Qala Għawdex – viċi sindku – ħlas mill-insurance tal-Kunsill
Question
Jista' l-Ministru jgħid għaliex il-Viċi Sindku tal-Qala fi Frar ta' din is-sena ġie mħallas is-somma ta' elfejn, tliet mija u għaxar ewro (€2310) mill-insurance tal-Kunsill? Fuq xiex kienet il-claim li saret? Min approva dan il-pagament?
Response (BONNICI, OWEN)
Din l-informazzjoni għadha qed tinġabar u ser tingħata f’seduta oħra.
B referenza għas-sejħa HM 28/6/2016 ta' Heritage Malta, jista’ l-Ministru jgħid min se jkunu l-Membri tal-Ġurija relatati ma’ din is-sejħa? Jista’ jgħid min se jkunu l-konsulenti esterni abbinati ma’ din il-ġurija? Jista’ jgħid x'se tagħmel Heritage Malta sabiex tassigura li ma jkun hemm l-ebda konflitt ta' interess bejn dawn l-individwi u individwi oħra li huma interessati f'din is-sejħa?
Response (BONNICI, OWEN)
Ninsab infurmat li mhux se jkun hemm konsulenti esterni marbuta ma’ din il-ġurija. Bħal f’kull proċess ieħor simili, il-membri kollha tal-ġurija jridu jiddikjaraw li m’għandhom l-ebda kunflitt ta’ interess, qabel jibdew jevalwaw l-offerti.
Dispost li nghaddi l-ismijiet tal-membri privatament lill-Onor. Interpellant.
Heritage Malta – membri tal-ġurija – kriterji għal marki
Question
B'referenza għas-sejħa HM 28/6/2016 ta' Heritage Malta, jista’ l-Ministru jgħid fuq liema kriterji l-ġurija se tagħti l-punti allokati kemm għall-prodott, għall-marketing u għall-business model? Jista’ jagħti l-break down ta' dawn il-marki?
Response (BONNICI, OWEN)
Ninsab infurmat li d-dokument tas-sejħa HM 28/6/2016 jispjega wieħed x’għandu jifhem bil-kriterji msemmija. Dawk kollha interessati kellhom il-liberta kollha li jissuġġerixxu dak li jidhrilhom hu l-aħjar fl-offerta tagħhom. Heritage Malta se tagħzel l-iktar proposta vantaġġjuża għaliha meta wieħed jieħu in kunsiderazzjoni l-aspetti kollha.
B'referenza għas-sejħa HM 28/6/2016 ta' Heritage Malta, jista’ l-Ministru jgħid għaliex Heritage Malta hija obbligata tipprovdi sistema ta’ Point of Sale (POS) tar-ristoranti li mhux se tkun qed topera hi?
Response (BONNICI, OWEN)
Ninsab infurmat li s-sistema ta’ Point of Sale se tkun ipprovduta minn Heritage Malta għal raġunijiet ta’ awditjar u kontabbiltà.
Heritage Malta – understanding of and response to concept — punti tal-ġurija
Question
B'referenza għas-sejħa HM 28/6/2016 ta' Heritage Malta, jista’ l-Ministru jgħid fuq liema kriterji l-ġurija se tagħti l-50 punt allokati għall-‘understanding of and response to concept’? Peress li dan is-suġġett huwa ta' natura suġġettiva ħafna, jista’ l-Ministru jgħid x'miżuri Heritage Malta ħa ser tieħu Heritage Malta, sabiex il-punti jkunu mogħtija jkunu iktar oġġettivi?
Response (BONNICI, OWEN)
Ninsab infurmat li d-dokument tas-sejħa HM 28/6/2016 jispjega wieħed x’għandu jifhem bil-kriterju msemmi. Barra minn hekk dawk kollha nteressati kellhom l-opportunita kollha li jsaqsu l-mistoqsijiet kollha meħtieġa waqt il-laqgħat li saru, liema laqgħat kienu miftuħa għal kulħadd. Kemm id-dokument tas-sejħa kif ukoll l-ispjegazzjonijiet li ingħataw waqt il-clarification meetings kollha huma pubbliċi, u wiehed jista’ jsibhom fuq heritagemalta.org/muzacafe.
Jista’ l-Ministru jgħid jekk hemmx il-ħsieb li Heritage Malta toħroġ sejħa għall-Manager - IT? Jekk fl-affermattiv, meta se jsir dan u jekk fin-negattiv, jista’ l-Ministru jagħti raġuni għaliex dan il-post se jibqa’ vakanti?
