Jista' l-Ministru jgħid x'inhi r-raġuni li għalkemm il-liċenzja TL/G/16/95 ilha sena sospiża, il-pulizija ma ħadet ebda azzjoni sabiex il-proprjetarji jieqfu milli joperaw il-fabbrika fil-fond Miramit fi Triq Ta' Ciantar, Żurrieq?
Jista' jgħid għalfejn ma qed tittieħed l-ebda azzjoni sabiex dan il-permess jiġi ratifikat u dan meta tali rattifikazzjoni sta għal kummissarju li jagħmilha?
Response (BORG, TONIO)
Kif diga` ghidt fi twegibiet precedenti, il-kwestjoni li dwarha qed issir il-Mistoqsija hija s-suggett ta` proceduri fil-Qorti Civili li ghadhom m`humiex decizi.
Jista' l-Ministru jgħid għalfejn il-kummissarju tal-pulizija qiegħed iħalli l-użu tal-fond Miramit jiġi wżat għal skopijiet industrijali meta l-liċenzja ġiet sospiża u meta hemm kawża pendenti għal danni Nru. 2106/99 RCP ntavolata mill-istess sidien fejn qegħdin jitolbu l-ħlas ta' danni minħabba tali sospensjoni? Jista' l-Ministru jikkonferma li din m'hijiex xi skema sabiex is-sidien jiġu mogħtija kumpens meta fil-fatt dawn qegħdin joperaw?
Response (BORG, TONIO)
Kif diga` ghidt fi twegibiet precedenti, il-kwestjoni li dwarha qed issir il-Mistoqsija hija s-suggett ta` proceduri fil-Qorti Civili li ghadhom m`humiex decizi.
Jista' l-Ministru ġentilment jgħid jekk sarx short listing ta' l-applikanti għall-post ta' immigration officers li ħarġu madwar seba' xhur ilu u li fil-fatt għalqu fis-16 ta' Lulju, 1999?
Fiex wasal il-proċess ta' l-għażla? Saru interviews? Jekk iva, kemm ġew intervistati u kemm intgħażlu?
Jekk il-proċess ta'l-għażla għadu ma intemmx, għadx hemm il-ħsieb li jiġu mpjegati dawn l-immigration officers?
Response (BORG, TONIO)
Nixtieq ninforma lill-Onor. Interpellant li l-process ta` l-ghazla ghall-post ta` Immigration Officer ghalissa hu sospiz.
Jista' l-Ministru jgħid kemm kien hemm każi ta' suwiċidju mill-1.1.2000 sal-lum? Jista' jagħti l-etajiet tagħhom?
Response (BORG, TONIO)
Ninsab infurmat li matul l-ewwel erba` xhur ta` din is-sena, gew irrapurtati 4 kazi ta` suwicidju. L-etajiet tal-vittmi kienu, 47 sena, 37 sena, 35 sena u 54 sena.
Peress li fl-inħawi taċ-ċentri tas-saħħa fil-Furjana qed jinstabu ħafna siringi wżati, tista' l-pulizija tieħu ħsieb tinforza t-trażżin tal-użu llegali tad-droga fl-inħawi fejn hemm ċentri tas-saħħa kif ukoll knisja?
Response (BORG, TONIO)
Ninsab infurmat li l-Pulizija qed taghmel ronda fl-inhawi li rrefera ghalihom l-Onor. Interpellant sabiex jitrazzan kull abbuz li jista` qed isir.
Jista' l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra r-rapport li għamlu l-uffiċjali ta' l-Awtorita' ta' l-Ippjanar dwar il-ħajt monstru tal-konkrete li nbena fil-bypass ta' l-Imtarfa?
Meta sar dan ir-rapport u x'follow up qed isir?
Response (BORG, TONIO)
Ninsab infurmat li l-Awtorita` ta` l-Ippjanar investigat il-każ imqajjem mill-Onor. Interpellant u fil-fatt saru diversi laqgħat mad-Dipartiment tat-Toroq f`dan ir-rigward. F`dawn il-laqgħat ġie relevat li dan ir-retaining wall inbena bħala miżura temporanja minħabba materjal li beda jċedi wara xogħlijiet li saru fuq il-Bypass ta` l-Imtarfa. Minn naħa ta` l-Awtorita` ġie konstatat li dan il-ħajt, kif inbena mhux aċċettabbli u li dan it-tip ta` kostruzzjoni kien jenħtieġ permess.
