Jista’ l-Ministru jgħid jekk is-CEO tal-Isptar Karin Grech, l-individwu li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament, li se jkompli jmexxi l-istess sptar f’isem il-kumpanija li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament hux se jkun impjegat mal-Gvern jew mal-kumpanija? Saret sejħa pubblika għall-post ta’ CEO tal-Isptar Karin Grech? X’inhu s-salarju?
Response (FEARNE, CHRIS)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-persuna li ngħatat id-dettalji dwarha separatament, bħal kull ħaddiem ieħor f’dan l-isptar se jibqa’ ħaddiem tal-Gvern.
Jista’ l-Ministru jgħid jekk is-CEO tal-Isptar t’Għawdex, il-persuna li d-dettalji dwarha qed jingħataw, li se tkompli tmexxi l-istess sptar f’isem il-kumpanija li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament hijiex se tkun impjegata mal-Gvern jew mal-kumpanija? Saret sejħa pubblika għall-post ta’ CEO tal-Isptar t’Għawdex? X’inhu s-salarju?
Sptar Mater Dei – Director of Obstetrics and Gynaecology
Question
Jista’ l-Ministru jgħid jekk l-individwu li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament għadux impjegat bħala Director of Obstetrics and Gynaecology fl-Isptar Mater Dei jew sarx impjegat bħala Head of Obstetrics and Gynaecology mal-kumpanija privata li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament? Jista’ jgħid jekk dan l-individwu jistax iżomm iż-żewġ posts? Il-Ministru ma jqisx li hemm kunflitt kbir ta’ interess?
Response (FEARNE, CHRIS)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellanti li l-persuna msemmija minnha prezentament tokkupa l-kariga ta' Direttur tal-Obstetrija u Ġinekoloġija mad-dipartiment tas-Sahha.
Dipartiment tal-Prosthetics u Orthotics — responsabilità
Question
Jista’ l-Ministru jgħid jekk id-Dipartiment tal-Prosthetics and Orthotics hux se jkunu responsabilità tal-kumpanija privata li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament jew hux se jibqgħu taħt it-tmexxija tal-Gvern?
Response (FEARNE, CHRIS)
Infakkar lill-Onorevoli Interpellant li l-progett fl-isptarijiet ta' San Luqa, Karin Grech u l-Isptar Generali t'Ghawdex huma public private partnership bejn il-Gvern u l-Vitals Global Healthcare. Id-Dipartiment tal-Prosthetics u Orthotics li thalla fi stat tal-biki minn Amministrazzjoni precedenti se jinghata dehra gdida. Barra minn hekk se jkun hemm l-expertise ta' Walter Reed Medical Centre for Prosthetics and Orthotics - centru specjalizzat Amerikan f'dan il-qasam. Is-servizzi ta' dan id-Dipartiment jibqghu b'xejn ghal pazjenti kollha Maltin u Ghawdxin.
Jista’ l-Ministru jgħid bejn l-1 ta’ Jannar 2008 sal-10 ta’ Marzu 2013, min kellu l-karozza fully expensed minbarra l-Ministru jew kellu allowance biex juża l-vettura personali tiegħu jew tagħha?
Response (FEARNE, CHRIS)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li qed inpoggi l-informazzjoni fuq il-mejda tal-kamra, kif mitlub.
Jista’ l-Ministru jgħid għalfejn il-ħaddiema fl-Isptar Ġenerali t’Għawdex u fl-Isptarijiet Karin Grech u San Luqa ma ngħataw xejn bil-miktub fuq il-kundizzjonijiet tax-xogħol tagħhom u l-kontinwazzjoni tas-servizz li se jkunu qed jagħtu meta t-tmexxija tal-isptarijiet tiġi f’idejn il-kumpanija li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament?
Response (FEARNE, CHRIS)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li kif intqal kemm-il darba, il-kundizzjonijiet tal-haddiema fl-isptarijiet ta' San Luqa, Karen Grech u l-Isptar Generali t'Ghawdex se jibqghu kif inhuma. Din l-informazzjoni nghatat lil haddiema u lil Unions f'fora differenti.
Meta jasal biex jiġġedded il-ftehim kollettiv għall-ħaddiema fl-Isptar Ġenerali t’Għawdex u fl-Isptarijiet Karin Grech u San Luqa, jista’ l-Ministru jgħid jekk il-unions hux se jkunu qed jinnegozjaw mal-Gvern jew mal-kumpanija li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament?
