Jista' l-Ministru jgħid kemm ingħataw trasferimenti mill-5 ta' Jannar, 2000 sal-10 ta' Settembru, 2000 lill-ħaddiema tad-Dipartiment ta' l-Avjazzjoni Ċivili? Jista' jagħti r-raġunijiet għaliex saru dawn it-trasferimenti każ b'każ? Jista' jgħid jekk huwiex il-ħsieb li jsiru aktar trasferimenti fil-futur qarib fil-post tax-xogħol imsemmi?
Response (GALEA, ĊENSU)
Jien infurmat li bejn il-5 ta' Jannar u l-10 ta' Settembru 2000, ħaddiem wieħed biss ġie trasferit. Dan il-ħaddiem kien għażel li jibqa mal-Gvern wara l-1 ta' Mejju 1998, iżda kien baqa' jagħmel xogħol tal-MIA plc sa Marzu 2000. F'dan l-istess perjodu l-MIA plc iddikjarat li ma kellhiex aktar bżonn tas-servizzi tiegħu, u peress li ma kienx hemm xogħol għalih fid-Dipartiment tal-Avjazzjoni Ċivili, dan ġie trasferit f'Dipartiment ieħor tal-Gvern.
Jista' l-Ministru jgħid kemm ingħataw trasferimenti mill-5 ta' Jannar, 2000 sal-10 ta' Settembru, 2000 lill-ħaddiema tal-PTA? Jista' jagħti r-raġunijiet għaliex saru dawn it-trasferimenti każ b'każ? Jista' jgħid jekk huwiex il-ħsieb li jsiru aktar trasferimenti fil-futur qarib fil-post tax-xogħol imsemmi?
Response (GALEA, ĊENSU)
Jien infurmat li ma ngħataw l-ebda trasferimenti mill-5 ta` Jannar 2000 sa l-10 ta` Settembru 2000 lill-ħaddiema ta` l-Awtorita` dwar it-Trasport Pubbliku.
Jista' l-Ministru jgħid kemm ġew impjegati ħaddiema ġodda mal-Awtorita' tat-Trasport Pubbliku mill-5 ta' Jannar 2000 sa l-10 ta' Settembru 2000? Jekk fl-affermattiv jista' l-Ministru jgħid, meta ħarġu l-applikazzjonijiet għal dawn l-impjiegi? Jekk jirriżulta li ġew impjegati mingħajr ma ħarġu applikazzjonijiet, jista' l-Ministru jgħid kemm dawk impjegati kien ilhom applikati għal imsemmi impjieg? U jekk jirriżulta li lanqas kienu applikati għall-imsemmi impjieg, jista' jgħid xi kriterji ntużaw biex dawn ingħataw l-impjieg in kwestjoni?
Response (GALEA, ĊENSU)
Jien infurmat li żewġ ħaddiema mas-Servizz Pubbliku ġew trasferiti ma' l-Awtorita' dwar it-Trasport Pubbliku bħala Transport Assistants b'effett mill-1 t'Awissu 2000. Dan sar wara sejħa għall-applikazzjonijiet permezz ta' Ċirkolari Nru. 1/2000 maħruġa mill-Management Personnel Office ta' l-Uffiċċju tal-Prim ministru.
Jista' l-Ministru jara li jsir programm ta' xogħlijiet fit-toroq tal-Mosta sabiex jiġu rranġati aħjar uħud mit-toroq zdinagati li hemm fil-Mosta?
Jista' jara li jsiru xogħlijiet oħra meħtieġa f'ċertu toroq bħal culverts ta' l-ilma tax-xita fi Triq il-Kbira, il-Mosta?
Jista' għaldaqstant jinformani bil-progamm ta' xogħlijiet li se jsiru fil-lokal tal-Mosta matul is-sitt xhur li ġejjin?
Response (GALEA, ĊENSU)
Nirreferi l-Onor. Interpellant għar-risposta mogħtija għal Mistoqsija Parlamentari Nru. 18167.
