Jista' il-Ministru jgħid kemm-il darba ġew avvelenati għasafar ġewwa l-airport tal-Gudja s-sena l-oħra u din is-sena? Kemm inġabru għasafar mejta minħabba dan l-avvelenament u x'tip kienu? Għaliex l-airport mhux juża mezzi oħra ta' kontroll anqas krudili, bħal ħsejjes u għasafar tal-priża mgħallem?
Response (GATT, AUSTIN)
Kif jaf l-Onor. Interpellant, l-MIA Ltd hi kumpanija pubblika kkwotata fuq il-Borża ta' Malta fejn il-Gvern għandu biss sehem minoritarju. Konsegwentament il-Ministeru tiegħi m'għandu ebda funzjoni amministrattiva.
B'riferenza għat-tweġiba li ngħatat għal mistoqsija parlamentari 11367, jista' il-Ministru jindaga għalfejn għadu ma sarx it-tibdil meħtieġ fi Triq Mamo, minkejja diversi rapporti li saru lil-uffiċjali ta' l-Enemalta? Ritratti li qed jiġu mibgħuta separatament (7) jixhdu dan il-bżonn.
Response (GATT, AUSTIN)
Peress li kif diġa spjegajt fir-risposta għall-mistoqsija Parlamentari nru. 11367 li l-linji m'humiex perikolużi u għalhekk ma hemmx urġenza biex jinbidlu, x-xogħol meħtieġ għandu jsir flimkien ma xogħolijiet oħra simili.
Jista' il-Ministru jirrispondi mistoqsija parlamentari 12002 u jgħid jekk l-Enemalta tistax tapprova t-twaħħil ta' lampa ġdida fi Triq il-Vittorja, Qormi fl-inħawi fejn jinsab il-ħanut Rainbow stationary, minħabba li r-residenti qed jilmentaw minn nuqqas ta' dawl f'din il-parti tat-triq?
Din it-talba diġa' kienet tressqet mill-kunsill lokali?
Response (GATT, AUSTIN)
Nirreferi lill-Onor. Interpellant għar-risposta li tajt għall-P.Q. 1877.
Jista' il-Ministru jirrispondi mistoqsijiet parlamentari 11677 u 11959 u jgħid kemm ġiet tiswa biex tinbena u tibda topera l-power station il-ġdida f'Delimara? Ittieħed xi forma ta' self ta' flus mill-gvern sabiex dan il-proġett seta' jitwettaq? Jekk iva, minn liema bank jew istituzzjoni?
Response (GATT, AUSTIN)
Jiena nfurmat li n-nefqa Kapitali tal-Power Station ta' Delimara mis-sena 1987 sas-sena 2000 kienet bejn wieħed u ieħor ta' Lm98 Miljun.
Il-loans li saru minħabba l-bini tal-Power Station saru mal-Bank of Austria, BHEL u l-Kuwait Fund 1990 bħala banek barranin. Mid Med Bank u Bank of Valletta ukoll kienu involuti fil-finanzjarjament kemm b'loans kif ukoll b'overdrafts.
Jista' il-Ministru jirrispondi mistoqsija parlamentari 11704 u jipprovdi breakdown ta' l-ammont annwali ta' fly ash iġġenerat mill-power stations tal-Marsa u ta' Delimara rispettivament għal perjodu li jibda mill-1990 sa 2004?
Response (GATT, AUSTIN)
Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba.
Jista' il-Ministru jirrispondi mistoqsija parlamentari 11703 u jgħidilna kemm kienet l-ispiża għax-xiri ta' heavy fuel oil u gasoil rispettivament għal użu fil-power stations tal-Marsa u ta' Delimara għall-perjodi 2002/2003 u 2003/2004? X'differenza għamlet f'termini ta' spiża l-introduzzjoni ta' low-sulphur fuels għal użu fil-power stations?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.
Jista' il-Ministru jara li s-servizzi tad-dawl, ilma u drenaġġ lejn il-club ta' Cospicua rangers f'Bormla jkunu mħarsa sabiex ma jsofrux xi qtugħ jew tkissir? Jista' jara x'se jsir dwar il-katusi tad-drenaġġ mill-istess lok?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.
Peress li ħafna xhur ilu kien inbeda xogħol ta' tisħiħ fil-provvista ta' l-elettriku fil-housing estate ta' Verdala, Bormla, jista' il-Ministru jgħid fiex waslu dawn ix-xogħlijiet u jekk għadhom ma tlestewx meta se jitlestew?
Response (GATT, AUSTIN)
Jien infurmat li fl-inħawi msemmija sar ħafna xogħol ta' nfurzar tas-sistema ta' vultaġġ baxx. Il-ftit xogħol li għad fadal għandu jitkompla flimkien ma' xogħolijiet oħra simili.
