Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm studenti għal kull sena fl-iskola Primarja tal-Isla?
Response (GALEA, LOUIS)
Informat li fl-iskola Primarja ta' l-Isla hemm dan in-numru ta' studenti:
Kindergarten 1 16
Kindergarten 2 40
Year 1 58
Year 2 30
Year 3 41
Year 4 48
Year 5 35
Year 6 45
Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm studenti għal kull sena fl-iskola Primarja ta' Bormla?
Response (GALEA, LOUIS)
Informat li fl-iskola Primarja ta' Bormla hemm dan in-numru ta' studenti:
Kindergarten (Tliet Snin) 24
Kindergarten (Erba' Snin) 43
Year 1 37
Year 2 64
Year 3 49
Year 4 49
Year 5 73
Year 6 64
Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm studenti għal kull sena fl-iskola primarja tal-Birgu?
Response (GALEA, LOUIS)
Informat li fl-iskola Primarja tal-Birgu hemm dan in-numru ta' studenti:
Kindergarten (Tliet snin) 16
Kindergarten (Erba' snin) 35
Year 1 15
Year 2 16
Year 3 17
Year 4 23
Year 5 21
Year 6 25
Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm studenti għal kull sena fl-iskola Primarja tal-Kalkara?
Response (GALEA, LOUIS)
Informat li fl-iskola Primarja tal-Kalkara hemm dan in-numru ta' studenti:
Kindergarten (Tliet snin) 16
Kindergarten (Erba' snin) 34
Year 1 52
Year 2 26
Year 3 37
Year 4 43
Year 5 35
Year 6 36
Jista' l-Ministru jgħid għaliex hemm studenti li jixtiequ jistudjaw il-Franċiż fl-iskola Giovanni Curmi tan-Naxxar u qalulhom li ma jistgħux għax m' hemmx għalliema?
Response (GALEA, LOUIS)
Informat li l-iskola Giovanni Curmi, Naxxar, toffri fil-Prospectus 'O' level revision course, Intermediate level course 1st u 2nd year, u Advanced level course 1st u 2nd year. Kull student li applika għal dawn il-korsijiet ġie aċċettat u tqiegħed fi grupp. F'din l-iskola m'hawnx nuqqas ta' għalliema tal-Franċiż u l-istudenti f'kull livell qed jiġu mogħtija l-lezzjonijiet tal-Franċiż.
Sadattant l-amministrazzjoni ta' l-iskola qed tagħmel l-aħjar li tista` biex tissodisfa talba minn xi studenti biex jiġi offrut "beginners' course" f'dan is-suġġett. Dan il-kors extra s'issa ma ġiex introdott mhux għax m'hemmx għalliema imma għaliex it-time table ta' l-istudenti involuti hi mqassma b'lezzjonijiet tas-suġġetti l-oħra. Dan m'huwiex kors li l-iskola hija obbligata li tagħtih għalkemm qed tipprova ssib soluzzjoni.
Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm studenti għal kull sena fl-iskola primarja tal-Fgura?
Response (GALEA, LOUIS)
Informat li fl-iskola Primarja tal-Fgura hemm dan in-numru ta' studenti:
Fgura A
Kindergarten (Tliet snin) 65
Kindergarten (Erba' snin) 66
Year 1 128
Year 2 117
Year 3 118
Fgura B
Year 4 140
Year 5 134
Year 6 149
Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm studenti għal kull sena fl-iskola primarja tax-Xgħajra?
Response (GALEA, LOUIS)
Informat li fl-iskola Primarja tax-Xgħajra hemm dan in-numru ta' studenti:
Kindergarten (Tliet snin) 5
Kindergarten (Erba' snin) 17
Year 1 21
Year 2 19
Year 3 22
Year 4 16
Year 5 22
Year 6 14
Jista' l-Ministru jieħu passi biex jiġi żgurat li ħadd mill-għalliema fil-Junior Lyceum Sir Adrian Dingli ma jpejjipx waqt li jkun qed jgħallem?
Response (GALEA, LOUIS)
Informat li hija policy ta' l-istaff kollu, mhux biss l-għalliema iżda wkoll is-sapport staff, li ma jpejpux mhux biss fil-klassijiet iżda wkoll fil-kuriduri u kull fejn ikun hemm l-istudenti.
