Jista’ l-Ministru jara li jsir kuntatt mal-individwu li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament peress li għadha ma tteħditx azzjoni min-naħa tal-Arms Ltd?
Response (MIZZI, KONRAD)
Ninforma lill-Onor. Interepellant illi l-każ ġie mistħarreġ u qed jittieħdu l-proċeduri kollha sabiex il-każ jiġi solvut.
B'referenza għall-mistoqsija parlamentari 11506, li fit-tweġiba għaliha tissemma investigazzjoni dwar meter li ġie nieqes, jista’ l-Ministru jintervjeni personalment sabiex tinstab soluzzjoni temporanja bejn id-Dipartiment tal-Artijiet u l-ARMS Limited biex sakemm tintemm l-investigazzjoni, il-provvista tad-dawl u l-lift ikunu għad-dispożizzjoni ta' dawk li jużaw iċ-ċentru ċiviku tar-Rabat?
Response (MIZZI, KONRAD)
Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba tal-Mistoqsija Parlamentari 11506 (ħdax-il elf, ħames mija u sitta).
Jista’ l-Ministru jgħid jekk il-Gvern għandux il-ħsieb li jgħaddi t-tindif u l-kura tal-latrini pubbliċi lil kuntrattur privat? Jekk iva, ħarġet tender jew għadha se toħroġ tender?
Response (MIZZI, KONRAD)
Nitlob lill-Onor. Interpellant jindirizza l-mistoqsija tiegħu lill-Ministeru kkoncernat.
Jista' l-Ministru jikkonferma jekk fil-kumpens ta' €25 li ngħata għall-qtugħ fid-dawl ta' aktar minn 12-il siegħa, dawk li għandhom il-panelli tax-xemx ma ngħatawx kumpens?
Response (MIZZI, KONRAD)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi ninsab infurmat li l-accounts ta’dawk li għandhom il-pannelli għadhom qed jinħadmu.
Jista' l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra lista tal-membri tal-istaff tas-segretarjat tiegħu kif ukoll ir-rwol tagħhom fis-segretarjat?
Response (MIZZI, KONRAD)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-membri tal-istaff fis-Segretarjat Privat huma kif stabbilit fid-dokument Engagement of Staff for Ministers’ Secretariats li kopja tiegħu diġa’ tpoġġiet fuq il-Mejda tal-Kamra.
Ministeru għall-Enerġija u s-Saħħa – Vot Kapitali – spejjeż relatati ma’ Għawdex
Question
B'referenza għall-mistoqsija parlamentari 10987, jista' l-Ministru jgħid x'irid ifisser meta qed jgħid li din l-informazzjoni hi ta' natura kummerċjali meta tqis li l-ammonti globali tal-Vot Kapitali tal-Ministeru hu ppubblikat fid-dokument Financial Estimates 2014, liema dokument hu pubbliku u nħareġ mad-diskors tal-Ministru tal-Finanzi? Jista' jagħti din l-informazzjoni meta tqis li l-informazzjoni li qed tintalab hi dwar spejjeż mħallasa minn fondi pubbliċi u aktar u aktar meta mistoqsijiet ta' dan it-tip dejjem ġew imwieġba u l-informazzjoni mitluba ġiet mogħtija?
Response (MIZZI, KONRAD)
Filwaqt li l-line items tal-budget huma pubbliċi, l-items mitluba huma ta' natura kummerċjali .
Jista’ l-Ministru jgħid kemm ġew impjegati ħaddiema mill-entitajiet li jiffurmaw parti mid-dekasteru tiegħu, inkluż dipartimenti tal-Gvern, entitajiet pubbliċi u awtoritajiet wara d-9 ta’ Mejju 2013? Jista’ jgħid kemm minn dawn il-ħaddiema ġew minn entitajiet pubbliċi u kemm ġew mill-privat jew kienu qegħdin ifittxu xogħol?
Response (MIZZI, KONRAD)
Nitlob lill-Onor. Interpellant jispeċifika ż-żmien li għalih qed jitlob din l-informazzjoni.
Segretarju Parlamentari għas-Saħħa – nisa f’pożizzjoni ta’ deċiżjoni
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kemm hemm nisa f'pożizzjoni ta' deċiżjoni fi ħdan id- dipartimenti li jaqgħu taħt ir-responsabbiltà tas-Segretarju Parlamentari għas-Saħħa? Liema hija l-kariga ta' dawn in-nisa?
Response (MIZZI, KONRAD)
Nitlob lill-Onor. Interpellant tispeċifika għal liema pożizzjoni ta’deċizjoni qed tagħmel referenza għalihom.
Segretarju Parlamentari għas-Saħħa – nisa f’pożizzjoni ta’ deċiżjoni
Question
Jista' l-Ministru jgħid minn Marzu 2013 sal-lum kemm inħatru nisa f'pożizzjoni ta' deċiżjoni fi ħdan id-dipartimenti li jaqgħu taħt ir-responsabbiltà tas-Segretarju Parlamentari għas-Saħħa?