Għalhekk ġie propost li bħala miżura temporanja għandha titneħħa filliera ta` blokki minn kull waħda mit-tliet filati mibnija b`dawn il-blokki. B`hekk jitbaxxa l-gradient ta` dan il-ħajt u jkun jista` jitgħatta bl-istess materjal tafli li jinsab fuq is-sit.
Id-Dipartiment tat-Toroq qabbad perit speċjalizzat f`dan it-tip ta` xogħol biex ikun jista` jagħti parir dwar dawn is-suġġerimenti. Fil-fatt il-perit għamel il-proposti tiegħu u dawn qegħdin jiġu kkunsidrati mill-Awtorita` sabiex wara jkunu jistgħu jittieħdu l-passi u jsiru l-applikazzjonijiet neċessarji biex ikun hemm soluzzjoni permanenti.
Jista' l-Ministru jirrispondi l-mistoqsija parlamentari numru 15489, li oriġinarjament saret lill-Ministru għall-Ambjent u li ġiet riferuta lilek u cioe': jgħid x'inhi l-possibbilta' li l-kerrej li joqgħod Block B, Flat 1, Tal-Ħawli, Birgu, ikun jista' jneħħi l-ħamrija tal-front garden sabiex minflok jagħmel il-madum?
Response (BORG, TONIO)
Ninsab infurmat li biex fi front garden isir it-tip ta` tibdil li rrefera għalih l-Onor. Interpellant hu meħtieġ il-permess ta` l-Awtorita` ta` l-Ippjanar, u hu fid-dawl tal-permess li jkun ingħata mill-Awtorita` li t-Taqsima Proprjeta` tal-Gvern tikkunsidra dan it-tip ta` talbiet.
Ninsab infurmat ukoll li fil-każ speċifiku l-inkwilin għadu m`għamel l-ebda talba lit-Taqsima Proprjeta` tal-Gvern u lanqas m`għamel applikazzjoni lill-Awtorita` ta` l-Ippjanar u għalhekk hu diffiċli biex wieħed jagħti parir tekniku mingħajr ma jara l-proposta. Normalment każi simili jiġu diskussi ma` uffiċjali ta` l-Awtorita` ta` l-Ippjanar fi pre-submission meetings.
Ninsab infurmat ukoll li prima facie l-Awtorita` ta` l-Ippjanar toġġezzjona li soft landscaped areas li llum huma bis-siġar u fjuri jinbidlu f`hard landscaped areas.
Jista' l-Ministru, mingħajr ma jidħol fil-mertu u dan sabiex ma jkunx hemm xi dubju li jista' jirrifletti fuq xi proċeduri, jgħid attwalment il-permess TL/G/16/95 kif konċess, jirriflettix dak li kkonċediet l-Awtorita' ta' l-Ipppjanar u cioe' premises for the manufacture of confectionery goods u jgħid għalfejn il-kummissarju tal-pulizija fehem il-kelma confectionery bħala u konċeda premess għal manifattura u bejgħ ta' pies fl-istess bini meta pies żgur li ma jammontawx għal confectionery?
Ikkonsulta ma' l-awtorita'?
Jista' l-Ministru, mingħajr ma jidħol fil-mertu u dan sabiex ma jkunx hemm xi dubju li jista' jirrifletti fuq xi proċeduri, jgħid attwalment il-permess 4690/93 kif konċess, jirriflettix dak li kkonċediet l-Awtorita' ta' l-Ippjanar u cioe' premises for the manufacture of confectionery goods u jgħid jekk bil-kelma confectionery ġiex ukoll konċess il-go ahead sabiex il-kummissarju tal-pulizija jikkonċedi premess għal manifattura u bejgħ ta' cheese cakes fl-istess bini meta cheese cakes żgur ma jammontawx għal confectionery?
Ikkonsulta ma' l-awtorita'?