Response (FEARNE, CHRIS)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant, li hekk kif il-haddiema ezistenti se jibqghu haddiema tal-Gvern, se jkun l-istess Gvern li jinnegozja mal-Unions il-ftehim kollettiv.
Jista’ l-Ministru jgħid minn meta l-Gvern se jkun qed iħallas lill-kumpanija li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament għas-sodod li se jkunu qed jintużaw mill-pazjenti tal-Istat fl-Isptar Ġenerali t’Għawdex u fl-Isptarijiet Karin Grech u San Luqa? B’liema rata?
Response (FEARNE, CHRIS)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-hlas mill-gvern ghas-servizzi li staqsiet dwarhom hi, beda' minn meta l-investitur lahaq l-kundizzjonijiet (conditions prescedent) imposti mill-kuntratt. Is-servizz ghall-pazjenti Maltin u Ghawdxin ser jibqa’ bla hlas.
Jista’ l-Ministru jippubblika l-istudju li sar qabel il-ftehim mal-kumpanija li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament u li permezz tiegħu stabbilixxa l-prezz li tqum sodda fl-Isptar Ġenerali t’Għawdex u fl-Isptarijiet Karin Grech u San Luqa?
Response (FEARNE, CHRIS)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li din l-informazzjoni hi kummercjalment sensittiva.
Jista’ l-Ministru jippreżenta l-business plan tal-Isptar Ġenerali t’Għawdex u l-Isptarijiet Karin Grech u San Luqa u jagħti d-dettalji ta’ kif se jibdew jitmexxew mill-kumpanija li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament?
Response (FEARNE, CHRIS)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-kuntratti ser jitpoggew fuq il-mejda tal-kamra sa l-ahhar ta' din is-sena.
Jista’ l-Ministru jgħid jekk pazjenti li għandhom il-marda tal-Parkinson’s u li s’issa qed ikunu riferuti mill-konsulenti fl-Isptar Mater Dei għall-Isptar Karin Grech biex jużaw il-physiotherapy pool hux se jibqgħu jagħmlu dan meta l-Isptar Karin Grech jibda jitmexxa mill-kumpanija li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament?
Response (FEARNE, CHRIS)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-progett tal-isptar San Luqa se jwassal biex pajjizna jkollu sptar ta' rijabilitazzjoni specjalizzat. Dan se jinkludi Physiotherapy Pool u facilitajiet ohra tal-ghola livell. Dawn il-facilitajiet se jkunu ghall-uzu tal-pazjenti Maltin u Ghawdxin minghajr hlas.
Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm bżonn ta' speech therapist u meta hemm il-ħsieb li jiġu ingaġġati nies ġodda f'dan il-grad?
Response (FEARNE, CHRIS)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi bl-izvilluppi sostanzjali li qeghdin isiru fil-qasam tas-sahha, l-opportunitajiet ta’ mpjiegi f’dan is-settur, kemm fil-qasam pubbliku kif ukoll f’dak privat, qeghdin dejjem jizdiedu. Rigward l-Speech Language Pathologists ghalkemm bhalissa ma hemmx sejha miftuha, d-dipartiment tas-Sahha qieghed jaghmel ezercizzju biex jevalwa l-htiega f’dan is-settur.
Billi f’blokk ta' appartamenti li jinsab fi Triq Patri Ġużepp f’San Pawl il-Baħar hemm appartament fil-ground floor li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament li hu abbandunat, u li dwaru għamilt numru sostanzjali ta' domandi biex is-sanità jikkordinaw mal-pulizija biex dan l-istess appartament jitnaddaf biex jitneħħa r-riskju ta' mard li hemm fuq il-post, jista' l-Ministru jieħu l-passi neċessarji biex fil-fatt il-post jitnaddaf, qabel ma tfaqqa’ xi epidemija?
Response (FEARNE, CHRIS)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi s-sit imsemmi minnu tnaddaf minn ħaddiema mit-Taqsima tal-Indafa Pubblika fil-preżenza tal-Pulizija u uffiċjali mid-Direttorat ghas-Sahha Ambjentali nhar it-Tnejn 20 ta’ Ġunju.
Anzjani rikoverati fl-isptarijiet kwalifikati bħala social case
Question
Jista’ l-Ministru jgħid meta ġie fis-seħħ it-tibdil li permezz tiegħu l-pensjoni ta’ pazjent rikoverat ġo sptar pubbliku tibda' tinqata’ daqslikieku kien persuna ġo Dar tal-Anzjani għax ikun ġie kkwalifikat bħala social case?
