moon Street

Question

Jista' il-Ministru jgħid meta Sun and Moon Street, Fgura mistennija tiġi asfaltata u meta se ssir il-bankina?

Response (MUGLIETT, JESMOND)

Nitlob lill-Onorevoli Interpellant jasal wasla sa Triq ix-Xemx u l-Qamar, Fgura u jara b'għajnejh triq oħra residenzjali cioe' Triq ix-Xemx u l-Qamar li tlestielha x-xogħol kollu ta' kostruzzjoni. L-Awtorita' dwar it-Trasport għamlet xogħol ta' twessieh tat-triq, mains ġodda tal-WSC u tad-drenaġġ, saru l-bankini kollha u t-triq ġiet mibnija mill-ġdid. Ix-xogħol tal-asfaltar tlesta wkoll xhur ilu.

Ħaż-Żabbar — Triq ta' ħdejn il-Mina ta' Hompesch

Question

B'riferenza għat-tweġibiet ta' mistoqsijet parlamentari 10949 u dik ta' l-aħħar 12280, peress li jien informat li fil-11 ta' Mejju 2005 fl-10.00 a.m. la sar patching u lanqas sar tindif tal-culverts mill-11 ta' Frar, 2005 sal-lum, jista' il-Ministru jitlob spjegazzjoni dettaljata ta' meta sar ix-xogħol indikat għat-tweġiba lil domanda 10949 (seduta 244 tat-2 ta' Marzu 2005), min għamel dak ix-xogħol, meta sar u kemm dam ix-xogħol biex tlesta? Kemm kienet l-ispiża biex sar ix-xogħol li qed jiġi allegat li sar?

Response (MUGLIETT, JESMOND)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-culvert kien tnaddaf fit-18 u 19 ta’ Frar, 2005 u tneħħew żewġ vjaġġi materjal. Il-patching sar fil-21 ta’ Frar 2005 wara li kien skula l-ilma. Il- Kunsill Lokali ta’ Haż-Żabbar ippropona biex din it-triq tingħalaq għat-traffiku sakemm jiskula l-ilma, minħabba li kien hemm ħofor perikolużi. Kif dan l-ilma skula dawn il-ħofor, sar patching kif wieħed jista’ jara b’għajnejh illum. Ix-xogħol sar min kuntrattur ta’ l-ADT. Dawn ix-xogħlijiet tlestew f’ġurnata. Dan il-kuntrattur għamel xogħol ta’ patching fi Triq il-Mina ta’ Hompesch u Triq Villabate, Żabbar; Triq Sant Antnin, M’Scala u t-tunnels ta’ St. Venera għal spiża totali ta’ Lm534.75.

Mosta — Asfaltar ta' toroq

Question

Jista' il-Ministru jgħid meta se jsir ix-xogħol fuq l-asfaltar ta' Triq Salvu Gatt u Triq San Paċifiku fil-Mosta?

Response (MUGLIETT, JESMOND)

Nixtieq ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi t-Triq Salvu Gatt u Triq San Pa`ifiku huma fil-lista ta' toroq li ġew identifikati li għanhom jinbnew mid-Direttorat. Ix-xogħol fuqhom isir skond il-prijoritajiet li jirriżultaw mill-programm tad-Direttorat.

Mosta — Asfaltar ta' toroq

Question

Jista' il-Ministru jgħid meta se tiġi konkluża t-triq kollha f'asfaltar fi Triq Mikelanġ Mifsud kif ukoll Triq Dawret il-Wied fil-Mosta?

Response (MUGLIETT, JESMOND)

Nixtieq ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi rigward Triq Mikelanġ Mifsud, id-Direttorat ħareġ tender is-sena l-oħra, liema tender għadu ma ngħatax. Dwar Triq Dawret il-Wied tal-Mosta id-Direttorat qed iħejji l-pjanti neċessarji għall-parti tat-triq bejn il-junction ta' Vjal il-Qalbiena Mostin u l-pont.