Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid x'użu qed isir mis-sular ta' fuq taċ-Ċentru tal-Persuni b'diżabilita' ta' M'Scala? Huwa minnu li dan is-sular għadu mhux qed jilqa' persuni fih, ħlief għaċ-Ċentru ta' matul il-jum? Jista' jgħid wkoll jekk hemmx direttur wieħed jew aktar f'dan iċ-Ċentru?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Ninsab infurmat li s-sular ta' fuq taċ-Ċentru tal-Persuni b'Diżabilita' ta' M'Scala, li jikkonsisti f'għaxar appartamenti, qed jintużaw temporanjament tlett appartamenti miċ-Ċentru u appartament ieħor bħala uffiċju.
Fi ftit żmien ieħor se jiġi nstallat lift biex il-post kollu jkun aċċessibbli għall-persuni b'diżabilita'. Ser jiġi ukoll imħejji pjan komprensiv dwar kif isir l-aħjar użu minn dan il-kumpless kollu.
Rigward min hu responsabbli ta' dan il-kumpless, bħalissa ma hemmx indikat direttur biex imexxi dan il-kumpless.
Jista' l-Ministru jinvestiga il-każ ta' housing ta' familja li d-dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament fejn l-aħħar housing inspection saret fid-29.03.01, aktar u aktar billi b'kollox hemm disa persuni joqogħdu fl-istess dar bħalissa?
Jista' l-Ministru jgħid jekk il-persuni b'diżabilita għadhomx permessi li jidħlu jaraw logħob tal-football f' Ta' Qali b'xejn bil-karta tad-diżabilita s-safra?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Ninforma lill-Onor. Interpellanti li l-informazzjoni qiegħda tinġabar u risposta ser tingħata f'xi Seduta oħra.
B'referenza għal mistoqsija numru W 220, jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid x'inhi r-raġuni li l-ETC irreġistrat lill-persuna msemmija fuq Part 2 u mhux Part 1?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Il-persuna ndikata kienet ġiet reġistrata fuq it-tieni parti tar-reġistru peress li fit-8 ta' Jannar 2001 kienet inqabdet taħdem mill-ispetturi tal-Korporazzjoni għax-Xogħol u Taħriġ waqt li kienet tirreġistra għax-xogħol.
Wara li għaddew is-sitt xhur minn meta nqatgħet minn fuq l-ewwel parti tar-reġistru, tqegħdet mill-ġdid fuq din il-parti.
B'referenza għal-mistoqsija parlamentari nru. 26485, jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid jekk il-persuna li d-dettalji tagħha qed jingħataw separatament ħaditx dak li hu dovut lilha?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-persuna minnu ndikata qed titħallas kif suppost u skond l-Att dwar is-Sigurta' Soċjali (Kap 318). L-istess persuna ġiet infurmata dwar dan bil-miktub.
Jista' l-Ministru jgħid kemm kien hemm ħaddiema tal-Maltacom minn Settembru 1998 sa' llum li għamlu talbiet biex jgħaddu bord?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-istatistika li għandu d-Dipartiment dwar persuni boarded out ma tinżammx skond l-post fejn il-persuna kienet taħdem. Għaldaqstant l-informazzjoni mitluba ma tistax tingħata.
Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid kemm hemm residenti anzjani f'Marsascala li qegħdin fuq il-lista tad-dipartiment sabiex imorru jgħixu f'xi dar ta' l-anzjani? Jista' jgħidu wkoll għal liema homes qed japplikaw?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li hemm 7 residenti anzjani f'Marsascala li qegħdin fuq il-lista tad-dipartiment sabiex imorru jgħixu f'xi dar ta' l-anzjani. Dawn għamlu t-talba tagħhom biex jidħlu f'dawn id-djar:
1 Mtarfa
1 Zejtun
1 Mosta
2 Floriana
2 Bormla
Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid x'inhuma l-pjani tal-gvern rigward il-ftuħ ta' djar residenzjali għal persuni b'diżabilita'? Jista' jgħid x'inhija eżattament il-policy tal-gvern fejn għandhom x'jaqsmu dawn id-djar, fis-sens ta' x'se jiġri minn dawn il-persuni wara l-mewt tal-ġenituri tagħhom jew tal-carers tagħhom?
Response (GONZI, LAWRENCE)
MISTOQSIJA PARLAMENTARI NUMRU W281
Ghall-ewwel darba din is-sena, fl-estimi generali tal-2001 taht il-vot tal-Ministeru tal-Politika Socjali, il-Parlament Malti vvota fondi rikorrenti u kapitali biex titfassal politika u strategija sostenibbli ghall-izvilupp ta’ servizzi residenzjali u ta’ ghajxien issapportjat ghall-persuni b’dizabilita’.
