Legislature:
Category:
Reset
Active:
Leg 9 PQ #13201 Sitting 231 2000-02-01 Oral · Final From: MICHAEL FARRUGIA To: Ministeru tas-Saħħa

Magħtab — Miżbla - Tajn

Question

Jista' l-Ministru jieħu l-passi urġenti ħalli t-tjun fit-toroq tal-Magħtab li joħroġ mill-miżbla permess ta' diversi inġenji jiġi mnaddaf ħalli jonqos kemm hu possibbli l-perikolu għas-saħħa tar-residenti tal-Magħtab u ta' madwar?

Response (DEGUARA, LOUIS)

Minkejja li t-tindif tat-toroq ma jaqax taħt ir-responsabbilta' tal-Ministeru tas-Saħħa, xorta waħda saru spezzjonijiet fil-postijiet imsemmija. Dan biex jiġi żgurat jekk jeżistix periklu għas-saħħa pubblika. Il-Kunsill Lokali kkonċernat ġie mgħarraf bis-sitwazzjoni u mħeġġeġ jieħu l-passi meħtieġa.
Leg 9 PQ #13211 Sitting 231 2000-02-01 Oral · Final From: MARIE LOUISE COLEIRO To: Ministeru tas-Saħħa

Ċentri tas-Saħħa — Spiżjara

Question

Jista' l-Ministru jgħid għaliex xi wħud mill-ispiżjara fil-health centres qed inaqqsu l-ammont tal-mediċina lill-pazjenti u jgħidulhom biex imorru għand it-tabib tagħhom biex jirrevedilhom ir-riċetta minħabba li qed jieħdu wisq mill-mediċina preskritta?

Response (DEGUARA, LOUIS)

L-ispiżjara fiċ-Ċentri tas-Saħħa jnaqqsu l-ammont tal-mediċini lill-pazjenti biss f'dawk il-każi meta l-ammont ta' mediċina partikolari mitlub ikun jeċċedi l-massimu tad-doża rakkomandata mill-awtoritajiet farmaċewtiċi nternazzjonali w għalhekk jista' jkun ta' ħsara għas-saħħa tal-pazjent. F'każi bħal dawn il-proċedura hija illi l-ispiżjar jinforma lill-pazjent illi d-doża massima rakkomandata qed tiġi maqbuża. L-ispiżjar jiddispensa għal xahar l-ammont massimu li ma jeċċedix ir-regolamenti farmaċewtiċi, u javża lill-pazjent biex jikkonsulta lit-tabib tiegħu. Dożi aktar minn dawk rakkomandati jinħarġu biss jekk il-pazjent jippreżenta ċertifikat mit-tabib kuranti tiegħu, li jkun ħareġ ir-riċetta, fejn jikkonferma illi hemm bżonn dik id-doża żejda u jassumi r-responsabbilta' tagħha. Din il-proċedura hija konformi mal-liġi MKPO (Medical and Kindred Profession Ordinance) No. 30(2).
Leg 9 PQ #13088 Sitting 230 2000-01-31 Oral · Final From: VICTOR GALEA PACE To: Ministeru tas-Saħħa

FMS — Att Legali

Question

Jista' l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-att legali li bih hija mwaqqfa l-Foundation for Medical Services?

Response (DEGUARA, LOUIS)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-att legali li bih hija mwaqqfa l-Foundation for Medical Services.
Leg 9 PQ #13097 Sitting 230 2000-01-31 Oral · Final From: MICHAEL FARRUGIA To: Ministeru tas-Saħħa

Dipartiment ta' l-Ortopedija — Impjegati

Question

Billi skond il-manpower plan 1998-2000 hemm żewġ vakanzi ta' konsulenti fid-Dipartiment ta' l-Ortopedija, jista' l-Ministru jgħid jekk hemmx il-ħsieb li d-dipartiment tas-saħħa, jimla' dawn iż-żewġ vakanzi?

Response (DEGUARA, LOUIS)

Iva.
Leg 9 PQ #13098 Sitting 230 2000-01-31 Oral · Final From: MICHAEL FARRUGIA To: Ministeru tas-Saħħa

Saħħa — Podoloġisti

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk id-dipartiment ta-saħħa għandux il-ħsieb li jimpjega fuq bażi każwali l-erbgħa podoloġisti li ggradwaw f'Novembru 1999?

