Legislature:
Category:
Reset
Active:

Bormla — Sur Santa Liena

Question

Peress li toroq li qatt ma saru bit-tarmac huma responsabbilta' tal-gvern u peress li t-triq fl-area tad-djar tal-H.O.S. Sur Santa Liena, Bormla hija waħda minnhom u peress li l-istess residenti ħallsu kull kontribuzzjoni mitluba, jista' il-Ministru jgħid meta se ssir din it-triq?

Response (MUGLIETT, JESMOND)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-Awtorita' dwar it-Trasport qed thejji programm ta’ toroq li jridu jinbnew mill-ġdid. It-triq imsemmija ssir skond il-prijoritajiet li joħorġu minn dan il-programm.

Kalkara — Triq li tagħti għat-toqba tal-Birgu

Question

Jista' il-Ministru jara li t-triq li mill-Kalkara tagħti għat-toqba tal-Birgu tingħata kisja tarmac jew għallinqas il-ħofor kbar li hemm jimtlew b'xi materjal?

Response (MUGLIETT, JESMOND)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-Awtorita' dwar it-Trasport qed thejji proġett estensiv għal din it-triq ġewwa l-Kalkara. Ix-xogħlijiet jinkludu tisbiħ ta’ l-inħawi, bini tal-promenade u asfaltar. L-applikazzjoni 03896/04 kienet sottomessa lill-MEPA fil-5 ta’ Lulju, 2004 biex jinħarġu l-permessi meħtieġa. Madankollu uffiċjali ta’ l-ADT ser jagħmlu spezzjonijiet biex jekk hemm xi ħofor perikolużi dawn jimtlew.
Leg 10 PQ #13123 Sitting 281 2005-06-20 Oral · Interim From: GAVIN GULIA To: Ministeru għall-Iżvilupp Urban u t-Toroq

Protokoll Taljan — Toroq

Question

B'riferenza għar-risposta ta' mistoqsija parlamentari 12808, jista' il-Ministru jgħid jekk il-kuntratturi indikati fl-imsemmija risposta kienux ingaġġaw periti privati Maltin oħrajn meta kienu tefgħu l-offerti tagħhom l-ewwel darba qabel kienet ittieħdet id-deċiżjoni li l-kuntratturi kollha jiġu aggruppati f'lots separati? Jekk iva, jista' jgħid min huma l-periti u jekk għandhomx b'xi mod jew ieħor jipprestaw is-servizzi tagħhom taħt forma ta' subcontracting mal-periti li l-ismijiet tagħhom qed jintbagħtu separatament? Jista' jagħti dettalji ta' periti Maltin li qegħdin b'xi mod jew ieħor jgħinu lill-periti msemmija qabel u f'liema lot?

Response (MUGLIETT, JESMOND)

It-tweġiba tingħata f'seduta oħra.

Protokoll Taljan — Toroq

Question

B'riferenza għar-risposta ta' mistoqsija parlamentari 12934, jista' il-Ministru jpoġġi fuq il-mejda tal-Kamra l-kuntratt jew kuntratti li kienu ġew iffirmati bejn il-periti u l-ADT? Jista' jgħid min kienu l-persuni li approvaw lill-periti in kwestjoni, b'indikazzjoni tal-kariga ta' kull persuna u f'liema lokal jgħixu wieħed wieħed?

Response (MUGLIETT, JESMOND)

It-tweġiba tingħata f'seduta oħra.

Ħaż-Żebbuġ — Upgrading ta' toroq

Question

In vista tal-fatt li sabiex jiġu upgraded taħt il-Protokoll Taljan, Triq l-Imdina, f'Ħaż-Żebbuġ u Triq is-Siġġiewi Ħaż-Żebbuġ, kellhomx jintużaw għat-traffiku dawn it-toroq sekondarji ta' Ħaż-żebbuġ u cioe Triq Santa Marija, Triq il-Kbira, Triq Mikelanġ Sapiano, Triq Eugenio Borg, Triq Gianni Bonnici u Triq Dun Luret Callus, liema toroq iddeterjoraw bl-użu matul dawn l-aħħar xhur, jista' il-Ministru jgħid jekk huwiex possibbli li dawn jiġu upgraded bl-assistenza ta' fondi speċjali tal-gvern lill-kunsill lokali jew b'intervent dirett tal-gvern?

