Jista’ l-Ministru jgħid x’inhi l-pożizzjoni tal-Gvern dwar il-każ tal-azzjonisti tal-La Vallette Manager Property Fund tal-Preferred Perpetual Securities (PPS) li kienu mwegħdin mill-Partit Laburista fl-Oppożizzjoni, li kienu se jingħataw il-kapital tagħhom lura, fil-każ tal-PPS, u jingħataw kumpens aħjar fil-ka¿ tal-Property Fund?
Response (SCICLUNA, EDWARD)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant li l-Gvern għadu qiegħed jevalwa s-sitwazzjoni u se jieħu d-deċiżjonijiet meħtieġa fil-ħin adattat.
Jista' l-Ministru jgħid kemm kien l-ammont globali imħallas f'taxxi sena b'sena mill-2005 sal-2014 minn persuni li ġejjin minn pajjiżi terzi li għandhom il-permess biex jaħdmu f'Malta?
Response (SCICLUNA, EDWARD)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant li d-Dipartiment m’għandux dettalji neċessarji sabiex jipprovdi l-informazzjoni kif rikjesta.
Tabella ta’ rikonċiljazzjoni bejn il-Fond konsolidat u d-defiċit tal-General Government
Question
Jista’ l-Ministru jagħti spjega dettaljata tar-reconciliation table bejn il-Fond Konsolidat u d-defiċit tal-General Government u dan billi:
1. Jipprovdi dokumenti uffiċjali tal-Enemalta u l-Ministeru tal-Finanzi fuq l-arretrati li kellha l-Enemalta bejn l-2013 u l-2014, liema dokumenti ntużaw biex jinħadem l-EDP għall-2014 li jinkludi wkoll l-2013?
2. Jagħti spjega ta’ kif ġie kkomputat l-
adjustment
fuq l-
Accruals
li kellha tagħti l-Enemalta fuq l-istess snin, i.e. l-2013 u l-2014, li wasslet għal €38.094 u €67.129 għas-snin rispettivi f’din ir-rekonċiljazzjoni fl-EDP – maqsumin f’dawk li kienu
accounts payable
u
receivables
?
3. Jagħti d-dettalji ta’ kif ġew ikkomputati aġġustamenti fl-istess snin (l-2013 u l-2014) rigward it-
Treasury Clearance Fund
u jagħti spjega ta’ dawn il-fondi li impattaw b’mod pożittiv fit-tnaqqis fid-defiċit?
Response (SCICLUNA, EDWARD)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Il-Belt Valletta, il-Furjana, Tal-Pietà, il-Ħamrun, il-Marsa u SantaVenera –età ta’ popolazzjoni
Question
Jista’ l-Ministru jagħti breakdown tal-etajiet tal-popolazzjoni skont l-aħħar ċensiment fil-lokalitajiet tal-Belt Valletta, il-Furjana, Tal-Pietà, il-Ħamrun, il-Marsa u Santa Venera?
Response (SCICLUNA, EDWARD)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
San Pawl il-Baħar, Qawra u Buġibba — ħlasijiet ta' liċenzji ta' ħwienet
Question
Jista' l-Ministru jgħid kemm kienet id-differenza fiż-żieda fil-ħlasijiet tal-liċenzji bejn is-sena 2014 u l-2015 biex wieħed iżomm ħanut jew xi forma ta' negozju ieħor fil-lokalità ta' San Pawl il-Baħar li tinkludi ukoll iż-żoni tal-Qawra u Buġibba?
Response (SCICLUNA, EDWARD)
Nitlob lill-Onorevoli Interpellant biex jirreferi l-mistoqsija lill-Ministru kkonċernat.
Jista' l-Ministru jgħid kemm kienet id-differenza fiż-żieda fil-ħlasijiet tal-liċenzji bejn is-sena 2014 u l-2015 biex wieħed iżomm ħanut jew xi forma ta' negozju ieħor fil-lokalità tan-Naxxar?
Response (SCICLUNA, EDWARD)
Nitlob lill-Onorevoli Interpellant biex jirreferi l-mistoqsija lill-Ministru kkonċernat.