Jista' l-Ministru jara li jsir programm ta' xogħlijiet fit-toroq tal-Baħrija sabiex jiġu rranġati aħjar uħud mit-toroq zdinagati li hemm fil-Baħrija?
Jista' jara li jsiru xogħlijiet oħra meħtieġa f'ċertu toroq bħalma huma culverts ta' l-ilma tax-xita, u jara li jsiru aktar fis?
Jista' għaldaqstant jinformani bil-progamm ta' xogħlijiet li se jsiru fil-Baħrija matul is-sitt xhur li ġejjin?
Response (GALEA, ĊENSU)
Nirreferi l-Onor. Interpellant għar-risposta mogħtija għal Mistoqsija Parlamentari Nru. 17390, u x-xogħol f'dawn it-toroq irid jitwettaq skond il-prijoritajiet tad-Dipartiment.
Jista' l-Ministru jara li jsir programm ta' xogħlijiet fit-toroq tar-Rabat sabiex jiġu rranġati aħjar uħud mit-toroq zdinagati li hemm fir-Rabat?
Jista' jara li jsiru xogħlijiet oħra meħtieġa f'ċertu toroq bħal fil-każ ta' tkomplija tax-xogħlijiet fil-bypass ta' l-Imtarfa?
Jista' għaldaqstant jinformani bil-progamm ta' xogħlijiet li se jsiru fil-lokal tar-Rabat matul is-sitt xhur li ġejjin?
Response (GALEA, ĊENSU)
Nirreferi lill-Onor. Interpellant għar-risposta mogħtija għal Mistoqsija Parlamentari Nru. 19687.
Jista' l-Ministru jgħid jekk hux possibbli jiġi rranġat Sqaq ir-Rumi , Wied il-Għajn, li jinsab fi triq id-daħla ta' San Tumas, Wied il-Għajn? Billi dan l-isqaq jinsab fi stat diżastruż, u dan minkejja diversi residenti li joqogħdu fih, possibbli li dan l-isqaq jiġi rranġat?
Response (GALEA, ĊENSU)
Jien infurmat li l-manutenzzjoni ta' Sqaq ir-Rumi hija responsabbilita' tal-Kunsill Lokali, u għalhekk l-Onor. Interpellant hu mitlub jirreferi l-mistoqsija tiegħu lill-Ministru kkonċernat.
Ministeru għat-Trasport u Komunikazzjoni — Serqiet
Question
Jista' l-Ministru jgħid kemm ġew irrapportati każijiet ta' serqiet mid-dipartimenti u awtoritajiet li jaqgħu taħt id-dekasteru tal-ministeru matul l-1999 u din is-sena?
X'oġġetti ġew irrapportati nieqsa f'dawn is-serqiet u x'valur għandhom?
X'passi ttieħdu u qed jittieħdu dwar dawn il-każijiet?
Response (GALEA, ĊENSU)
Jien infurmat li ma ġewx irrapportati każijiet ta' serq mid-Dipartimenti u Awtoritajiet li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħi.
Peress li r-residenti ta' Triq L. Scicluna, Fgura ilhom ħafna jilmentaw dwar l-istat diżastruż tat-triq tagħhom, jista' l-Ministru jara li jieħu passi flimkien mal-Kunsill Lokali tal-Fgura sabiex din it-triq tingħata attenzjoni immedjata?
Response (GALEA, ĊENSU)
Jien infurmat li matul is-Sajf id-Dipartiment tat-Toroq ta kuntratt biex dawn ix-xogħolijiet neċessarji f'din it-triq ikunu jistgħu jsiru. Ix-xogħol ma setax jinbeda mill-ewwel minħabba li l-Korporazzjoni ta' l-Ilma kienet qiegħda tipprepara biex isiru x-xogħolijiet f'din it-triq. Ix-xogħol mistenni li jibda il-ġimgħa d-dieħla.