Response (MIZZI, KONRAD)
Nitlob lill-Onor. Interpellant tispeċifika għal liema pożizzjoni ta’deċizjoni qed tagħmel referenza għalihom.
Segretarju Parlamentari għas-Saħħa – persuni f’pożizzjoni ta’ deċiżjoni
Question
Jista' l-Ministru jgħid kemm hu l-persentaġġ ta' nisa u rġiel li jokkupaw pożizzjoni ta' deċiżjoni fi ħdan id-dipartimenti li jaqgħu taħt ir-responsabbiltà tas-Segretarju Parlamentari għas-Saħħa?
Response (MIZZI, KONRAD)
Nitlob lill-Onor. Interpellant tispeċifika għal liema pożizzjoni ta’deċizjoni qed tagħmel referenza għalihom.
Sptar Ġenerali t’Għawdex – proġett ta’ mmodernizzar
Question
B'referenza għall-mistoqsija parlamentari 10974 fejn fit-tweġiba jingħad li "il-ftit xogħol li kien twettaq lejliet l-elezzjoni ġenerali tal-2013 kien xogħol kożmetiku u mhux ta' kwalità", jista' l-Ministru jgħid għal liema xogħol qed jirreferi?
Response (MIZZI, KONRAD)
Ix-xogħol kożmetiku li rreferejt għalih kien it-tibjid tal-kuriduri. Dan il-Gvern iħoss li f'Għawddex hemm bżonn iktar minn sempliċi tibjida tal-kuriduri u għalhekk qed jinvesti fi programm ta’ refurbishment u titjib ieħor relatat ma' servizzi biex l-Għawdxin ikollhom sptar li tassew jixirqilhom. Dan ix-xogħol qed isir permezz ta’ użu aħjar tal-ħaddiema tal-Isptar Ġenerali t’Għawdex stess.
Jista' l-Ministru jgħid kemm pazjenti li għandhom ir-residenza tagħhom irreġistrata f'Għawdex irċevew servizzi ta' out-patients u in-patients matul is-snin 2011, 2012, 2013 separatament?
Response (MIZZI, KONRAD)
Nitlob l-Onor. Interpellant jispecifika liema sptar qed jirreferi ghalih.
San Pawl il-Baħar, Buġibba u l-Qawra — Qtugħ tal-provvista tal-ilma
Question
B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 10902, billi fil-mistoqsija mkien ma ntqal li l-ilma kien maqtugħ għal 48 siegħa sħaħ, jista’ l-Ministru jagħti tagħrif dwar liema kienu t-toroq affetwati u jista’ jagħti tagħrif dwar kif wasal għall-konklużjoni li mhux minnu li l-ilma kien maqtugħ, meta r-residenti ta’ diversi toroq ilmentaw pubblikament li ma kellhomx ilma?
Response (MIZZI, KONRAD)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi ġejt mgħarraf li sakemm saret it-tagħqida tal-mejn max-xogħol il-ġdid, ir-residenti bdew jingħataw ilma mir-reverse osmosis tal-Mellieħa minflok mill-ġibjun tan-Naxxar biex żgur ma jispiċċawx bla ilma. Meta l-Korporazzjoni għas-Servizzi tal-Ilma tkun ħa tagħmel xi xogħlijiet li jirrikjedu qtugħ fil-provvista, il-konsumaturi dejjem jiġu avżati.
Fid-dawl tal-pubblikazzjoni tal-aħħar financial statements tal-kumpanija Gasol plc, li tifforma parti mill-konsorzju Electrogas, li juru stampa xejn feliċi tal-istat finanzjarju tagħha u fejn l-awdituri juru tħassib serju dwar il-futur tal-kumpanija, jista’ l-Ministru jgħid x'inhi l-pożizzjoni tal-Gvern fuq din l-aħbar? Jista jgħid jekk l-istat finanzjarju b’saħħtu u pożittiv tal-bidders u l-komponenti individwali ta' joint ventures jew konsorzja, kienx u għadux rekwiżit biex l-istess bidder jibqa jitqies eliġibbli?
Response (MIZZI, KONRAD)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-konsorzju kien ivvettjat għas-saħħa finanzjarja tiegħu u l-kuntratt ingħata abbażi tal-kriterji stipulati fil-proċess ta’ xiri.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm hemm persuni kkunsidrati bħala każijiet soċjali mill-ARMS u kemm hu l-ammont totali ta' kontijiet pendenti ta' dawn il-każijiet? Jista’ jikkonferma li f’każijiet bħal dawn id-dawl ma jinqatax, ikun kemm ikun l-ammont dovut?
Response (MIZZI, KONRAD)
Nirreferi lill-Onor. Interpellant biex jagħmel il-mistoqsija tiegħu lill-Ministeru kkonċernat.