Bhala l-ewwel mizura l-Ministeru waqqaf taqsima ghall-Ghajxien issapportjat fi hdan il-Fondazzjoni ghas-Servizzi ta’ Harsien Socjali (Foundation for Social Welfare Services, FSWS). Din it-taqsima ser tizviluppa f’agenzija ta’ servizzi bl-ghan ewlieni li tahdem fil-qrib mal-familji ta’ persuni b’dizabilita’ biex il-persuni b’dizabilita’ jkunu jistghu jippartecipaw b’mod shih fil-hajja tal-komunita’ anke meta l-familja ma tkunx tista’ tibqa’ tiehu hsiebhom. Din l-agenzija ser tkun it-tielet agenzija tal-FSWS; it-tnejn l-ohra huma l-Agenzija Appogg u l-Agenzija Sedqa.
Din it-taqsima diga’ bdiet tahdem, permezz tal-Manager taghha, biex:
a) Titfassal il-politika li rridu nimxu fuqha;
b) Titfassal strategija ta’ implementazzjoni ghas-snin li gejjin;
c) Jithejjew l-bagit u l-business plans mehtiega ghat-tliet snin li gejjin;
d) Titwaqqaf l-istruttura amministrattiva mehtiega biex tibda topera l-agenzija l-gdida;
e) Tibda tipprovdi l-ewwel servizzi residenzjali u ta’ sapport fil-komunita’.
Din it-taqsima ser izzomm bhala bazi ghal hidma taghha r-rapport “Residential Services for Persons with Disability (1999)” ikkummissjonat mill-Kummissjoni Nazzjonali Persuni b’Dizabilita’ fl-1997 u pprezentat lill-Ministeru tieghi fl-1999, u r-rapport “Feasibility Study: Services for Persons with Disability (2000)” ikkummissjonat mill-Kummissjoni Nazzjonali Persuni b’Dizabilita’ fl-1999 u pprezentat lill-Ministeru tieghi fl-2000. Dawn ir-rapporti thejjew mill-Management Efficiency Unit u kopji ta’ dawn ir-rapporti tpoggew fuq il-Mejda tal-Kamra fil-15 ta’ Frar 2000 (PQ 3541).
Kif jghidu dawn l-istess dokumenti, l-ghan ahhari ghandu jkun li l-persuni b’dizabilita’ jghixu fil-komunita’ preferibilment mal-familji taghhom bis-sapport li ghandhom bzonn, sakemm din tkun l-ghazla tal-persuna b’dizabilita’. Dan il-ghan jista’ jinlahaq b’diversi modi differenti u ghalhekk ma hemmx soluzzjoni wahda li tissodisfa l-bzonnijiet ta’ kull persuna b’dizabilita’ li ghandha bzonn dan is-servizz. Fost modi li qed jigu kunsidrati hemm:
a) sapport lill-familiji ta’ persuni b’dizabilita fil-komunita’;
b) skemi ta’ assistenza personali;
c) djar zghar fil-komunita’.
Il-Ministeru hu konxju tal-bzonn kbir li l-genituri jew il-carers tal-persuni b’dizabilita’ li ghandhom bzonn dan is-servizz ikollhom is-serhan il-mohh li jkunu jafu x’ser jigri minn uliedhom b’dizabilita’ meta huma ma jkunux jistghu jibqghu jiehdu hsiebhom. Il-Ministeru hu konxju wkoll li filwaqt li nzommu mal-principju li dawn il-persuni ghandhom dritt li jghixu fil-komunita’ bis-sapport li ghandhom bzonn, hu mportanti wkoll li nsibu modi sostenibbli biex nipprovdulhom is-sapport li verament ghandhom bzonn.
Bil-mizuri mhabbra hawn fuq, nistghu nghidu li matul din is-sena l-Ministeru beda t-triq twila biex b’mod sistematiku niffaccjaw din l-isfida kbira li ghandna quddiemna u nibdew inserrhu mohh il-familji tal-persuni b’dizabilita’ li ghandhom bzonn dawn is-servizzi.
Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid hemmx ħsieb li ċ-ċentri ta' matul il-jum (adult training centres) għal persuni b'diżabilita' jiġu relieved mill-overcrowding li qegħdin fih bħalissa? Hemm ħsieb li jiftħu ċentri ġodda? Jekk iva, għandu l-gvern nies imħarrġa biżżejjed biex imexxuhom? Jekk iva, x'taħriġ ingħataw? F'dan il-każ x'taħriġ se jingħata lill-persuni b'diżabilita' li se jattendu fihom?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Bl-iskop li jżid il-postijiet fl-Adult Training Centres, fil-futur qarib ser jinfethu ċentri ġodda fl-Imtarfa, f'Penbroke u bħala parti mill-kumpless ġdid tal-Community Resource Centre fil-Kottonera.
Qed isir taħriġ regolari ta' l-impjegati biex dawn ikunu jistgħu jmexxu dawn iċ-centri. Dan it-taħriġ jinkludi tagħrif dwar is-servizzi mogħtija, ippjanar aħjar ta' l-attivitajiet lill-klijenti ta' dawn iċ-ċentri, kif ukoll personal u social skills. Dan qed isir biex kull klijent isirlu care plan individwali skond il-ħtiġijiet tiegħu.