Jista' il-Ministru jgħid kemm huwa l-prezz taż-żejt li huwa jixtri, xi kwalita' u xi kwantita' jixtri u minn liema pajjiż? Jista' jgħid jekk iż-żejt li jixtri jixtrihx huwa dirett? Jista' jgħid jekk hemmx xi ftehim ma' xi gvern barrani biex jixtri żejt bi prezz issussidjat? Jekk iva, ma' liema gvern issir id-deal? Hemm ħsieb li l-gvern jibda joħroġ b'tender ix-xiri taż-żejt?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.
Jista' il-Ministru jirrispondi mistoqsija parlamentari 11242 u cioe' jgħid x'kien il-proporzjon ta' konsumaturi tal-korporazzjoni għas-servizzi ta' l-ilma u tal-korporazzjoni Enemalta rispettivament, li minkejja l-miżuri fil-budget ta' l-1998 irriżultalhom li ma kellhom l-ebda żieda fil-kontijiet tagħhom?
Response (GATT, AUSTIN)
Jiena nfurmat li din l-informazzjoni ma tistax tiġi estratta mis-sistema tal-billing tal-Korporazzjoni għas-Servizzi ta' l-Ilma.
Jista' il-Ministru jirrispondi mistoqsija parlamentari 11243 u cioe' jgħid kemm pensjonanti bbenefikaw minn roħs fil-kontijiet tad-dawl u l-ilma minn l-aħħar budget 'il hawn?
Jista' il-Ministru ġentilment jgħid kemm għaddew passiġġieri b'kollox mill-ajruport internazzjonali ta' Malta din is-sena s'issa?
Response (GATT, AUSTIN)
Kif jaf l-Onor. Interpellant, l-MIA Ltd hi kumpanija pubblika kkwotata fil-Borża ta' Malta, u li fiha l-Gvern għandu biss sehem minoritarju. Konsegwentament il-Ministeru tiegħi m'għandu l-ebda funzjoni amministrattiva.
Jista' il-Ministru jgħid kemm ingħataw kuntratti fuq mains tad-drenaġġ u ta' l-ilma mill-korporazzjoni għas-servizzi ta' l-ilma matul dawn l-aħħar sentejn? Min kienu l-kuntratturi jew koperattivi li ngħataw dawn il-kuntratti, wieħed wieħed? Kemm kien hemm xogħlijiet minn dawn li ngħataw b'direct order - jekk kien hemm - u għal liema raġuni ma ġewx mogħtija wara li saru sejħiet għal offerti? Fuq liema kriterji stabiliti jimxi d-dipartiment biex jingħataw dawn il-kuntratti? Minn min jiġi ċċekkjat ix-xogħol wara li jitlesta? Jista' jgħid jekk din il-proċedura ta' quality assurance issirx dejjem u fuq xogħol bħala proċedura standard?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.
Jista' il-Ministru jirrispondi mistoqsija parlamentari 12057 u jgħid kemm inħarġu promozzjonijiet lill-ħaddiema tal-kumpannija Sea Malta fil-grad ta' messaġġier mis-sena 2000 'il hawn? Jista' jagħti lista ta' dawn il-ħaddiema u d-data tal-promozzjonijiet?
Response (GATT, AUSTIN)
Jiena nfurmat li ma kien hemm l-ebda messaġġier li ħa 'promotion' mis-sena 2000 'l hawn.
Jista' il-Ministru jgħid kemm ilu li sar is-substation ta' l-elettriku li hemm fil-foss taċ-Cittadella, Għawdex? Jista' jgħid lil min qiegħed jaqdi dan is-substation? Jista' il-Ministru jgħid ukoll jekk saritx xi talba minn xi ħadd għal estenzjoni tal-cable minn dan is-substation biex jissaħħaħ id-dawl taċ-Cittadella? Jekk fl-affermattiv, x'inhi r-raġuni li dan il-cable mhux jintuża?
Response (GATT, AUSTIN)
Jiena nfurmat li ma hemm l-ebda substation fil-foss taċ-Ċittadella u għalhekk ma hemm l-ebda konsumatur eżistenti jew prospettiv li qiegħed jinqeda jew jista' jinqeda minn din is-substation.
B'riferenza għar-risposta ta' mistoqsija parlamentari 12008, jista' il-Ministru jirrispondi b'riferenza għall-impjegati li qegħdin b'kuntratt kif ukoll għall-impjegati li huma tal-kuntrattur, kemm jekk dawn huma Maltin kif ukoll jekk huma barranin?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.