Jista' l-Ministru, mingħajr ma jidħol fil-mertu u dan sabiex ma jkunx hemm xi dubju li jista' jirrifletti fuq xi proċeduri, jgħid attwalment il-permess 4690/93 kif konċess, jirriflettix dak li kkonċediet l-Awtorita' ta' l-Ippjanar u cioe' premises for the manufacture of confectionery goods u jgħid jekk bil-kelma confectionery ġiex ukoll konċess il-go ahead sabiex il-kummissarju tal-pulizija jikkonċedi premess għal manifattura u bejgħ ta' pies fl-istess bini meta pies żgur li ma jammontawx għal confectionery?
Ikkonsulta ma' l-awtorita'?
Jista' l-Ministru, mingħajr ma jidħol fil-mertu u dan sabiex ma jkunx hemm xi dubju li jista' jirrifletti fuq xi proċeduri, jgħid attwalment il-permess 4690/93 kif konċess, jirriflettix dak li kkonċediet l-Awtorita' ta' l-Ippjanar u cioe' premises for the manufacture of confectionery goods u jgħid jekk bil-kelma confectionery ġiex ukoll konċess il-go ahead sabiex il-kummissarju tal-pulzia jikkonċedi premess għal manifattura u bejgħ ta' pizza fl-istess bini meta pizza żgur ma jammontawx għal confectionery?
Ikkonsulta ma' l-awtorita'?
Jista' l-Ministru, mingħajr ma jidħol fil-mertu u dan sabiex ma jkunx hemm xi dubju li jista' jirrifletti fuq xi proċeduri, jgħid attwalment il-permess 4690/93 kif konċess, jirriflettix dak li kkonċediet l-Awtorita' ta' l-Ippjnar u cioe' premises for the manufacture of confectionery goods u jgħid jekk bil-kelma confectionery ġiex ukoll konċess il-go ahead sabiex il-kummissarju tal-pulizija jikkonċedi premess għal manifattura u bejgħ ta' tortellini fl-istess bini meta tortellini żgur li ma jammontawx għal confectionery?
Ikkonsulta ma' l-awtorita'?
Jista' l-Ministru, mingħajr ma jidħol fil-mertu u dan sabiex ma jkunx hemm xi dubju li jista jirrifletti fuq xi proċeduri, jgħid attwalment il-permess 4690/93 kif konċess, jirriflettix dak li kkonċediet l-Awtorita' ta' l-Ippjanar u cioe' premises for the manufacture of confectionery goods u jgħid jekk bil-kelma confectionery ġiex ukoll konċess il-go ahead sabiex il-kummissarju tal-pulizija jikkonċedi premess għal manifattura u bejgħ ta' ravioli fl-istess bini meta ravioli żgur ma jammontawx għal confectionery?
Ikkonsulta ma' l-awtorita'?
Jista' l-Ministru jgħid meta xi persuna tinżamm mill-pulizija ta' l-immigrazzjoni għal xi raġuni għal perijodu ta' żmien fl-ajruport u/jew fil-port, x'faċilitajiet jeżistu biex dawn jistrieħu, jieklu u jinħaslu? Fil-każ tal-baħrin Pakistani, li nżammu għal jumejn sħaħ (22/23 ta' April), dawn kellhom fejn jorqdu u faċilitajiet oħra?
Response (BORG, TONIO)
Ninsab infurmat li meta persuna ta` nazzjonalita` barranija tkun ġiet rifjutata dħul fil-pajjiż u jkun meħtieġ li tinżamm għal xi żmien fl-ajruport, din tiġi miżmuma f`ċentru maħsub għal dan il-għan li qiegħed fl-ajruport stess. Dan iċ-ċentru huwa mgħammar b`faċilitajiet fejn persuna tista` torqod u tistrieħ, kif ukoll b`faċilitajiet sanitarji. Persuni hekk miżmuma jkunu provduti ukoll bl-ikel u anke` jingħataw faċilita` li jużaw it-telephone kemm għal sejħiet lokali kif ukoll għal barra minn Malta. Dwar l-aħħar parti tal-Mistoqsija, infurmat li dawn il-faċilitajiet kollha kienu disponibbli.