Ma jirriżultax lill-amministrazzjoni ta' l-iskola li xi ħadd mhux qed jimxi ma' din il-policy. Ebda rapport ma wasal għand l-amministrazzjoni ta' l-iskola u lanqas mingħand il-ġenituri.
Jista' l-Ministru jgħid kif bir-raġun ittieħdet id-deċiżjoni li studenti ma jitħallewx jieħdu mobile phones lejn l-iskola, jista' joħroġ direttiva biex l-għalliema ma jwieġbux mobile phones fil-klassi waqt li suppost ikun qed jgħallem?
Response (GALEA, LOUIS)
Informat li diġa` kienet ħarġet direttiva mid-Diviżjoni ta' l-Edukazzjoni biex l-għalliema jitfu l-mobile phones waqt li jkunu qegħdin jgħallmu jew waqt li jkunu qegħdin jaqdu d-diversi doveri tagħhom fl-iskola. Din id-direttiva kienet ħarġet permezz ta' ittra ċirkolari OPS 11/2001 fis-7 ta' Marzu 2001.
Jista' l-Ministru jgħid meta twaqqfet il-fondazzjoni li tmexxi il-Kavalier ta' San Gakbu? X'inhi l-funzjoni ta' din il-fondazzjoni u min huma l-membri tagħha? Meta sar it-trasferiment ta' din il-propjeta lil din il-fondazzjoni?
Response (GALEA, LOUIS)
Il-Fondazzjoni twaqqfet fit-8 ta' Awissu, 2000. Kopja ta' l-iStatut tal-Fondazzjoni Ċentru għall-Kreattivita` u kopja tal-Kuntratt qed jitpoġġew fuq il-Mejda tal-Kamra. Mhux il-ħsieb f'dan l-istadju li jkun hemm trasferimenti tal-propjeta` lill-Fondazzjoni.
Jista' l-Ministru jagħti l-informazzjoni hekk kif imsemmi fl-aħħar parti tat-tweġiba għall-mistoqsija numru 28669?
Response (GALEA, LOUIS)
Informat li l-ammont ta' flus li ntefqu f'pagi matul l-istaġuni 1998/1999 u 1999/2000 huwa hekk:
1998/1999 1999/2000
Ħaddiema full time Lm35,444 Lm35,076
Ħaddiema part time Lm47,684 Lm58,124
Jista' l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tar-rapporti ta' l-awdituri tal-Malta Racing Club ta' dawn l-aħħar erba' snin, jiġifieri 1998, 1999, 2000 u 2001?
Response (GALEA, LOUIS)
Kopji tar-rapporti ta' l-awdituri tal-Malta Racing Club għas-snin 1998, 1999 u 2000 qed jitpoġġew fuq il-Mejda tal-Kamra. Ir-rapport tas-sena 2001 jitpoġġa hekk kif jiġi approvat mill-Kumitat tat-tmexxija tal-Club.
Jista' l-Ministru jgħid xi ħlasijiet ġodda ġew issettjati għall-attivitajiet tat-tiġrijiet taż-żwiemel fil-Marsa?
Min issettja dawn il-ħlasijiet?
Bl-awtorita ta' min?
Ma min ikkonsulta?
Tista' tpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tal-ħlasijiet?
Response (GALEA, LOUIS)
Dwar il-ħlasijeit ġodda li ġew iffissati għall-attivitajiet tat-tiġrijiet taż-żwiemel fil-Marsa, nirreferi lill-Onor. Membru għat-tweġiba li tajt għall-Mistoqsija Parlamentari Numru 28444.
Informat li dawn il-ħlasijiet ġew approvati mill-kumitat tat-tmexxija wara rakkomandazzjonijiet mill-Kumitat Eżekuttiv.
Jista' l-Ministru jgħid peress li minkejja li ċ-ċirkulari tad-29 ta' Marzu 2001 titkellem dwar basktijiet tqal li jkollhom iġorru t-tfal lejn l-iskola u l-passi li jridu jittieħdu għas-soluzzjoni ta' din il-problema, x' passi qed jittieħdu peress li t-tfal għadhom qed iġorru basktijiet tqal lejn l-iskola?
