Legislature:
Category:
Reset
Active:
Leg 12 PQ #14827 Sitting 253 2015-03-23 Oral · Final From: ANTHONY AGIUS DECELIS To: Ministeru għall-Finanzi

Ministeru għall-Finanzi – xogħol mogħti lil kumpanija

Question

Jista’ l-Ministru jgħid x’xogħlijiet ingħataw lill-kumpanija, li d-dettalji tagħha qed jingħataw separatament, mill-Ministeru u mid-dipartimenti, aġenziji, awtoritajiet, fondazzjonijiet, entitajiet u korporazzjonijiet kollha li jaqgħu taħt ir-responsabilità tiegħu bejn Jannar 2011 u Marzu 2013, sena b’sena? Jista’ jgħid fiex kien jikkonsisti x-xogħol u kemm kien il-ħlas li sar f’kull każ? Jista’ jgħid jekk kull biċċa xogħol ingħatatx wara sejħa għall-offerti jew jekk hux b’direct order?

Response (SCICLUNA, EDWARD)

Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant illi ma ingħata l-ebda xogħol lil din il-kumpanija mill-Ministeru għall-Finanzi u d-dekasteru tiegħu għall-perjodu msemmi.
Leg 12 PQ #14839 Sitting 253 2015-03-23 Oral · Final From: JASON AZZOPARDI To: Ministeru għall-Finanzi

Ministeru għall-Finanzi — positions of trust

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 14174 u jelenka u jgħid liema huma l-positions of trust li hemm fi ħdan l-Uffiċju tiegħu u l-entitajiet u d-Dipartimenti kollha li jaqgħu taħtu?

Response (SCICLUNA, EDWARD)

Ngħarraf lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni mitluba qiegħda fit-tabella mehmuża hawn taħt. Ministeru/dipartiment/ entitajiet Position of trust VAT Technical Advisor MFSA Actuary
Leg 12 PQ #15306 Sitting 252 2015-03-18 Oral · Final From: ROBERT ARRIGO To: Ministeru għall-Finanzi

Ministeru għall-Finanzi — persons of trust

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 14266 u jgħid kemm għandu impjegati bħala persons of trust fil-Ministeru u fid-dekasteru tiegħu? Min huma u x’pożizzjoni għandhom? Kemm huma s-salarju annwali, il-perkaċċi (inkluż bonuses, allowances, mobile phones, karozzi, servizz tal-internet, fuel u xufiera) u l-ispiża fuq safar tagħhom, u għalhekk jgħid x’inhi n-nefqa globali f’sena għal kull wieħed minn dawn il-persuni impjegati bħala person of trust?

Response (SCICLUNA, EDWARD)

Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant illi l-informazzjoni mitluba qiegħda fit-tabella mehmuża hawn taħt. MINISTERU/DIPARTIMENT/ENTITÀ Position of Trust Salarju Annwali Perkaċċi Safar Nefqa Globali VAT Technical Adviser €35,583.00 €4,524.62 €4,075.00* €44,182.62 MFSA Actuary €78,650.00 Nil Nil €78,650.00 NB: Rigward l-ispejjeż tas-safar tat-Technical Adivser tal-VAT, dawn ikopru bejn Jannar 2014 u Diċembru 2014. L-ispejjeż totali kienu ta €14,807, li minnhom €10,732 ġew imħallsa mill-Kunsill Ewropew.
Leg 12 PQ #15358 Sitting 252 2015-03-18 Oral · Final From: GEORGE PULLICINO To: Ministeru għall-Finanzi

Infiq fuq Edukazzjoni

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm nefqet Malta fuq Edukazzjoni fl-2014 bħala persentaġġ tal-GDP?

Response (SCICLUNA, EDWARD)

Ngħarraf lill-Onor. Interpellant li l-istatistika dwar in-nefqa ta Malta fuq l-edukazzjoni fit-2014 għadha mhux disponsibbli. Din l-istatistika tkun miġbura mid-dipartiment kkonċernat u pubblikata għall-aħħar tas-sena 2015.
Leg 12 PQ #14812 Sitting 251 2015-03-17 Oral · Final From: ANTHONY AGIUS DECELIS To: Ministeru għall-Finanzi

Ministeru għall-Finanzi – xogħol mogħti lil kumpanija

Question

Jista’ l-Ministru jgħid x’xogħlijiet ingħataw lill-kumpanija, li d-dettalji tagħha qed jingħataw separatament, mill-Ministeru u mid-dipartimenti, aġenziji, awtoritajiet, fondazzjonijiet, entitajiet u korporazzjonijiet kollha li jaqgħu taħt ir-responsabilità tiegħu bejn Jannar 2004 u Marzu 2013, sena b’sena? Jista’ jgħid fiex kien jikkonsisti x-xogħol u kemm kien il-ħlas li sar f’kull każ? Jista’ jgħid jekk kull biċċa xogħol ingħatatx wara sejħa għall-offerti jew jekk hux b’direct order?

