Legislature:
Category:
Reset
Active:

Ministeru għall-Familja u Solidarjetà Soċjali — bordijiet

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 11308 li oriġinarjament saret fl-14 ta’ Ottubru 2014 u jgħid liema huma l-bordijiet li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu? Jista’ jgħid għal kemm kienet tammonta l-ispiża tal-ħatriet fuq dawn il-bordijiet fis-sena 2012, u fis-sena 2013, u kemm hu stmat li tkun l-ispiża fis-sena kurrenti?

Response (FARRUGIA, MICHAEL)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni mitluba għadha qed tinġabar u għaldaqstant ir-risposta se tingħata f’seduta oħra.

Applikazzjoni għal housing — każ ta' persuna

Question

Jista' l-Ministru jara l-każ tal-persuna li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament rigward każ ta' applikazzjoni għal dar?

Response (FARRUGIA, MICHAEL)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-applikazzjoni tal-persuna kkonċernata qed tiġi kkunsidrata flimkien ma’ oħrajn bħalha u qegħda fil-proċess li jsir social assessment sabiex tigi ddeterminata il-prijorità tal-każ.

Housing — każ ta' persuna

Question

Jista' l-Ministru jara l-każ tal-perusna li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament rigward housing?

Response (FARRUGIA, MICHAEL)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-applikazzjoni tal-persuna kkonċernata qed tiġi evalwata u mistħarġa wara li sar is-“social assessment”.

Housing — każ ta' persuna

Question

Jista' l-Ministru jara l-każ tal-persuna li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament rigward każ ta' housing li ilu pendenti mill-1998?

Response (FARRUGIA, MICHAEL)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-applikazzjoni tal-persuna kkonċernata qed tiġi evalwata wara li sar is-“social assessment”.

Housing — każ ta' persuna

Question

Jista' l-Ministru jara l-każ tal-persuna li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament rigward każ ta' housing?

Response (FARRUGIA, MICHAEL)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-applikazzjoni tal-persuna kkonċernata qed tiġi kkunsidrata flimkien ma’ oħrajn bħalha u qiegħda fil-proċess li jsir social assessment sabiex tigi determinata il-prijorita’ tal-każ.

Għajnuna Soċjali – każ ta’ individwu

Question

Jista’ l-Ministru jara l-każ tal-individwu li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament, dwar għajnuna soċjali?

Response (FARRUGIA, MICHAEL)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-każ tal-persuna msemmija ġie rivedut. Ir-rata tal-għajnuna għall-qagħad ser tiżdied minn din il-gimgħa u ser jieħu l-arretrati.

Benefiċċju soċjali — każ ta' persuna

Question

Jista' l-Ministru jivverifika l-każ tal-persuna li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament dwar benefiċċju soċjali?

Response (FARRUGIA, MICHAEL)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi dan il-każ issa nħadem u l-persuna tħallset il-bonus dovut lilha fis-17 ta’ Jannar 2015.

Garaxx — każ ta' individwu

Question

Jista' l-Ministru jivverifika jekk il-garaxx tal-individwu li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament hux vakant?

Response (FARRUGIA, MICHAEL)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-garaxx li d-dettalji tiegħu ngħataw separatament mhux propjeta’ tal-Awtorita’ tad-Djar.

Awtorità tad-Djar — stallazzjoni ta' stair lift

Question

Jista' l-Ministru jara l-każ tal-persuna li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament rigward applikazzjoni għall-istallar ta' stair lift ?

Response (FARRUGIA, MICHAEL)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant l-Awtorita’ tad-Djar irċeviet iċ-ċertifikat mediku mingħand l-applikant u dan ser jiġi diskuss nhar is-19 ta’ Jannar 2015 meta ser issir il-laqgħa li jmiss tal-Iskema tad-Diżabilita’.

Servizz ta' home help — każ ta' persuna

Question

Jista' l-Ministru jara l-każ tal-persuna li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament rigward applikazzjoni għall-home help?

Response (FARRUGIA, MICHAEL)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi r-risposta ser tingħata f'seduta oħra.

Home Help — Każ ta’ individwu

Question

Jista’ l-Ministru jara li jsir kuntatt ma’ dan l-anzjan li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament rigward każ ta’ home help?

Response (FARRUGIA, MICHAEL)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi r-risposta ser tingħata f'seduta oħra.

Anzjani ‘l fuq minn 78 sena — allowance

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm huma l-persuni li bbenefikaw matul l-2014 mill-miżura li permezz tagħha, anzjani li għandhom 78 sena jew iktar ingħataw allowance ta’ €300? X’kienet l-ispiża fuq din il-miżura?

Response (FARRUGIA, MICHAEL)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li b’effett mis-sena 2014 l-Għotja għall-Anzjani bdiet tingħata lil dawk li għandhom ’l fuq minn 75 sena. Għalhekk matul is-sena 2014 ibbenefikaw 28,396 persuna u n-nefqa kienet ta’ €8,098,318.53.