Response (FEARNE, CHRIS)
Nitlob lill-Onorevoli Interpellant sabiex jirreferi din il-mistoqsija lill-Ministru kkoncernat.
Jista’ jgħid kemm kien hemm pilloli out of stock xahar b’xahar fl-ewwel 6 xhur tas-sena 2016?
Response (FEARNE, CHRIS)
Ngharraf lill-Onorevoli Interpellant illi llum ma hemm l-ebda medicina out of stock filwaqt li nitlobu sabiex jirreferi ghat-tabella ta’ hawn taht:
2016POYC-Medicini out of stock
Jannar 1
Frar1
Marzu0
April2
Mejju0
Gunju0
Billi jidher li qed ikun hemm diffikultajiet biex ħaddiema fl-isptarijiet tal-Gvern jieħdu l-leave kollu tagħhom, jista' l-Ministru jikkonsidra l-possibbilità li dak il-leave li ma jkunx jista' jittieħed, jiġi kkumpensat fi ħlas?
Response (FEARNE, CHRIS)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi l-kundizzjonijiet tax xoghol tal-ufficjali tas-Servizz Pubbliku inkluzi tal-vacation leave huma regolati mill-Public Service Management Code.
Jista’ l-Ministru jinvestiga x'inhu s-sors tal-ilma li ħiereġ fit-triq fuq il-front ta' Buġibba, hekk kif taqbeż il-pjazza prinċipali, fejn hemm l-HSBC, peress li r-residenti qed jilmentaw li dan l-ilma hu kontaminat? Jekk diġà ttieħdu samples ta' dan l-ilma, x'kienu r-riżultati li nstabu?
Response (FEARNE, CHRIS)
Ngharraf lill-Onorevoli Interpellant li mill-investigazzjoni li saret minn uffiċjali tad-Direttorat għas-Saħħa Ambjentali rigward il-ħruġ ta’ ilma fiż-żona indikata jirriżulta li dan kien kawża ta’ perkolazzjoni ta’ ilma fl-HSBC li jinsab fil-Pjazza ta’ Buġibba.
Ix-xogħolijiet rikjesti saru u għalhekk il-ħruġ tal-ilma għal barra waqaf. Ittieħdu wkoll kampjuni ta’ dan l-ilma sabiex jiġi aċċertat is-sors u mir-riżultati ġie kkonfermat li l-ilma mhuwiex kontaminat bid-drenaġġ.
Jista’ l-Ministru jgħid jekk il-Kunsill tas-Saħħa kif stabbilit mil-liġi (Att dwar is-Saħħa Art 17) hux qed jiffunzjona? Minn min hu kompost? Il-Ministru huwa konxju li sa nhar l-Erbgħa 15 ta’ Ġunju 2016 il-website tal-Gvern kienet qed turi li dan il-kunsill għadu mmexxi mill-Ministru Godfrey Farrugia (https://www.gov.mt/en/Government/Government%20of%20Malta/Ministries%20and%20Entities/Officially%20Appointed%20Bodies/Pages/Councils/Council-of-Health.aspx)?
Response (FEARNE, CHRIS)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi bhalissa ghaddej process sabiex il-membri l-godda tal-Kunsill tas-Sahha jigu mahtura.
Jista’ l-Ministru jgħid x’kienet ir-raġuni għalfejn bejn l-10 u t-12 ta’ Ġunju ġie sospiż it-trattament tal-Bacillus Calmette-Guerin (BCG) lill-pazjenti li kienu qed jieħdu l-kura?
Response (FEARNE, CHRIS)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li d-Dipartiment tas-Sahha sab soluzzjoni alternattiva ghal-nuqqas internazzjonali tal-apparat li jintuza sabiex isir it-trattament tal-BCG. Dan l-apparat alternattiv inxtara mill-gvern u qieghed in-stock u ghalhekk it-trattament tal-BCG ser ikompli minnufih.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm hemm pazjenti li jużaw il-Mitomycin minflok il-Bacillus Calmette-Guerin (BCG)? Kemm hemm talbiet mingħand konsulenti tal-Urology biex pazjenti tagħhom jaqilbu mill-BCG għall- Mitomycin?
Response (FEARNE, CHRIS)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi t-trattament bil-Mitomycin kien iddahhal bhala alternattiva meta kien hemm nuqqas internazzjonali tal-BCG. Il-provvista internazzjonali tal-BCG issa regghet giet disponibbli.