Legislature:
Category:
Reset
Active:
Leg 9 PQ #5115 Sitting 72 1999-03-08 Oral · Final From: JOE MIZZI To: Ministeru għall-Agrikoltura u Sajd

Ministeru ta' l-Agrikoltura u Sajd — Kuntratti

Question

Jista' l-Ministru jgħid bejn il-5 ta' Settembru, 1998 u t-28 ta' Frar, 1999: (i) x'kienu l-kuntratti li ngħataw mill-ministeru tiegħu; (ii) min għamel l-ispecifications; (iii) min għamel l-award; (iv)intalbu quotations; (v) kemm kienet kull quotation; (vi) min rebaħ kull kuntratt; u (vii) ingħataw extensions?

Response (ZAMMIT, NINU)

Kif jaf l-Onor. Interpellant, minn meta fetaħ dan il-Parlament f'Ottubru li għadda b'risposta għall-diversi domandi fir-rigward ta' din il-mistoqsija, diġa' tajt informazzjoni dettaljata, li f'kull każ inħlew ħafna żmien u enerġija biex tinġabar. Għallhekk, sakemm ma ninagħtax raġuni valida 'l għala l-informazzjoni mitluba għandha tinagħta, ma nara l-ebda skop li dan isir.

Furjana — Żbir ta' siġar

Question

Jista' l-Ministru jara li jinżabru s-siġar fl-inħawi tal-playing fields fi Triq Vilhena, fil-Furjana?

Response (ZAMMIT, NINU)

Nixtieq ninforma lill-Onor. Interpellant li s-siġar li hemm fi Triq Vilhena huma risponsabilita tal-Kunsill Lokali u mhux tal-Gvern Ċentrali.

UE — Pitkala

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk Malta ssir membru sħiħ ta' l-Unjoni Ewropea, iridux jiġu liberalizzati l-permessi li jingħataw lill-pitkala billi sal-lum dawn igawdu minn ċertu protezzjoni?

Response (ZAMMIT, NINU)

Il-permessi tal-Pitkala huma regolati mill-Agricultural Produce Marketing Regulations 1952. Ma jidher li hemm ebda konflit bejn dawn ir-regolamenti u d-direttivi tal-Unjoni Ewropea fir-rigward tal-ħruġ ta' liċenzi tal-Pitkala.
Leg 9 PQ #4684 Sitting 71 1999-03-03 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru għall-Agrikoltura u Sajd

Ministeru ta' l-Agrikoltura u Sajd — Xogħlijiet

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'kienu r-raġunijiet li qed isiru xogħlijiet fil-bini tal-Ministeru? Meta kienu saru l-aħħar xogħlijiet fil-bini tal-Ministeru? Jista' l-Ministru jgħid, sena b'sena, matul dawn l-aħħar tmien snin kemm intnefqu spejjeż sabiex jiġi rranġat il-Ministeru ta' l-Agrikoltura u Sajd u minn liema voti ttieħdu dawn il-flus minfuqa?

Response (ZAMMIT, NINU)

Nirreferi l-Onor. Interpellant għall-mistoqsija parlamentari numru 4683.
Leg 9 PQ #5011 Sitting 71 1999-03-03 Oral · Final From: JOE CILIA To: Ministeru għall-Agrikoltura u Sajd

Ibħra Maltin — Sajjieda Sqallin

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk humiex qegħdin isiru diskussjonijiet bejn il-Gvern Malti u rappreżentanti ta' sajjieda Sqallin biex dawn ta' l-aħħar ikunu jistgħu jistagħdu fl-ibħra Maltin?

Response (ZAMMIT, NINU)

Il-Ministeru tiegħi diġa ħareġ stqarrija eżattament fit-19 ta' Jannar 1999, li ġiet ippublikata fil-ġurnali li tgħid li ma hemm l-ebda diskussjonijiet tat-tip li qed jirreferi għalihom l-Onor. Interpellant. Minn dak inhar sa llum, is-sitwazzjoni għada l-istess.

Ministeru tal-Biedja u Sajd — Computers

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm għandu computers kemm fil-ministeru kif ukoll fid-dipartimenti kollha li jaqgħu fir-responsabbilta' tad-dekasteru tiegħu dipartiment b'dipartiment? Jista' l-Ministru jgħid x'ditta huma? Meta nxtraw? Kemm swew fi spejjeż?

Response (ZAMMIT, NINU)