Response (MUGLIETT, JESMOND)

It-tweġiba tingħata f'seduta oħra.

Baħrija — Triq is-Sajf ta' San Martin

Question

Peress li Triq is-Sajf ta' San Martin, fil-Baħrija tħalliet żdingata minkejja li ilhom ħimgħat li tlestew il-kanen ta' l-ilma li kienu qed isiru, jista' il-Ministru jara li jirrikkmanda biex ix-xogħlijiet li għandhom isiru jitkomplew u jitlestew?

Response (MUGLIETT, JESMOND)

Ninsab infurmat li x-xogħol li qed isir fit-triq imsemmija mill-Onorevoli Interpellant kien waqaf temporanjament minħabba xogħol pendenti fuq duct route tal-Maltacom . Fl-aħħar ġimgħat din il-problema ġiet solvuta u b’hekk ix-xogħlijiet li jinkludu l-bini ta’ bankini u asfaltar se jitkomplew mill-ġimgħa d-dieħla.

ADT — Reserved parking

Question

Jista' il-Ministru jinvestiga applikazzjoni għal reserved parking - ref number 724 - li ġiet rifjutata għaliex "il-problema ta' mobilita' mhijiex severa" meta l-persuna li qed tapplika ma timxix aktar minn ftit passi u tqatta' ħafna ħin fis-sodda?

Response (MUGLIETT, JESMOND)

Ninsab infurmat li minn riċerka li saret fir-records tad-Direttorat għall-Immaniġjar tat-Traffiku irriżulta li l-applikant ma ngħatax reserved parking għall-persuni b'diżabilita' mill-Bord għax skond ir-rapport tat-tabib ta' l-Awtorita' dwar it-Trasport, in-nuqqas ta' mobilita' mhux severa.

ADT — Talba għal reserved parking

Question

Jista' il-Ministru jgħid għaliex ir-reserved parking tal-persuna b'diżabilita' li isimha qed jintbagħat separatament, u li ma timxix fit-tul, ġiet rifjutata?

Response (MUGLIETT, JESMOND)

Ninsab infurmat li minn riċerka li saret fir-records tad-Direttorat għall-Immaniġjar tat-Traffiku irriżulta li l-applikatn ma ngħatax reserved parking għall-persuni b'diżabilita' mill-Bord għax skond ir-rapport tat-tabib ta' l-Awtorita' dwar it-Trasport, in-nuqqas ta' mobilita' mhux severa.

Żvilupp Urban u Toroq — Diretturi

Question

B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari 12700, niċċara li qed nirriferi għad-diretturi fis-servizz pubbliku, għal ri-appointments li saru din is-sena u għal dawk li ma ġewx riappuntati din is-sena? Għaldaqstant jista' issa l-Ministru jirrispondi din id-domanda?

Response (MUGLIETT, JESMOND)

L-informazzjoni mitluba tingħata f'seduta oħra.

Vetturi self drive/garage hire

Question

Jista' il-Ministru jgħid kemm ġew reġistrati vetturi bħala self drive (bl-ittra K) u vetturi garage hire (bl-ittri GY) separatament kull sena bejn l-1999 u l-2004? Jista' jgħid ukoll kemm minn dawk li ġew reġistrati kull sena bejn l-1999 u l-2001 inbidlitilhom il-pjanċa minn dik tal-kiri għal waħda privata? Jista' jgħid x'kien il-mudell ta' dawn il-vetturi?

Response (MUGLIETT, JESMOND)

L-informazzjoni mitluba mill-Onorevoli Interpellant tingħata f'seduta oħra.

Reġistrazzjoni ta' vetturi tax free

Question

Jista' il-Ministru jgħid kemm hawn reġistrati vetturi bl-ittri (tax free)? Kemm kienu reġistrati vetturi bl-ittri TF kull sena mill-1996 'il hawn? X'inhuma l-kriterji li fuqhom wieħed jiddeċiedi jekk vettura għandhiex tkun reġistrata bl-ittri TF? X'inhuma l-ammonti li sid ta' vettura jiffranka kemm-il darba jirnexxielu jirreġistra vettura bl-ittri TF?