Response (DEGUARA, LOUIS)

Bħalma diġa' għidt fir-risposta tiegħi għall-Mistoqsija Parlamentari Nru. 12224, huma żewġ vakanzi biss fil-grad ta' Podoloġista. Dawn ser jimtlew fuq bażi permanenti wara li kienet ħarġet sejħa għall-applikazzjonijiet fit-12 ta' Lulju 1999. Id-Diviżjoni tas-Saħħa m'għandha l-ebda ħsieb li timpjega xi Podoloġisti fuq bażi każwali.
Leg 9 PQ #13101 Sitting 230 2000-01-31 Oral · Final From: MICHAEL FARRUGIA To: Ministeru tas-Saħħa

Saħħa — Hospital Auxiliaries

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm hospital auxiliaries fid-dekasteru li għalih hu responsabbli u li mhux qed jagħmlu xogħol ta' tindif ta' l-isptarijiet jew jiffurmaw parti mill-kooperattiva tal-laundry? Jista' jgħid x'tip ta' xogħol qed jagħmlu f'kull każ?

Response (DEGUARA, LOUIS)

Jien infurmat li kien hemm 57 Hospital Auxiliaries jagħmlu xogħol mhux ta' tindif fi ħdan il-Ministeru peress li kien għadu ma nstab ħadd minflokhom. Dawn huma mqassmin kif ġej:- Post Numru Tip ta' xogħol __________________________________________ ____________________ Sptar Boffa 1 Receptionist Sptar Monte Carmeli 6 Maintenance 2 Barbiera 3 Switchboard 1 Ġardinar 1 Watchman Dipartiment tal-Kura Primarja 2 Reception/ Telephone Operator 1 Messaġġier Dipartiment tas-Saħħa Pubblika 2 Watchman Sptar San Luqa 2 Maintenance 6 Inċineratur 6 Messaġġier 13 Portering 3 Telephone Operator 2 Laundry 1 Barbiera 1 Kċina Ministeru/Head Office 4 Messaġġiera ___________________________________ _____________________________
Leg 9 PQ #13120 Sitting 230 2000-01-31 Oral · Final From: CHRIS AGIUS To: Ministeru tas-Saħħa

Senglea — Triq San Ġużepp - Fond Nru.60

Question

Jista' l-Ministru jara li ssir it-tiswija neċessarja fil-main tad-drenaġġ quddiem id-dar Nru. 60, Triq San Ġużepp, Senglea, peress li d-drenaġġ ta' din id-dar mhux qe jgħaddi minħabba sad fil-main?

Response (DEGUARA, LOUIS)

B'referenza għall-mistoqsija parlamentari numru 13120, nixtieq ninforma lill-Onor. Interpellant li minn spezjoni li saret fis-26 ta' Jannar, mill-uffiċjali tad-Dipartiment tas-Saħħa fil-post indikat, ġie kkonfermat li l-main tad-drenaġġ quddiem id-dar Nru. 60, Triq San Ġużepp, Senglea qiegħed jiffunzjona normali. Għaldaqstant jidher li sadd jeżisti fid-drenaġġ komuni ta' l-istess dar ma' dak ta' Nru. 21, St. Anne Str; Senglea. Dan ġie riferut lill-inkwilini kkonċernati u avviż biex jiġi imneħħi is-sadd indikat, intbagħat lis-sid tal-postijiet.
Leg 9 PQ #13128 Sitting 230 2000-01-31 Oral · Final From: LOUIS BUHAGIAR To: Ministeru tas-Saħħa

Dipartiment tas-Saħħa — Konsulenti

Question

F'kull każ ta' ħatra ta' konsulenti fid-Dipartiment tas-Saħħa, f'dawn l-aħħar għaxar snin, jista' l-Ministru jindika l-isem, il-qasam li għaliha saret l-applikazzjoni (speċjalita'), meta ngħatat il-ħatra u meta il-kandidat magħżul daħal għax-xogħol fil-ħatra tiegħu?

Response (DEGUARA, LOUIS)

Billi x-xogħol li jrid isir fuq din il-mistoqsija huwa wieħed voluminuż, nitlob l-Onor. Interpellant ikun aktar speċifiku jekk għandu xi każ partikolari.
Leg 9 PQ #13209 Sitting 230 2000-01-31 Oral · Interim From: MARIE LOUISE COLEIRO To: Ministeru tas-Saħħa

Sptar San Luqa — Dipartiment ta' l-Oftalmoloġija - Appuntamenti

Question

Jista' l-Ministru jgħid għaliex appuntamenti fid-Dipartiment ta' l-Oftalmoloġija, fl-Isptar San Luqa qed idumu ix-xhur kbar biex isiru?