Response (BONNICI, OWEN)
Ninsab infurmat illi dan ir-rwol bħalissa huwa kopert mill-Head IT & Corporate Services u ghalhekk f’dan l-istadju ma hemmx bżonn li toħroġ sejħa simili.
Jista’ l-Ministru jgħid jekk Heritage Malta għandhiex 'branding guidelines'? Jekk fin-negattiv, jista’ jgħid fiex wasal ix-xogħol fuq dawn il-linji gwida?
Response (BONNICI, OWEN)
Ninsab infurmat illi Heritage Malta għandha branding guidelines. Dan id-dokument kien sar fl-2003 ftit wara li twaqqfet l-Agenzija, u ġie aġġornat xi snin wara.
PBS –impjegati li għandhom il-mobile phone/home pack imħallas
Question
Jista’ l-Ministru jagħti rendikont ta’ min huma l-persuni u x'karigi għandhom fi ħdan il-PBS, li minbarra l-kont tal-mobile imħallas, għandhom il-home pack, jiġifieri servizz ta' telefonija fissa, internet u televiżjoni mħallas mill-istess PBS?
Response (BONNICI, OWEN)
Minbarra l-kont tal-mobile, dawn il-persuni huma ntitolati għall-internet u televisjoni:
Manager IT
Financial Controller
Manager Operations
Manager Corporate Services
Manager Sales
Junior Manager News
Manager Sports
Manager News
Manager Programs
Junior Manager Radio
Jista’ l-Ministru jgħid x’kien il-ħlas u l-benefiċċji ta’ kull preżentatur ta’ programmi fuq PBS? Liema huma dawk il-preżentaturi li jitħallsu ammont addizzjonali mal-paga għall-programmi li jippreżentaw?
Response (BONNICI, OWEN)
Ninforma lill-Onor Interpellant li l-informazzjoni mitluba minnu hija ta’ natura kummerċjali u għaldaqstant ma tistax titqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra. Madanakollu jekk l-Onor. Interpellant jixtieq jara r-rati tal-ħlas tal-preżentaturi tal-PBS, nista’ nagħmel dan privatament.
Jista’ l-Ministru jgħid għal liema proġetti, inizjattivi, eċċ. ġiet mitluba l-assistenza, l-għajnuna, l-intervent eċċ. mill-Kunsill Lokali Gudja fl-aħħar 12-il xahar?
Response (BONNICI, OWEN)
Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba skont kif miġbura mill-Kunsill Lokali tal-Gudja.
Jista’ l-Ministru jgħid għal liema proġetti, inizjattivi, eċċ. ġiet mitluba l-assistenza, l-għajnuna, l-intervent eċċ. mill-Kunsill Lokali Għaxaq fl-aħħar 12-il xahar?
Response (BONNICI, OWEN)
Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba skont kif miġbura mill-Kunsill Lokali ta’ Ħal Għaxaq.
Kunsill Lokali Santa Luċija – proġetti, inizjattivi
Question
Jista’ l-Ministru jgħid għal liema proġetti, inizjattivi, eċċ. ġiet mitluba l-assistenza, l-għajnuna, l-intervent eċċ. mill-Kunsill Lokali Santa Luċija fl-aħħar 12-il xahar?
Response (BONNICI, OWEN)
Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba skont kif miġbura mill-Kunsill Lokali ta’ Santa Luċija.
Jista’ l-Ministru jgħid għal liema proġetti, inizjattivi, eċċ. ġiet mitluba l-assistenza, l-għajnuna, l-intervent eċċ. mill-Kunsill Lokali Marsa fl-aħħar 12-il xahar?
Response (BONNICI, OWEN)
Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba skont kif miġbura mill-Kunsill Lokali tal-Marsa.
Jista’ l-Ministru jgħid għal liema proġetti, inizjattivi, eċċ. ġiet mitluba l-assistenza, l-għajnuna, l-intervent eċċ. mill-Kunsill Lokali Żurrieq fl-aħħar 12-il xahar?
Response (BONNICI, OWEN)
Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba skont kif miġbura mill-Kunsill Lokali taż-Żurrieq.
Jista’ l-Ministru jgħid għal liema proġetti, inizjattivi, eċċ. ġiet mitluba l-assistenza, l-għajnuna, l-intervent eċċ. mill-Kunsill Lokali Mqabba fl-aħħar 12-il xahar?