Jista' l-Ministru jara li tiġi rranġata temporanjament l-istat tat-Triq il-Pre-Istorja, Xemxija sabiex ir-residdenti ma jkomplux ikissru l-karozzi tagħhom?
Jista' ġentilment jara li sakemm isiru x-xogħlijiet ta' l-estensjoni tad-drenaġġ id-Dipartiment tat-Toroq jpoġġi ftit konkos biex inaqqas ftit mill-inkonvenjent kawżat tar-residenti?
Response (GALEA, ĊENSU)
Tajt struzzjonijiet lid-Dipartiment tat-Toroq biex flimkien mal-Kunsill Lokali jispezzjonaw il-lokalita', u fiċ-ċirkustanzi li s-servizzi għadhom mhux imqegħda naraw x'inhu l-aħjar isir.
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari numru 19501?
Response (GALEA, ĊENSU)
Filwaqt li nirreferi lill-Onor. Interpellant għar-risposta għal Mistoqsija Parlamentari Nru. 19501, nitlob lill-Onor. Interpellant jindika liema tariffi speċifiċi qed jirreferi għalihom.
Peress li ilhom isiru lmenti dwar l-istat ħażin ta' Triq Papa Alessandru, Żabbar, u peress li l-familji li jgħixu f'din it-triq qed ikollhom jiffaċċjaw l-inkonvenjent li qed joħloq l-istat ta' din it-triq, jista' l-Ministru jara x'inhi l-possibbilta' li flimkien mal-Kunsill Lokali ta' Ħaż-Żabbar din it-triq tingħata wiċċ diċenti?
Response (GALEA, ĊENSU)
Nirreferi lill-Onor. Interpellant għal Mistoqsija Parlamentari Nru. 19707.
Jista' l-Ministru jgħid jekk il-persuni li għandhom id-dgħajjes tagħhom marbuta quddiem il-club tar-Regatta ta' Bormla, hux se jibqgħu jkunu jistgħu jużaw dan il-berth meta jsir il-proġett tal-Marina?
Response (GALEA, ĊENSU)
Nirreferi lill-Onor. Interpellant għar-risposta mogħtija għal Mistoqsija Parlamentari Nru. 19572.
Jista' l-Ministru jgħid kemm ġew impjegati ħaddiema ġodda mad-Dipartiment tal-Wireless Telegraphy mill-5 ta' Jannar 2000 sa l-10 ta' Settembru 2000? Jekk fl-affermattiv jista' l-Ministru jgħid, meta ħarġu l-applikazzjonijiet għal dawn l-impjiegi? Jekk jirriżulta li ġew impjegati mingħajr ma ħarġu applikazzjonijiet, jista' l-Ministru jgħid kemm dawk impjegati kien ilhom applikati għal imsemmi impjieg? U jekk jirriżulta li lanqas kienu applikati għall-imsemmi impjieg, jista' jgħid xi kriterji ntużaw biex dawn ingħataw l-impjieg in kwestjoni?
Response (GALEA, ĊENSU)
Jien infurmat li matul il-perjodu 5 ta` Jannar 2000 sa 1-10 ta` Settembru 2000 ġie mpjegat ħaddiem wieħed, Group I, b'effett mill-1 ta` Ġunju 2000.
Dan ġie mpjegat mill-Management and Personnel Office, għalhekk il-proċeduri kollha għall-impjieg tiegħu saru minn dan l-uffiċju.
Ministeru tat-Trasport u Komunikazzjoni — Riċevimenti
Question
Jista' l-Ministru jgħid kemm saru riċevimenti u ikliet mill-ministeru - dipartimenti u entitajiet oħra li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu mill-1 ta' Jannar, 2000 sal-31 ta' Awissu, 2000?
Jista' jgħid separatament f'kull każ x'kienet l-okkażjoni, u kemm laħqet l-ispiża?