Jista' l-Ministru jgħid jekk dealers tal-karozzi għandhomx permessi li jipparkjaw il-karozzi għal bejgħ tagħhom fit-triq? Jekk le, jista' l-Ministru jgħid x'passi qed tieħu l-pulizija ma' dawk li jiksru r-regoli?
Response (BORG, TONIO)
Ninsab infurmat li l-ipparkjar fit-triq ta` vetturi esposti għall-bejgħ, mhux permess. Fejn il-Pulizija tosserva jew ikollha rapporti li qed ikun hemm dan l-abbuż, jittieħdu kemm passi sabiex il-vetturi hekk esposti jitneħħew kif ukoll jittieħdu proċeduri bil-Qorti kontra l-persuna li tkun wettqet dan l-abbuż.
Jista' l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tal-Waste Management Main li għadu kif ġie ppubblikat mill-Awtorita' ta' l-Ippjanar?
Response (BORG, TONIO)
Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra 4 kopji tal-Waste Management Subject Plan for the Maltese Islands. Aktar kopji ta` dan il-pjan jistgħu jittieħdu direttament mill-webpage ta` l-Awtorita` ta` l-Ippjanar (www.pa-malta.org).
Jista' l-Ministru jgħid x'inhi l-policy tal-gvern dwar komunikazzjoni televiżiva minn satelita minn bars u ħwienet tad-divertiment, inkluż ċentri u każini? Jista' jgħid x'tip ta' permess dawn il-komunikazzjonijiet televiżivi bis-satelita jeħtieġu mill-pulizija u x'inhuma l-kontrolli tal-pulizija?
B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari numru 10119 Seduta Nru. 183 tal-Viċi Prim Ministru dwar il-proċess għall-akkwist ta' l-art għar-residenti ta' Għar Barka r-Rabat u l-fatt li dawn ħafna minnhom diġa' fdew iċ-ċens, jista' l-Ministru jinformani bl-iżviluppi tal-proċess u ċioe' jgħarrafni meta r-residenti in kwestjoni se jirrimedjaw dan il-proċess ta' l-akkwist? Jekk fl-affermattiv, meta?
Response (BORG, TONIO)
Ninsab infurmat li l-art f`Għar Barka fir-Rabat, li fuqha hemm plots li l-kuntratt tagħhom għadu ma sarx, hija proprjeta` tal-Knisja. Qabel ma jsiru l-kuntratti ta` l-akkwist tal-proprjeta` mall-Knisja, il-kuntratti mar-residenti ma jistgħux jiġu konklużi.
Ninsab infurmat ukoll li d-Dipartiment ta` l-Artijiet għadu qed jistenna d-dokumenti relatati mill-awtoritajiet ekklesjastiċi qabel ma jkun jista` jiffinalizza l-proċess għall-akkwist ta` l-art in kwestjoni.
Jista' l-Ministru, mingħajr ma jidħol fil-mertu u dan sabiex ma jkunx hemm xi dubju li jista' jirrifletti fuq xi proċeduri, jgħid attwalment il-permess TL/G/16/95 kif konċess, jirriflettix dak li kkonċediet l-Awtorita' ta' l-Ippjanar u cioe' premises for the manufacture of confectionery goods u jgħid għalfejn il-kummissarju tal-pulizija fehem il-kelma confectionery bħala u konċeda premess għal manifattura u bejgħ ta' cigarettes fl-istess bini meta cigarettes żgur ma jammontawx għal confectionery?
Ikkonsulta ma' l-Awtorita'?
Jista' l-Ministru, mingħajr ma jidħol fil-mertu u dan sabiex ma jkunx hemm xi dubju li jista' jirrifletti fuq xi proċeduri, jgħid attwalment il-permess TL/G/16/95 kif konċess, jirriflettix dak li kkonċediet l-Awtorita' ta' l-Ippjanar u cioe premises for the manufacture of confectionery goods u jgħid għalfejn il-kummissarju tal-pulizija fehem il-kelma confectionery bħala u konċeda premess għal manifattura u bejgħ ta' fruit juices and squashes fl-istess bini meta fruit juices and squashes żgur li ma jammontawx għal confectionery?
Ikkonsulta ma' l-awtorita'?