Il-Mellieħa — Triq Ġorġ Borg Olivier u Triq il-Kbira - ħlasijiet ta' liċenzja ta' ħwienet
Question
Jista' l-Ministru jgħid kemm kienet id-differenza fiż-żieda fil-ħlasijiet tal-liċenzji bejn is-sena 2014 u l-2015 biex wieħed iżomm ħanut jew xi forma ta' negozju ieħor fil-lokalità tal-Mellieħa fi Triq Ġorġ Borg Olivier u Triq il-Kbira?
Response (SCICLUNA, EDWARD)
Nitlob lill-Onorevoli Interpellant biex jirreferi l-mistoqsija lill-Ministru kkonċernat.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien hemm ammonti ta’ flus li għandhom jiġu mħallsa lura f’rifużjonijiet fuq l-income tax sal-aħħar ta’ Frar 2015?
Response (SCICLUNA, EDWARD)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant li r-rifuzjonijiet fuq l-income tax sa l-aħħar ta’ Frar 2015 jammontaw € 20,758,912, filwaqt illi l-istess dipartiment sal-aħħar ta’ Diċembru 2014 kellu jiġbor €166,738,072 netti ara li wieħed jeskludi l-estimi ta’ dawk li ma jkunux ippreżentaw ir-return tat-taxxa.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien hemm ammonti ta’ flus li għandhom jiġu mħallsa lura f’rifużjonijiet fuq il-VAT sal-aħħar ta’ Frar 2015?
Response (SCICLUNA, EDWARD)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-ammont ta’ flus li għandhom jiġu mħallsa f’rifuzjonijiet tal-VAT sal-aħħar ta’ Frar 2015 hu ta’ €25,889,245, filwaqt li l-istess dipartiment sal-aħħar ta’ Diċembru 2014 kellu jdaħħal € 69,524,667 arretrati netti.
Jista’ l-Ministru jgħid meta hu previst li se jitħallsu persuni li għandhom jieħdu lura ammonti ta’ flus f’rifużjonijiet fuq l-income tax sal-aħħar ta’ Frar 2015?
Response (SCICLUNA, EDWARD)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant li huwa previst li rifuzjonijiet fuq l-income tax dovuti sal-aħħar ta’ Frar 2015 jitħallsu fil-ġimgħat li ġejjin.
Jista’ l-Ministru jgħid meta hu previst li se jitħallsu persuni li għandhom jieħdu lura ammonti ta’ flus f’rifużjonijiet fuq il-VAT sal-aħħar ta’ Frar 2015?
Response (SCICLUNA, EDWARD)
Ninforma lill-Onor. Interpellant biex jirreferi għall-mistoqsija parlamentari 15493.
Government Finance Data – taxxa miġbura mis-sisa u d-dwana
Question
B’referenza għat-tabella numru 1 fl-istqarrija maħruġa mill-Uffiċċju tal-Istatistika fit-30 ta’ Marzu intitolata Government Finance Data January to December 2014, jista’ l-Ministru jgħid kemm mill-€302,607,000 miġbura mit-taxxa fuq is-sisa u dwana huma arretrati tal-Enemalta, liema arretrati kienu dovuti għas-snin ta’ qabel l-2014? Kemm qed jistma l-Ministru li jkun id-dħul mit-taxxi fuq dwana u sisa din is-sena?
Response (SCICLUNA, EDWARD)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li mill-€302.607 miljun miġbura mit-taxxa fuq is-sisa u dwana fl-2014, l-arretrati tal-Enemalta jammontaw għall-€132.112 miljun, li minnhom €104.612 miljun huma dovuti għas-snin ta’ qabel l-2014.
Din is-sena, kif muri fl-Estimi Finanzjarji għall-2015, l-istima ta’ d-dħul mit-taxxi fuq dwana u sisa jammonta għall-€265 miljun.
Government Finance Data – żieda fil-fees of office
Question
B’referenza għat-tabella numru 4 fl-istqarrija maħruġa mill-Uffiċċju tal-Istatistika fit-30 ta’ Marzu intitolata Government Finance Data January to December 2014, jista’ l-Ministru jispjega x’wassal għal żieda ta’ €40 miljun fil-fees of office?