Response (DEGUARA, LOUIS)

Risposta tingħata f'seduta oħra.
Leg 9 PQ #13302 Sitting 230 2000-01-31 Oral · Final From: FRANCIS AGIUS To: Ministeru tas-Saħħa

Saħħa — Infermiera barranin

Question

Jista' l-Ministru jagħti informazzjoni kemm hemm nurses barranin fis-servizz mal-gvern maqsumin skond il-unit/s fejn jaħdmu? Kemm ingħataw warrants biex jaħdmu f'Malta nurses barranin skond in-nazzjonalita' matul l-1996, 1997, 1998 u l-1999?

Response (DEGUARA, LOUIS)

Ir-risposta qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Leg 9 PQ #13303 Sitting 230 2000-01-31 Oral · Final From: FRANCIS AGIUS To: Ministeru tas-Saħħa

Saħħa — Tobba barranin

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm hawn tobba barranin fl-impjieg mal-gvern, dixxiplina b'dixxiplina? Kemm minn dawn jaħdmu fis-servizz tas-saħħa ġewwa Għawdex?

Response (DEGUARA, LOUIS)

In-numru ta' tobba barranin fid-Diviżjoni tas-Saħħa huwa kif jidhru hawn taħt: Anestesija 23 Ostetriċja u Ġinekoloġija 1 Oftalmija 2 Ortopedija 5 Patoloġija 1 Radjoloġija 6 Kirurġija 6 _______________________________________ 44 Billi s-servizz tas-Saħħa f'Għawdex jaqa' taħt il-Ministeru għal Għawdex l-Onor. Interpellant huwa mitlub jirreferi t-tieni parti tal-Mistoqsija lill-Ministru kkonċernat.
Leg 9 PQ #12690 Sitting 229 2000-01-26 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru tas-Saħħa

Agro Industrija Lokali — Laqgħat

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm saru laqgħat ma'l-agro industrija lokali mill-5 ta' Settembru, 1998 mid-dipartiment tas-saħħa sabiex din l-industrija tkun aġġornata dwar il-bidliet li trid tagħmel sabiex tkun konformi mar-regoli, direttivi u liġijiet tal-qasam tas-saħħa/sanitarji ta' l-Unjoni Ewropea? X'punti ġew spjegati lill-industrijalisti u x'kienet ir-reazzjoni? Meta se jkomplu dawn il-laqgħat, inklużi dawk inter-dipartimentali dwar dan l-aġġornament f'din l-industrija lokali?

Response (DEGUARA, LOUIS)

Nitlob lill-Onor. Interpellant jispeċifika liema sezzjonijiet ta' l-industrija lokali qed jirreferi għaliha bħala l-agro industrija lokali.
Leg 9 PQ #12791 Sitting 229 2000-01-26 Oral · Final From: ADRIAN VASSALLO To: Ministeru tas-Saħħa

HIV — Testijiet

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm saru testijiet għall-HIV matul l-1999 u kemm swew lil pajiżna?

Response (DEGUARA, LOUIS)

In-numru ta' testijiet għall-HIV I/II li saru fil-laboratorju tal-viroloġija matul is-sena 1999 ammonta għal 4032. Il-prezz tal-``kits'' biex saru dawn it-testijiet huwa ta' Lm1612.
Leg 9 PQ #12792 Sitting 229 2000-01-26 Oral · Final From: ADRIAN VASSALLO To: Ministeru tas-Saħħa

Hepatitis — Persuni Pożittivi

Question

Jista' l-Ministru jgħid illum kemm hawn persuni li huma pożittivi għall-hepatitis B, hepatitis C u HIV?

Response (DEGUARA, LOUIS)

Nixtieq ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi wieħed ma jistax jgħid kemm hawn nies pożittivi għall-Hepatitis B, Hepatitis C u HIV. Dan għaliex test pożittiv mhux notifikabbli bil-liġi. Il-każijiet akuti ta' Hepatitis B u C u każijiet ta' AIDS biss huma notifikabbli bil-liġi. In-numru ta' każijiet akuti ta' Hepatitis B, Hepatitis C, u AIDS rappurtati fl-1999 kien ta' 4, 2, u 5 rispettivament.
Leg 9 PQ #13022 Sitting 229 2000-01-26 Oral · Final From: SILVIO PARNIS To: Ministeru tas-Saħħa

Sptar San Luqa — Persuni b'overdose

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm daħlu persuni b'overdose ġurnata b'ġurnata mill-20 ta' Diċembru, 1999 sat-2 ta' Jannar, 2000 fid-Dipartiment ta' l-Emerġenza ta' l-isptar?