Response (GALEA, LOUIS)
Informat li peress li d-Diviżjoni qed taddotta politika ta' awtonomija relattiva ma' l-iskejjel, dawn ġew avżati biex flimkien iħejju u jimplimentaw "Schoolbag Policy". Ġew ukoll mogħtija linji-gwida dwar dan. L-iskejjel għandhom sa Ġunju 2002 biex jaraw li din il-policy tiġi attwata kompletament.
Hemm il-ħsieb, li hekk kif jgħaddi dan il-limitu ta' żmien, ikun hemm verifika fl-iskejjel dwar jekk dawn hux qed jimxu kif suppost.
Jista' l-Ministru jgħid peress li qed isiru xogħolijiet fl-iskola Sir Adrian Dingli li jikkaġunaw ħsejjes u jtellfu lill-istudenti u lill-għalliema, jistgħu jittieħdu passi kif ittieħdu qabel biex ix-xogħolijiet storbjużi jsiru wara l-ħin tal-iskola?
Response (GALEA, LOUIS)
Informat li x-xogħlijiet fl-iskola Sir Adrian Dingli mhux qed jikkaġunaw ħsejjes li jtellfu lill-istudenti u lill-għalliema. Ix-xogħol li jikkaġuna ħsejjes qed isir wara t-tlieta ta' wara nofs in-nhar u fil-'weekend'.
Jista' l-Ministru jara li l-persuna li d-dettalji qed jintbagħtu separatament li jattendi il-Furtu Selvatico School tan-Naxxar jingħata servizz ta' facilitator kif kien ġie indikat li kien ser isir?
Response (GALEA, LOUIS)
Iva, tlabt li r-rapport mill-Istatementing Moderating Panel dwar l-istudent li jattendi l-iskola tan-Naxxar, Furtu Selvatico, jiġi komunikat lill-awtoritajiet edukattivi kompetenti biex jittieħdu l-passi meħtieġa.
Jista' l-Ministru jgħid liema proċedura inħarġet sabiex parti mit-teatru Manoel jingħata għal uża bħala restaurant. Min applika għal din l-offerta u offra kull applikant għal din il-konċessjoni?
Response (GALEA, LOUIS)
Informat li s-sejħa għall-konċessjoni għal restaurant, illi jagħmel parti mill-annexe tat-Teatru Manoel, liema spazju qabel ma kienx jintuża, ġie riklamat fuq il-Gazzetta tal-Gvern u anke fuq il-ġurnali lokali.
Kien hemm offerti minn Primo Leisure Co. Ltd, Elia Caterers/Confectioners; Marketing and Promotion Ltd, Trattoria Parolaccia; Fabien Vella; Victor Bonello; Osteria dell'Orso; u Charles Burlo`.
Filwaqt li l-kumitat għażel l-aħjar offerta, mhux il-każ li jingħataw aktar dettalji għaliex dawn huma ta' natura konfidenzjali.
Jista' l-Ministru jgħid b'liema proċedura ingħatat il-catering outlet lil privat li hemm f' St James Cavalier? Min applika għal din l-outlet u x'kienet l-offerta ta' kull applikant?
Response (GALEA, LOUIS)
Il-proċedura użata lienet dik ta' sejħa pubblika għall-offerti.
Informat li l-applikanti kienu dawn:
RESTAURANT:
Ole` Ltd u
Mr Stephen Pace
BOOKSHOP:
Ole` Ltd
JAG (Imports) Ltd
ZAM Trade.
Jista' l-Ministru jgħid kem jitħallsu l-membri tal-kunsill tal-Malta Racing Club individwalment u min huma?
Response (GALEA, LOUIS)
Informat li fl-ewwel laqgħa tal-Kumitat tat-tmexxija kien ġie deċiż li sakemm il-qagħda finanzjarja tal-Malta Racing Club titjieb, ebda membru, inkluż iċ-Chairman ma jieħu ebda ħlas tas-servizz tiegħu bħala membri tal-Kunsill.