Response (MUGLIETT, JESMOND)

L-informazzjoni mitluba mill-Onorevoli Interpellant tingħata f'seduta oħra.

No parking sign

Question

Jista' il-Ministru jara x'inhi r-raġuni li tpoġġa line isfar tan-no parking proprju quddiem ħanut tal-laħam fil-lokalita' indikata separatament biex dan b'mod ovvju jitnaqqaslu l-bejgħ u telf ta' xogħol?

Response (MUGLIETT, JESMOND)

It-tweġiba tingħata f'seduta oħra.

Birgu: Triq il-Kottonera — Ilma tax-Xita

Question

Jista' il-Ministru jirrispondi mistoqsija parlamentari 11061 li oriġinarjament saret lill-Ministru għar-Riżorsi u Infrastruttura u li issa ġiet riferuta lilu, u cioe' b'riferenza għal mistoqsija parlamentari 10636 fejn il-Ministru qal li Triq il-Kottonera, Birgu hi responsabbilta' tal-kunsill, jista' jara jekk responsabbilta' ta' triq arterjali hijiex tal-gvern ċentrali jew tal-kunsill?

Response (MUGLIETT, JESMOND)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li Triq il-Kottonera, Birgu hija triq distributorja.

Ħal-Lija

Question

Jista' il-Ministru jirrispondi mistoqsija parlamentari 12478 li oriġinarjament saret lill-Ministru għar-Riżorsi u Infrastruttura u li issa ġiet riferuta lilu, u jindaga jekk tistax tiġi rranġata l-bankina madwar iċ-ċimiterju ta' Ħal-Lija?

Response (MUGLIETT, JESMOND)

Ninsab infurmat li x-xogħol ta' manutenzjoni fuq il-bankina msemmija mill-Onorevoli Interpellant taqa' taħt ir-responsabbilta' tal-Gvern Ċentrali. Ser isiru spezzjonijiet meħtieġa biex din il-bankina tkun tista' tiddaħħal f'lista ta' xogħlijiet simili ta' manutenzjoni. Dawn ix-xogħlijiet isiru skond il-prijoritatjiet li jirriżultaw.

Żvilupp Urban u Toroq — EU funds

Question

Jista' il-Ministru jgħid kemm qiegħed jamministra fondi mill-Unjoni Ewropea l-Ministeru tiegħu, sija pre-accession u accession funds? Kemm entitajiet, awtoritajiet, aġenziji jew nies taħt id-dekasteru tiegħu qed jibbeneifikaw minn dawn il-fondi? Għal liema proġetti jew inizjattivi qed jintużaw dawn il-fondi?

Response (MUGLIETT, JESMOND)

Ninsab infurmat li l-Ministeru għall-Iżvilupp Urban u t-Toroq qiegħed jamministra total ta’ LM 7,992,883 (€18,588,100) f’fondi mill-Unjoni Ewropea. Dawn il-fondi jinqasmu hekk: LM 490,200 (€1,140,000) fi pre-accession funds, LM 4,051,933 (€9,423,100) f’accession funds u LM 3,450,750 (€8,025,000) fi structural funds. L-awtorita’ li qed tibbenefika minn dawn il-fondi hi l-Awtorita’ dwar it-Trasport ta’ Malta. Dawn il-fondi qed jintużaw għall-proġetti msemmija hawn taħt: Programm ta’ Pre-Accession: L-Ewwel Fazi 2002 – Malta. Studju fuq il-viabilita’ u l-impatt ambjentali tal-progetti ta’ transport infrastrutturali. Mill-fondi ta’ l-EU LM 430,000 (€1,000,000). It-Tieni Fazi 2003 – Ghawdex. Studju fuq il-viabilita’ u l-impatt ambjentali tal-progetti ta’ transport infrastrutturali. Mill-fondi ta’ l-EU LM 60,200 (€140,000). Fondi ta’ Koezjoni: 1. Ir-Rikostruzzjoni u l-Upgrading tal-By-Pass ta’ San Pawl il-Bahar – S.P.B. 2. Ir-Restorazzjoni u l-Upgrading tal-Vjal l-Avjazzjoni Ċivili – Luqa. 3. Ir-Restorazzjoni u l-Upgrading ta’ Triq l-Mġarr u Triq ix-Xatt, Għajnsielem. Mill-fondi ta’ l-EU LM 4,051,933 (€9,423,100). Fondi Strutturali (ERDF): 1. L-Upgrading tal-Pontijiet fi Triq Reġjonali. Mill-fondi ta’ l-EU LM 1,935,000 (€4,500,000). 2. Ir-Restorazzjoni u l-Upgrading ta’ Triq Ħal Far, it-Tielet Fażi. Mill-fondi ta’ l-EU LM 1,515,750 (€3,525,000).