Response (SCICLUNA, EDWARD)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi l-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Leg 12 PQ #15112 Sitting 250 2015-03-16 Oral · Final From: FRANCIS ZAMMIT DIMECH To: Ministeru għall-Finanzi

BOV Multi Manager Property Fund

Question

Jista’ l-Ministru jikkonferma li sentejn ilu l-investituri fil-BOV Multi Manager Property Fund ġew imwiegħda, kemm fil-programm elettorali tal-Partit Laburista, kif ukoll permezz ta’ ittra personal li rċevew mill-Onor. Bartolo, li l-Gvern kellu jsibilhom soluzzjoni ġusta għall-każ tagħhom? Jista’ jindika meta din is-soluzzjoni se sseħħ? Jista’ jgħid hux minnu li ċ-Chairman tal-BOV l-ewwel qabel li l-kwistjoni tiġi riżolta permezz ta’ arbitraġġ u mbagħad biddel il-fehma?

Response (SCICLUNA, EDWARD)

Ngħarraf lill-Onor. Interpellant li l-Gvern għadu qiegħed jevalwa s-sitwazzjoni u se jieħu d-deċiżjonijiet meħtieġa fil-ħin adattat.
Leg 12 PQ #15164 Sitting 250 2015-03-16 Oral · Final From: KRISTY DEBONO To: Ministeru għall-Finanzi

MFSA – compliance visits f’diversi entitajiet

Question

B’referenza għat-tweġiba għall-mistoqsija parlamentari 14485, jista’ l-Ministru jispjega l-mekkaniżmi li jistgħu jintużaw mill-Awtorità għas-Servizzi Finanzjarji biex iż-żjarat għand entitajiet liċenzjati jissaħħu?

Response (SCICLUNA, EDWARD)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi dawn il miżuri jinkludu: 1. Taħrig intensiv għall impjegati ma regulaturi barranin ta ċerta livell u fama, inkuż ma awtoritajiet Ewropej bħall-ESMA, EIOPA, EBA u ECB; 2. It-tisħiħ tal-prestazzjoni tal-funzjoni ta’ superviżjoni bankarja permezz tal-implimentazzjoni tal-Mekkaniżmu Superviżorju Uniku, li daħal fis-seħħ fl-4 ta’ Novembru 2014; 3. Viżti tematiċi jew focussed fejn ir-riskju huwa akbar; u 4. Ir-riżorsi limitati jiġu utilizzati bil-għaqal, b'enfasi, b'mod ġenerali, fuq entitajiet liċenżjati li huma ta’ riskju u ta’ impatt qawwi jekk ifallu. 5. Enfasi biex ir-reklutaġġ jinkludi nies b'esperjenza fis-settur (sa fejn hu possibbli).
Leg 12 PQ #15009 Sitting 249 2015-03-11 Oral · Final From: CHRIS SAID To: Ministeru għall-Finanzi

Għawdex — Bini ta’ yacht marina u cruise liner terminal

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk il-proċess biex jiġi magħżul il-bidder għal bini ta’ yacht marina u cruise liner terminal f’Għawdex hux qed jitmexxa mill-Privitisation Unit? Jekk le, min qed imexxi dan il-proċess? Jekk iva, fiex wasal il-proċess? Kemm-il bidder kien hemm u liema huma dawn il-bidders?

Response (SCICLUNA, EDWARD)

Nitlob lill-Onorevoli Interpellant jirreferi l-mistoqsija lill-Ministru kkonċernat.
Leg 12 PQ #15049 Sitting 249 2015-03-11 Oral · Final From: KRISTY DEBONO To: Ministeru għall-Finanzi

Tnedija ta’ Development Bank

Question

B’referenza għall-mistoqsija parlamentari 14676, jista’ l-Ministru jispjega kif in-national development bank ma jaqax fil-portafoll tiegħu jew tal-anqas ma hux involut fit-twaqqif tiegħu ġaladarba hu jokkupa l-kariga ta’ Ministru għall-Finanzi?