Response (BONNICI, OWEN)
Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba skont kif miġbura mill-Kunsill Lokali ta’ Mqabba.
Jista’ l-Ministru minnufih jieħu azzjoni sabiex mill-aktar fis jitlesta x-xogħol fuq allegat skavi f’nofs Triq Santa Rita fir-Rabat Malta?Jista’ wkoll jieħu azzjoni sabiex isir it-tindif u l-manutenzjoni neċessarja fiż-żona milquta, għaliex hi inkonvenjent, ta’ periklu u ta’ dannu estetiku għar-Rabat (Malta)?
Response (BONNICI, OWEN)
Ninsab infurmat illi s-Sovrintendenza tal-Patrimonju Kulturali lestiet l-iskavi fis-sit imsemmi fir-Rabat, Malta f’Novembru tal-2014.
Ninsab infurmat ukoll mill-Kunsill Lokali tar-Rabat, Malta, li s-sit li qed jirreferi għalih l-Onor. Interpellant jinsab magħluq b’fencing u tnaddaf bosta drabi.
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi s-sit instab waqt proġett li kien qed jitwettaq mill-Kunsill Lokali b’fondi Ewropej. Ix-xogħlijiet relatati mas-sit misjub ma kienux proġettati mill-Kunsill fl-istimi tiegħu u għaldaqstant ma kienux koperti mill-fondi tal-proġett li kien għaddej.
Għaldaqstant il-Kunsill Lokali, f’Mejju 2016, ħareġ sejħa għall-offerti sabiex isiru x-xogħlijiet meħtieġa. Ninsab infurmat li din l-offerta tinsab fil-proċess sabiex terġa' tinħareġ mill-ġdid, peress li l-unika offerta li ntefgħet fl-ewwel sejħa kienet taqbeż il-valur stmat waqt li l-offerent tagħha nstab li kien technically non-complaint.
Inizjattiva dwar Restawr ta’ Postijiet Storiċi 2016 – applikazzjonijiet mill-kunsilli lokali
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kemm-il applikazzjoni ġiet ippreżentata mill-kunsilli lokali taħt l-Inizjattiva dwar Restawr ta’ Postijiet Storici 2016 maħruġa mid-Dipartiment għall-Gvern Lokali? Jista’ jagħti lista tal-binjiet li qegħdin jiġu proposti mill-kunsilli lokali biex isir ir-restawr tagħhom permezz ta’ din l-inizjattiva?
Response (BONNICI, OWEN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi kienu sottomessi tlieta u tletin (33) applikazzjoni minn tletin (30) Kunsill Lokali għall-iskema li qed jirreferi għaliha hu.
Iktar informazzjoni tinghata meta l
-
Bord tal-Aġġudikazzjoni ta’ din l-iskema jespleta l-inkarigu tieghu.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm ingħata flus kull kunsill lokali mill-flus miġbura miċ-ċitazzjonijiet minn Ottubru 2015 sal-aħħar ta’ Settembru 2016?
Response (BONNICI, OWEN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra rapport dettaljat kif provdut mill-Aġenzija għall-Infurzar Lokali (LESA) li jelenka l-flus li ngħata, jew li qegħdin fil-proċess li jingħata, kull Kunsill Lokali, bħala commission ta’ għaxra fil-mija (10%) fuq kull ċitazzjoni li tkun tħallset. Ninsab infurmat li fil-parti l-kbira tal-Kunsilli Lokali ġew rifuzi l-ammont dovut sa Lulju 2016.
Irrid ngħid li apparti minn dawn il-fondi, l-Kunsilli Lokali se jibbenefikaw ukoll in toto jew in parte minn fondi in eċċess li fadal għand il-LESA wara sena ħidma u wara li jinqatgħu l-ispejjeż kollha. Se niltaqgħu mal-AKL dan ix-xahar stess biex niddiskutu aħjar kif l-aħjar jintużaw dawn il-fondi.
Wardens – admistration fee imħallsa mill-kunsilli lokali
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kemm jitħallas bħala administration fee kull kunsill lokali tax-xogħol li jagħmel biex jiġu ordnati u jitħallsu l-wardens għal xogħlijiet privati mir-residenti?
Response (BONNICI, OWEN)
Din l-informazzjoni għadha qed tinġabar u ser tingħata f’seduta oħra.