Servizz ta' lift — każ ta' persuna

Question

Jista' l-Ministru jara l-każ ta' persuna li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament rigward twaħħil ta' lift f'appartament?

Response (FARRUGIA, MICHAEL)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li s-Sinjur li għaliħ qiegħed issir referenza applika nhar is-16 ta’ Diċembru 2014 mal-Awtorita’ tad-Djar għall-installar ta’ lift ġewwa l-blokka tal-Gvern fejn jgħix huwa. L-applikazzjoni qegħda fil-fazi inizjali tagħha fejn ser jintbagħat Occupational Therapist sabiex jistħarreġ il-bżonnijiet tal-inkwilini fil-blokk.

Ħsarat strutturali — każ ta' individwu

Question

Jista' l-Ministru jara l-każ tal-individwu li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament peress li hemm ħsarat strutturali fil-blokka?

Response (FARRUGIA, MICHAEL)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li, dwar il-problema ta’ dħul ta’ ilma fil-garaxxijiet fil-binja msemmija, diġa’ saru diversi spezzjonijiet minn uffiċjali tekniċi tal-Awtorita’ tad-Djar flimkien mar-residenti. Inbeda wkoll ix-xogħol rimedjali fil-pavimentar tal-area mifuħa komuni li tinsab fuq il-garaxxijiet. Min-naħa l-oħra, f’każ ta’ dħul ta’ ilma kif ukoll ħsarat li jinsabu direttament taħt maisonettes partikolari, kull manutenzjoni u tiswija meħtieġa għandha ssir mis-sidien tal-istess maisonettes.

Tibdil fis-soqfa – każ ta’ individwu

Question

Jista’ l-Ministru jara l-każ tal-individwu li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament peress li ħa jsir xi tibdil fis-soqfa tal-bejt u jixtieq li jsir jsib appartament temporanju?

Response (FARRUGIA, MICHAEL)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-Awtorita’ tad-Djar tikkunsidra li tagħti xi tip ta’ għajnuna fil-perjodu li jkun qed jinbidlu s-soqfa, dejjem wara li jiġi kkonfermat mingħand persuna teknika li l-post huwa ta’ periklu.

Awtorità tad-Djar — każ ta' individwu

Question

Jista' l-Ministru jara l-każ tal-individwu li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament rigward każ ta' valutazzjoni fuq plot tal-Awtorità tad-Djar?

Response (FARRUGIA, MICHAEL)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi l-każ imsemmi qed jingħata l-prijorita’ xierqa u huwa mistenni li l-individwu jingħata risposta fil-jiem li ġejjin.

Proprjetà — każ ta' persuna

Question

Jista' l-Ministru jara l-każ tal-persuna li d-dettalji dwarha qed jingħataw rigward proprejtà?

Response (FARRUGIA, MICHAEL)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-persuna li d-detalji tagħha qed jintbagħtu separatament m’għandhiex applikazzjoni pendenti mal-Awtorita’ tad-Djar peress li bidlet l-indirizz u ma nfurmatx lill-istess Awtorita’ tad-Djar kif inhu meħtieġ. Għalhekk hi mħeġġa sabiex terġa’ tapplika u tirregolarizza l-pożizzjoni tagħha.

Każ ta’ moffa f’appartamenti f’Ħal Tarxien

Question

Jista’ l-Ministru jara l-każ tal-individwu li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament, peress li l-inkwilini tal-appartamenti qed jilmentaw bl-ammont ta’ moffa li qed ikun fihom? Jista’ jgħid jekk hux se jsir xi xogħol biex din il-problema titranġa?

Response (FARRUGIA, MICHAEL)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi r-risposta ser tingħata f'seduta oħra.

Bord għall-Fostering — laqgħat

Question

Jista’ l-Ministru jgħid meta ltaqa’ l-aħħar il-Bord għall-Fostering? Jista’ jgħid ukoll meta hija l-laqgħa li jmiss ta’ dan il-Bord?

Response (FARRUGIA, MICHAEL)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-bord ltaqa’ l-aħħar nhar il-Ħamis 15 ta’ Jannar 2015. Il-laqgħa li jmiss hija skedata għal nhar il-Ġimgħa 23 ta’ Jannar 2015.

Bord għall-Fostering — applikazzjonijiet

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm hemm applikazzjonijiet għall-fostering pendenti sal-lum? Jista’ jgħid kemm minn dawn l-applikazzjonijiet ġew evalwati diġà mill-Bord għall-Fostering u kemm minnhom qed jistennew li jsir il-placement neċessarju?

Response (FARRUGIA, MICHAEL)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi l-informazzjoni mitluba għadha qed tinġabar u għaldaqstant it-tweġiba ser tingħata f'seduta oħra.