Response (SCICLUNA, EDWARD)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi r-responsabbilta għat-twettieq tal-proposta dwar National Development Bank hija tad-Deputat Prim Ministru bħala parti mill-implimentazzjoni tal-Manifest Elettorali. Nista nikonferma wkoll li l-Ministeru tal-Finanzi, bħalma jiġri f’ħafna proġetti oħra, huwa nvolut fil-proċess ta tnehdija tan-National Development Bank.
Leg 12 PQ #14797 Sitting 248 2015-03-10 Oral · Final From: ANTHONY AGIUS DECELIS To: Ministeru għall-Finanzi

Ministeru għall-Finanzi – Persons of Trust

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien hemm impjegati bħala persons of trust fil-Ministeru u fid-dipartimenti, aġenziji, awtoritajiet, fondazzjonijiet, entitajiet u korporazzjonijiet li kienu jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu, sena b’sena matul l-2004, 2005, 2006, 2007, 2008, 2009, 2010, 2011 u 2012 ? Jista’ jgħid, wieħed wieħed: min kienu dawn il-persuni u x’pożizzjoni kienu jokkupaw; kemm kien is-salarju annwali tagħhom; x’kienet l-ispiża, sena b’sena fuq il-perkaċċi (inkluż bonuses, allowances, mobile phones, karozzi, servizz tal-internet, fuel u xufiera), u x’kienet sena b’sena l-ispiża fuq safar tagħhom?

Response (SCICLUNA, EDWARD)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi l-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Leg 12 PQ #14934 Sitting 247 2015-03-09 Oral · Final From: MARIO DE MARCO To: Ministeru għall-Finanzi

Tkabbir ekonomiku – konsum tal-Gvern

Question

Jista l-Ministru jgħid kemm ikkontribwixxa, f'termini perċentwali, il-konsum tal-Gvern lejn it-tkabbir ekonomiku bejn, l-2008 u l-2014? Jista’ jagħti l-informazzjoni mitluba għall-kull kwart tas-sena?

Response (SCICLUNA, EDWARD)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi l-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Leg 12 PQ #14992 Sitting 247 2015-03-09 Oral · Final From: CHRIS SAID To: Ministeru għall-Finanzi

Paga tal-Ħaddiema li jaħdmu f’Malta u Għawdex

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm hi l-paga medja tal-ħaddiema li jaħdmu f’Għawdex u kif tikkompara mal-paga medja tal-ħaddiema li jaħdmu f’Malta? Jista’ jgħid kemm hemm ħaddiema f’Għawdex bil-paga minima u x’persentaġġ jiffurmaw mill-ħaddiema kollha li jaħdmu f’Għawdex? Kif jikkompara mal-ħaddiema bil-paga minima f’Malta u kif jikkompara mat-total ta’ ħaddiema li jaħdmu f’Malta?

Response (SCICLUNA, EDWARD)

Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant illi l-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Leg 12 PQ #14197 Sitting 246 2015-03-04 Oral · Final From: MARTHESE PORTELLI To: Ministeru għall-Finanzi

Dipartiment tal-VAT – VAT Inspectors

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm hemm VAT Inspectors fid-Dipartiment tal-VAT? Dan huwa l-full complement jew le? Kemm suppost għandu jkun hemm VAT Inspectors biex dawn ilaħħqu mal-work load tagħhom? Jista’ jgħid jekk il-VAT Inspectors kollha humiex jagħmlu xogħol ta’ VAT Inspectors jew jekk hemmx minnhom li qed jingħataw xogħol purament klerikali? Jekk dan huwa minnu, kemm minnhom qed jagħmlu xogħol klerikali?

Response (SCICLUNA, EDWARD)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li bħalissa hemm 37 VAT Inspectors. Fi żmien qasir ser jiġu ngaġġati numru ta’ inspectors ġodda. Il-VAT Inspectors kollha jagħmlu xogħol ta’ VAT Inspectors, kif ukoll xogħol relatat inkluż investigazzjonijiet.
Leg 12 PQ #14198 Sitting 246 2015-03-04 Oral · Final From: MARTHESE PORTELLI To: Ministeru għall-Finanzi

Online Shops – ġbir ta’ VAT

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kif qed jiġi żgurat li l-online shops lokali jiġbru u jħallsu l-VAT kif suppost?

Response (SCICLUNA, EDWARD)

Ninforma lill-Onorevoli Nterpellant li d-Dipartiment tal-VAT jagħmel żjajjar frekwenti ta’ kontroll fl-uffiċji reġistrati ta’ l-online shops. Wara dawn iż-żjajjar, il-VAT Inspectors jagħmlu analiżi tad-data miġbura u jqabbluha mad-dikjarrazzjonijiet/denunzji tal-VAT rispettivi.
Leg 12 PQ #14431 Sitting 246 2015-03-04 Oral · Final From: JASON AZZOPARDI To: Ministeru għall-Finanzi

Ministeru għall-Finanzi – xogħol mogħti lil kumpanija

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk il-kumpanija li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament, ingħatatx xogħol mill-Ministeru, inkluż minn kull entità jew dipartiment li jaqgħu taħtu, minn Marzu 2013 sad-data li fiha tkun imwieġba din l-interpellanza? Jekk iva, meta u kemm kien il-valur finanzjarju tax-xogħol mogħti u jekk dan kienx fortt direct order jew tender? Fiex kien jikkonsisti dan ix-xogħol, jekk ingħata?