Imġarr Għawdex

Question

Jista' il-Ministru jgħid meta saret l-aħħar verifika ta' l-istat tat-triq li mill-Imġarr ta' Għawdex tieħu lejn il-bqija tal-gżira peress li din għaddejja minn fuq soqfa b'ħafna ħsara lill-imħażen li hemm? X'irriżulta minn din il-verifika?

Response (MUGLIETT, JESMOND)

L-informazzjoni mitluba tingħata f'seduta oħra.

Ħ'Attard — Triq Emvin Cremona

Question

Jista' il-Ministru jgħid jekk l-aħħar parti ta' Triq Emvin Cremona, li tmiss ma' Triq Peter Paul Rubens, f'Ħ'Attard, hemmx ħsieb li ta' l-inqas tingħata wiċċ asfalt biex jitnaqqsu t-trabijiet kbar li hemm fiha? Jista' jgħid kemm hu ppjanat li tiġi l-ispiża?

Response (MUGLIETT, JESMOND)

L-informazzjoni mitluba tingħata f'seduta oħra.

MIA — Taxi booth

Question

Jista' il-Ministru jgħid kemm ilha ma tkun imħaddma t-taxi booth li hemm fl-arrival section tal-mitjar tal-Gudja? X'inhi r-raġuni għal dan? Huwa minnu li hemm xi problemi ta' funding min-naħa ta' l-awtorita' tat-trasport flimkien ma' l-MTA? Kif qed jiġi żgurat li dawk li jużaw is-servizz tat-taxi jiġu charged skond l-iskeda li hemm imwaħħla mat-tieqa tal-booth?

Response (MUGLIETT, JESMOND)

Jien infurmat li t-taxi booth tal-Ajruport ilha ma’ tiġi mħaddma mit-3 t’ Ottubru 2004. Dan minħabba l-fatt li l-ispejjeż kienu qed jammontaw għall-aktar minn Lm13,000 u billi l-Awtorita' kienet l-unika stakeholder li kienet qed tiffinanzja dan it-taxi booth, ittieħdet deċizjoni li din tiġi imwaqqfa. L-Enforcement Officers ta’ l-Awtorita dwar it-Trasport qed jagħmlu spezzjonijiet regolari sabiex jikkonfermaw li x-xufiera qegħdin iħarsu it-tariffa uffiċjali. Fil-preżent, qed isiru laqgħat f’dan ir-rigward sabiex isiru l-arranġamenti meħtieġa biex din terġa tiġi miftuħa. Il-Ministeru qiegħed jisħaq li dan il-ftehim ikun parti minn qafas aktar wiesgħa li jinkorpora kundizzjonijiet oħra li jirregolaw l-operat tat-taxis.

Protokoll Taljan — Toroq

Question

B'riferenza għar-risposta ta' mistoqsija parlamentari 12808, jista' il-Ministru jindika min huma l-periti Maltin ingaġġati mill-kuntratturi Taljani għal kull lok individwalment?

Response (MUGLIETT, JESMOND)

Ninsab infurmat illi l-periti Maltin ingaġġati mill-kuntratturi Taljani għal kull lot individwalment huwa kif jidher hawn taħt :- LOT 1 - Malta Planning and Design Consultants (MP and DC) led by Perit Carm Lino Spiteri LOT 2 - Dr Edwin Mintoff LOT 3 - Malta Planning and Design Consultants (MP and DC) led by Perit Carm Lino Spiteri Dawn il-Periti kienu nominati mill-kuntratturi Taljani meta preżentaw t-tenders tagħhom. Sussegwentament l-istess Periti kienu approvati mill-Awtorita' dwar it-Trasport. Qabel ma nbeda x-xogħol ġie iffirmat kuntratt bejn il-Periti inkwistjoni u l-ADT.