Response (SCICLUNA, EDWARD)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li r-raġunijiet prinċipali li wasslu għal żieda ta’ €40 miljun fil-Fees of Office fl-2014 meta ipparagunat mal-2013, huma d-dħul fl-Investment Registration Scheme (€31.8 miljun), Eco-Contribution (€1.3 miljun), Public Registry Fees (€1 miljun), Court Fees (€1 miljun), International Investor Programme - dik il-parti li tiġi ikkreditata fil-Fond Konsolidat - (€4.2 miljun).
Jista’ l-Ministru jgħid jekk persuni li ħalsu żejjed ammont ta’ taxxa fuq il-qligħ matul l-2013 humiex qed jirċievu r-refund dovut lilhom?
Response (SCICLUNA, EDWARD)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant li l-maġġoranza ta’ persuni li ħallsu taxxa zejda matul l-2013 diġà nħarġilhom ir-refund dovut. L-oħrajn qed jiġu pproċessati u ser jinħarġu fil-ġimgħat li ġejjin.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm kienet iż-żieda fin-nefqa tal-pagi ta’ impjegati fis-settur pubbliku fl-aħħar għaxar snin? Jista’ jipprovdi l-informazzjoni billi jgħid kemm minn din iż-żieda f’kull sena kienet dovuta għal żieda fl-għoli tal-ħajja, ftehim kollettiv u żieda fin-numru ta’ impjegati?
Response (SCICLUNA, EDWARD)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni mitluba rigward l-ewwel parti tal-mistoqsija qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Rigward it-tieni parti tal-mistoqsija, din l-informazzjoni mhux disponibbli.
Jista’ l-Ministru jgħid b’kemm żdied id-dejn nazzjonali sena b’sena bejn l-2012 u l-2014? Jista’ jgħid kemm qed jistma li jkun id-dejn nazzjonali sal-aħħar ta’ din is-sena?
Response (SCICLUNA, EDWARD)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni mitluba qegħda fit-tabella mehmuza:
SenaDejn Bħala Persentaġġ tal- GDPŻieda tad-Dejn Nazzjonali f’€’000
201267.462,916
201369.2369,320
201468.5215,996
201567.5177,057
Jista’ l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 15045 li oriġinarjament saret lill-Prim Ministru u li issa ġiet riferuta lilu u ċjoè: B’referenza għar-rappurtaġġ tal-Eurostat fin-news release 154 tal-2013 – 25 October 2013 - Land Use/Cover Area Frame Survey 2012, fejn skont dan id-dokument ġie kkategorizzat l-użu tal-art, jista’ jikkjarifika kemm mill-art ikkategorizzata bħala Forest and other wooded land, cropland, grassland, water/wetland, shrub land, bare land hija koperta b’titlu ta’ art privata, anke jekk mikrija jew imqabbla, u kemm hemm min din l-art hija koperta b’titlu ta’ art pubblika, u ċjoè aċċessibbli għal kulħadd?
Response (SCICLUNA, EDWARD)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant biex jirreferi l-mistoqsija lill-Ministru kkonċernat.
Jista’ l-Ministru jispjega kif approva li jingħata direct order ta’ €27,331 lill-kumpanija, li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament, għal event tal-European Broadcasting Union organizzat mill-Ministeru għall-Intern u s-Sigurtà Nazzjonali fil-Girgenti, meta dan l-event kien ilu xhur sħaħ li tħabbar u allura l-Gvern kellu żmien u ċans li joħroġ tender pubbliku?
Response (SCICLUNA, EDWARD)
Nitlob lill-Onor. Interpellant jagħmel il-mistoqsija tiegħu lill-Ministru kkonċernat.
Jista' l-Ministru jgħid kemm nġabru dazju u VAT mill-petrol u diesel xahar b'xahar minn Jannar 2013 sal-lum?
Response (SCICLUNA, EDWARD)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni mitluba rigward id-dazju qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Nixtieq ukoll ninforma lill-Onor. Interpellant li d-Dipartiment tal-VAT m’għandux informazzjoni dwar kemm inġabret taxxa tal-VAT fuq il-
petrol
(
leaded
u
unleaded
), tad-
diesel
peress li t-taxxa tal-VAT miġbura fuq dawn il-prodotti tiġi rrapurata fid-denunzji mis-sidien tal-pompi globalment flimkien ma prodotti jew servizzi oħra li jissuplixxu.