Response (SCICLUNA, EDWARD)

Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant illi l-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Leg 12 PQ #14677 Sitting 246 2015-03-04 Oral · Final From: KRISTY DEBONO To: Ministeru għall-Finanzi

Tnedija ta’ Islamic Banking

Question

Jista' l-Ministru jgħid f’liema stadju waslet il-ħidma tal-Gvern għat-tnedija ta' Islamic banking f'pajjiżna?

Response (SCICLUNA, EDWARD)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li saru numru ta’ laqgħat ta’ konsultazzjoni ma’ entitajiet li huma interessati f’dan is-settur u bħalissa qed isir studju ta’ kif għandu jiġi ntrodott l-Islamic Banking f’pajjiżna.
Leg 12 PQ #14782 Sitting 246 2015-03-04 Oral · Final From: ANTHONY AGIUS DECELIS To: Ministeru għall-Finanzi

Ministeru għall-Finanzi – Positions of trust

Question

Jista' l-Ministru jelenka u jgħid liema kienu l-positions of trust li kien hemm fi ħdan l-Ministeru tiegħu u fid-dipartimenti, aġenziji, awtoritajiet, fondazzjonijiet, entitajiet u korporazzjonijiet li kienu jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu, sena b’sena, matul l-2004, 2005, 2006, 2007, 2008, 2009, 2010, 2011 u 2012 ?

Response (SCICLUNA, EDWARD)

Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant illi t-tweġiba ser tingħata f’seduta oħra.
Leg 12 PQ #14547 Sitting 245 2015-03-03 Oral · Final From: KRISTY DEBONO To: Ministeru għall-Finanzi

Infrigement proceedings – tonnage tax

Question

Jista’ l-Ministru jispjega xi żviluppi qed isiru dwar it-tonnage tax fid-dawl tal-infrigement proceedings li għaddejjin bħalissa?

Response (SCICLUNA, EDWARD)

Nitlob lill-Onorevoli Interpellant jagħmel il-mistoqsija tiegħu lill-Ministru kkonċernat.
Leg 12 PQ #14676 Sitting 245 2015-03-03 Oral · Final From: KRISTY DEBONO To: Ministeru għall-Finanzi

Tnedija ta’ Development Bank

Question

Jista' l-Ministru jgħid f’liema stadju waslet il-ħidma tal-Gvern għat-tnedija ta' Development Bank f'pajjiżna?

Response (SCICLUNA, EDWARD)

Nitlob lill-Onorevoli Interpellant jagħmel il-mistoqsija tiegħu lill-Ministru kkonċernat.
Leg 12 PQ #14491 Sitting 244 2015-03-02 Oral · Final From: KRISTY DEBONO To: Ministeru għall-Finanzi

MFSA – proċess ta’ applikazzjoni

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk hemmx applikazzjonijiet li għadhom pendenti jew li għadhom fil-proċess tal-applikazzjoni? Jekk fl-affermattiv kemm hemm minn dawn l-applikazzjonijiet?

Response (SCICLUNA, EDWARD)

Applikazzjonijiet Pendenti Assigurazzjoni u Intermedjari tal- Assigurazzjoni – 26. Din il-figura tkopri applikazzjonijiet għal-liċenzja għall-Kumpaniji tal-Assigurazzjoni, Ċelluli Protetti f’kumpaniji tal-Assigurazzjoni u Intermedjarji fl-Assigurazzjoni, Kumpaniji biex jaġixxu ta` Intermedjarji, Reġistru Aġenti/Brokers/Managers, Awdituri Approvati u Intermedjarji marbuta fl-assigurazzjoni Servizzi ta’ Investiment - 113. Din il-figura tkopri applikazzjonijiet għal-liċenzja ta’ kumpaniji ta’ investimenti, kumpaniji ta’ amministrazzjoni tal-fondi, fondi u sottofondi. Pensjonijiet tal-Irtirar - 6. Din il-figura tkopri applikazzjonijiet għal-liċenzja ta’ Amministrazzjoni ta’ Skemi tal-Irtirar, Skemi tal-Irtirar u Maniġġar tal-Investiment. Kummerċ Bankarju - 4. Istituzzjonijiet Finanzjarji - 17. Din il-figura tkopri applikazzjonijiet għal-liċenzja ta’ istituzzjonijiet għal servizzi finanzjarji ġenerali, provditur ta’ servizz ta’ pagament u istituzzjoni ta’ flus elettroniċi. Trusts u Trustees – 15. Dawn l-applikazzjonijiet jinkludu trustees , istituzzjonijiet li joffru servizz ta’ mandatarju, kif ukoll amministrazzjoni ta’ fondazzjoni privati. Provdituri ta’ Servizz lill-Kumpaniji - 204.