Meta ħarġet il-call for applications għal training consultant ma' l-adult training centres għal persuni b'diżabilita'? Kemm applikaw? Min huma dawk li applikaw? X'kriterji riedu jaqdu l-applikanti? Min intgħażel? Xi kwalifiki għandha l-persuna magħżula? X'rinumerazzjoni għandha l-persuna magħżula?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Nirreferi lill-Onor. Interpellanti għat-Tweġibiet li jien tajt għall-Mistoqsijiet Parlamentari Numru 26546 u 27360 li jien tajt f'Seduti Numru 559 u 580 rispettivament.
Jista' l-Viċi Prim Ministru jara għaliex il-persuna li d-dettalji tagħha qed nibgħathom under separate cover ilha ma tirċievi l-pensjoni għal sena u xahar wara li din kienet ħallset is-somma ta' Lm 2601.56 cents bħala ħlas dovut minnha u allura suppost li kellha terġa tibda tirċievi l-pensjoni? Peress li din baqgħet ma irċiviet xejn minkejja li flus li għandha l-bank huma madwar Lm 3,000 allavolja marret is-social services diversi drabi w anki jiena stess għamilt rappreżentazzjonijiet f'isimha, u peress li din l-anzjana qed tbati finanzjarament, possibli l-każ tagħha jiġi investigat bir-reqqa?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Nixtieq ninforma lill-Onor. Interpellant li l-persuna konċernata ġiet infurmata bil-pożizzjoni tagħha u ser terġa tikkwalifika għall-pensjoni minn Awissu ta' din is-sena.
Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid jekk l-Adult Training Centre li se jinbena fil-Cottonera Family Resource Centre fil-Birgu hux maħsub għal Persuni B'Diżabilita'? Jekk le għal min? Meta huwa ppjanat li jibda jopera?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Parti mill-kumpless tal-Community Resource Centre tal-Kottonera ser ikun għall-użu ta' persuni adulti b'diżabilita'. Dan iċ-ċentru mistenni jibda jiffunzjona fil-bidu tas-sena ddieħla.
Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid x'inhuma s-servizzi mekkaniċi għas-swali tan-nisa 5 u 6 fir-residenza għall-kura ta' l-anzjani f' San Vinċenz de Paule li ntalbu kwotazzjonijiet mill-Welfare Committee sal-5 ta' Lulju?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Ma jirriżultalix li l-Kumitat tal-Welfare talab kwotazzjonijiet għal servizzi għas-swali tan-nisa 5 u 6 fir-Residenza San Vinċenz de Paule, li għalqu fil-5 ta' Lulju 2001.
Jista' l-Viċi Prim Ministru jinvestiga għaliex il-persuna li d-dettalji tagħha qed nagħti separatament ilha sena u xahrejn bla pensjoni wara li din l-anzjana ħallset lura is-somma ta' Lm 2601.56 centes fl-20 ta' April 2001 u billi wara li ħallset din is-somma il-flus kellha l-bank niżlu għall-Lm 3100 w allura kienet intitolata li terġa tirċievi l-pensjoni u minkejja dan u minkejja diversi ġiri minn uffiċju għall ieħor s'issa din għadha bla pensjoni?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Nirreferi lill-Onor. Interpellant għar-risposta li tajt għall-Mistoqsija Parlamentari Numru W291.
B'riferenza għall-pagamenti tal-benefiċċji tat-tfal li tħallas lill-koppja li dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament, jista' l-Ministru jgħid għaliex kien hemm tnaqqis ta' Lm50 meta pparagunat mal-pagament preċedenti ta' dan il-benefiċċju?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Ninsab infurmat li l-persuna li għandha n-numru tal-karta ta' l-identita' ndikat fil-Mistoqsija m'għandiex talba għall-Allowance tat-Tfal.
Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid kemm hemm assoċjazzjonijiet li l-ETC għamlet ftehim magħhom biex jgħallmu n-nies b'diżabilita' sabiex isibu posthom fid-dinja tax-xogħol? Jista' jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja ta' kull ftehim li sar f'dan is-sens?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Il-Korporazzjoni għax-Xogħol u Taħriġ għamlet ftehim ma' ħames assoċjazzjonijiet biex jgħallmu nies b'diżabilita' jew ikkunsidrati bħala żvantaġġjati biex jgħinuhom jidħlu fid-dinja tax-xogħol. Dawn huma l-Eden Foundation, il-Fondazzjoni Arka, r-Richmond Foundation, Caritas, u l-Istitut Paolo Freire.
Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja ta' kull ftehim.
Jista' l-Ministru jgħid kemm hawn anzjani fil-waiting list jistennew li jidħlu fl-Isptar San Vinċenz De Paule?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li n-numru ta' anzjani fuq il-waiting list biex jidħlu fir-Residenza San Vinċenz de Paule huwa 728. Dawn huma imqassmin hekk:
242 Irġiel
486 Nisa