Response (GALEA, ĊENSU)
Kif ġa kelli l-opportunita' inwieġeb l-Onor. Interpellant f'okkażjonijiet oħra, sakemm ma ningħatax raġuni l-għala qed tintalab, ma nara l-ebda skop li tinġabar l-informazzjoni mitluba. Niġbed l-attenzjoni ta' l-Onor. Membru għall-allokazzjonijiet għall-Hospitality li hemm fl-Estimi Generali taħt il-vot tal-Ministeru tiegħi u dawk tad-Dipartimenti li jaqgħu taħtu.
Dipartiment ta' l-Avjazzjoni Ċivili — Ħaddiema Ġodda
Question
Jista' l-Ministru jgħid kemm ġew impjegati ħaddiema ġodda mad-Dipartiment ta' l-Avjazzjoni Ċivili mill-5 ta' Jannar 2000 sa l-10 ta' Settembru 2000? Jekk fl-affermattiv jista' l-Ministru jgħid, meta ħarġu l-applikazzjonijiet għal dawn l-impjiegi? Jekk jirriżulta li ġew impjegati mingħajr ma ħarġu applikazzjonijiet, jista' l-Ministru jgħid kemm dawk impjegati kien ilhom applikati għal imsemmi impjieg? U jekk jirriżulta li lanqas kienu applikati għall-imsemmi impjieg, jista' jgħid xi kriterji ntużaw biex dawn ingħataw l-impjieg in kwestjoni?
Response (GALEA, ĊENSU)
Jien infurmat li ma ġew impjegati l-ebda ħaddiema mad-Dipartiment ta' l-Avjazzjoni Civili fil-perjodu msemmi.
Jista' l-Ministru jinformani bl-iżviluppi fuq il-mistoqsija parlamentari numru 18363 dwar il-venda tar-Rabat u ċioe' l-arranġamenti ġodda li ġew fis-seħħ fit-18 ta' Settembru, 2000?
Response (GALEA, ĊENSU)
Jien infurmat li minħabba diskussjonijiet li baqgħu sejrin dwar din il-kwistjoni, id-data li fiha kellhom jiġu fis-seħħ l-arranġamenti ġodda ġiet posposta għal 25 ta` Settembru 2000 f'liema data bdew iseħħu dawn l-arranġamenti.
L-iskeda mit-Tnejn sa s-Sibt sa d-9:30 ta' filgħodu baqgħet kif kien fil-passat, jiġifieri topera minn Triq Santa Rita. L-arranġamenti tal-Ħadd baqgħu fis-seħħ kif kienu (mis-Saqqajja).
Mill-25 ta` Settembru 2000 mill-10:00 ta' filgħodu sa t-8:00 ta` filgħaxija jkun hemm tluq mill-venda ġo Triq Santa Rita kull siegħa 'fis-siegħa', bin-numru tar-rotta 80. Barra minn hekk, mill-venda ta' Santa Rita, bejn l-10:15 ta` filgħodu sa s-7:15 ta` filgħaxija jkun hemm tluq ieħor li qabel imur il-Belt jgħaddi mill-Imtarfa. Dan is-servizz ikun kull siegħa matul il-ħinijiet imsemmija hawn fuq (10:15am - 7:15pm).
It-toroq li minnhom ser jgħaddu ix-xarabanks biex jaslu ġol-venda ta` Santa Rita, wara li jgħaddu minn Vjal il-Haddiem, huma Triq Bir ir-Riebu u Triq Emanuel Vitale, fejn tasal ġol-venda ta` Santa Rita.
Dawn l-arraġamenti jinkludu wkoll id-deċiżjoni ta` l-Awtorita` dwar it-Trasport Pubbliku li jindikaw li fir-Rabat hemm żewġ vened, dik ta` Triq Santa Rita bil-post għal żewġ xarabanks waqt li dik tas-Saqqajja bil-post għal erba' xarabanks.