Response (DEGUARA, LOUIS)

Data Numru ta' Admitted pazjenti _________________________________________ 20 Dec 99 1 CCU 21 Dec 99 Nil 22 Dec 99 1 M6 23 Dec 99 Nil 24 Dec 99 Nil 25 Dec 99 1 M2 26 Dec 99 Nil M6/M5 27 Dec 99 2 M3/CCU 28 Dec 99 2 M1/CCU 29 Dec 99 2 30 Dec 99 Nil 31 Dec 99 Nil 1 Jan 00 Nil 2 Jan 00 Nil ___________________________________________ Total 9
Leg 9 PQ #12414 Sitting 228 2000-01-26 Oral · Interim From: JOSEPH CUSCHIERI To: Ministeru tas-Saħħa

Sptar San Luqa — OPU

Question

Jista' l-Ministru jieħu l-passi kollha meħtieġa biex l-OPU ta' l-Isptar San Luqa jkun aktar adegwat għall-pazjenti li jattendu fih u apparti minn hekk ikun aktar organizzat fil-ħidma tiegħu peress li meta jiġi l-ispeċjalista minn barra minn Malta jkun hemm kju kbir ta' pazjenti jistennew għal ħinjiet twal u dan b'detriment għall-istess pazjenti li fl-istat li jinsabu fih żgur mhux sew li jitħallew jistennew għal ħinjiet twal?

Response (DEGUARA, LOUIS)

Risposta għal din il-mistoqsija tingħata f'seduta oħra.
Leg 9 PQ #12419 Sitting 228 2000-01-26 Oral · Final From: JOSEPH CUSCHIERI To: Ministeru tas-Saħħa

Ministeru tas-Saħħa — Y2K

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm irriżultaw problemi tal-Y2K fil-computers u apparat ieħor elettroniku tal-ministeru, dipartimenti, korporazzjonijiet u entitajiet oħra li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu?

Response (DEGUARA, LOUIS)

Minħabba l-ħafna xogħol bi preparazzjoni li kien ilu jsir b'reqqa għal diversi xhur qabel, ma kien hemm l-ebda problema sinjifikattiva tal-Y2K fil-`computers' u t-tagħmir ieħor mediku/elettroniku fil-Ministeru tas-Saħħa. Kien hemm 6 biċċiet ta' apparat/computers li filwaqt li baqgħu jaħdmu normali, ħtiġilhom resetting manwali fid-data jew aġġustament minimu tas-software. Dan ma effettwa bl-ebda mod il-kura tal-pazjenti.
Leg 9 PQ #12679 Sitting 228 2000-01-26 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru tas-Saħħa

Saħħa — Rapportt ta' Deni Rqieq

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm kien in-numru ta' każjiet ta' deni rqieq irrapportati fl-isptarijiet lokali matul dawn l-aħħar għaxar snin, sena b'sena?

Response (DEGUARA, LOUIS)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi n-numru ta' każijiet ta' deni rqiq rappurtati f'Malta, sena b'sena mill-1990, huma kif indikati fit-tabella hawn taħt: Sena Nru. ta' każijiet _________________________________ 1990 21 1991 7 1992 7 1993 6 1994 8 1995 227 1996 18 1997 1 1998 4 1999 - __________________________________
Leg 9 PQ #13016 Sitting 228 2000-01-26 Oral · Final From: SILVIO PARNIS To: Ministeru tas-Saħħa

Saħħa — Skimmed milk

Question

Jista'l-Ministru jgħid kemm iffranka flus bit-tneħħija ta' skimmed milk mill-ispiżeriji tal-gvern?

Response (DEGUARA, LOUIS)

Nassumi li l-Onor. Interpellant mhux qiegħed jirreferi għal meta l-``iskimmed milk'' tneħħa minn fuq Schedule V taħt l-amministrazzjoni preċedenti. In-nefqa ta' l-``iskimmed milk'' kienet tilħaq għal Lm38,000 fis-sena imma t-tneħħija ta' l-``iskimmed milk'' taħt din l-amministrazzjoni ma saritx biex il-Gvern jiffranka l-flus. Ir-raġunijiet ġew spjegati diversi drabi anke' waqt risposti orali. Nirreferi l-Onor. Interpellant ukoll għaċ-Cirkulari Nru. DH 255/99 maħruġa mid-Diviżjoni tas-Saħħa u li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra.
Leg 9 PQ #12670 Sitting 227 2000-01-25 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru tas-Saħħa

Sptar San Luqa — Rapporti ta' velenu fl-ikel

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm kienu l-każi ta' velenu fl-ikel irrapportati fl-Isptar San Luqa matul l-1999? F'liema xhur tas-sena u x'irriżulta mill-investigazzjonijiet? X'passi ttieħdu u qed jittieħdu sabiex dan ikun aktar ikkontrollat?

Response (DEGUARA, LOUIS)

L-informazzjoni għadha qed tinġabar u tingħata f'seduta oħra.