Computers li għandhom id-dipartimenti li jaqgħu taħt il-Ministeru ta' l-Agrikoltura u Sajd huma dawn: Dipartiment tas-Servizzi Korporattivi: Ditta Meta nxtraw Kemm swew Hyndai Ġunju 1998 Lm467 Mitac Jannar 1998 Lm420 Mitac Jannar 1998 Lm420 Horizon Ġunju 1998 Lm467 GEM Qabel Jannar 1996 Lion Ottubru 1998 Lm543 Matrix Qabel Jannar 1996 Capital Qabel Jannar 1996 GEM Ġunju 1992 Lm800 Fujitsu Settembru 1998 Lm564 Horizon Ottubru 1998 Lm450 GEM Ġunju 1992 Lm800 Capital Qabel Jannar 1996 Fujitsu Frar 1998 Lm400 Mitac Qabel Jannar 1996 Horizon Lulju 1998 Lm497 CAF Qabel Jannar 1996 Fujitsu Frar 1998 Lm420 Matrix Ottubru 1998 Lm430 Horizon Novembru 1997 Lm435 Capital Qabel Jannar 1996 Horizon Novembru 1997 Lm435 Lion Novembru 1998 Lm430 Horizon Diċembru 1994 Lm682 Matrix Diċembru 1998 Lm420 Horizon Marzu 1995 Lm750 CAF Ġunju 1992 Lm800 Hyndai Qabel Jannar 1996 Dual Group Awwissu 1996 Lm850 Dipartiment ta' l-Agrikoltura: Ditti Horizon Mitac 486DX DFI 386 Horizon 386 IBM 286 Sendom 500 CAF E.C. Mitac Star LC 4521 Star XB 250 DFI Redstone Lucid A600 Capital Citizen Cedar (Notebook) Speedcam Fujitsu Spectrum Lion Pentium Wintech 1433 Escom Lion Zenith 100 Laptop 486 Gem Capital 486 Matrix Pentium Fujitsu Pentium Lion 486 Olivetti Pentium Escom Pentium EX486 In-numru ta' computers li għandu dan id-dipartiment huwa 97. Dawn il-computers inxtraw bejn is-snin 1992-1998. L-ispiza ta' 34 computers kienet ta' madwar Lm14,945.35. (Dawn il-prezzijiet ivarjaw bejn Lm300 u Lm900 kull computer). 63 computers l-oħra inxtraw permezz tal-MITTS (jew MSU). Dipartiment tas-Sajd u Akwakultura: Ditti 4 Capital 2 Mitac 86DX 1 Fujitsu 3 Horizon 1 Confident 1 NEC (laptop) 1 Bios 1 Reed Professional 1 Fujitsu (laptop) F' dan id-Dipartiment hemm ħmistax-il computer li nxtraw bejn 1996 u 1998. L-ispiża ta' 13 minn dawn il-computers kienet ta' Lm5,630 inkluż il-ħlas lill MITTS. Il-Computer Bios ġie mogħti bħala donation mill Malta Mariculture Ltd., il-computer tad-ditta Reed Professional tħallas mill-COPMED. Dipartiment tas-Servizzi Veterijarji: Ditta Meta nxtraw Kemm swew Horizon 1997 Lm660 Matrix 1995 Pentium Vision 1995 Lm500 Semio Compro 1997 Lm506 Tatung 1995 Vision 486 1998 Lm990 Mitac Pentium 1998 Lm614 Laptop Star 1995 Laptop Fujitsu 1998 Lm1156 Semio 1997 Lm506 Mitac 1997 Lm990 Capital 1995 Lm550 Matrix 1995 Horizon Genius 1997 Lm660 Tatung 1997 Tatung 1997 Tatung 1995 Lm600 Fujitsu 1995 Lm600 Capital 1996 Lm550 Daewoo 1997 Lm970 Bio Vision 1995 Mitac 1996 Gem 1996 Vegas 1992 Il-ħlas tal-computers l-oħra saru permezz tal-MITTS jew inxtraw ma' oġġetti oħra. Segretarjat Permanenti: Ditta Meta nxtraw Kemm swew Horizon Pentium 1998 permezz MITTS *Bla ditta *Horizon *Mitac *Capital *CAF *KT Technology *Dawn il-Computers huma antiki u 'records' ta' meta nxtraw u kemm swew ma għandix. Segretarjat: Computers ġodda li nxtraw mis-Segretarjat huma ħamsa (5): Ditta Ammont Meta nxtraw Kemm swew Horizon 4 Diċembru 1998 Lm437 Fujitsu(laptop) 1 Diċembru 1998 Lm1590
Leg 9 PQ #4679 Sitting 70 1999-03-02 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru għall-Agrikoltura u Sajd

Beef Intervention Scheme

Question

Jista' l-Ministru jinforma lill-Kamra kemm huwa l-prezz tal-Beef Intervention Scheme għal din is-sena 1999? Kemm-il sejħa ta' offerti ħarġet u kemm kien hemm tenders f'kull sejħa?

Response (ZAMMIT, NINU)

Kien hemm żewġ sejħiet għall-offerti iżda ma kienx hemm 'quoters'. Fil-mument għaddejjin diskussjonijiet mal-proċessuri biex isir arranġament biex il-laħam tal-Beef Intervention Scheme jittieħed bi prezz relatat ma dak tal-laħam impurtat.
Leg 9 PQ #4680 Sitting 70 1999-03-02 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru għall-Agrikoltura u Sajd

Ċanga friska

Question

Jista' l-Ministru jinforma lill-Kamra kemm kien it-tunnellaġġ tal-qatla taċ-ċanga friska fil-Biċċerija matul Diċembru, 1998 u Jannar, 1999? Kemm minn din iċ-ċanga marret għall-Beef Intervention Scheme u xi prezz imbiegħet? Jista' l-Ministru jipprovdi l-istess informazzjoni għax-xhur ta' Diċembru, 1997 u Jannar, 1998?

Response (ZAMMIT, NINU)

Ninfħrma lill-ħnħr. Interpellant li l-qatla taċ-ċanga u x-xiri taħt il-Beef Interventiħn Scheme kien skħnd it-tabella hawn taħt: Qatla Beef Interventiħn Scheme Prezz Diċembru 1997 148,461 kgs 30,961 kgs 65c/kg Jannar 1998 134,617 kgs 36,070 kgs 78c5/kg Diċembru 1998 118,375 kgs 23,332 kgs 78c5/kg Jannar 1999 120,185 kgs 23,202 kgs Ma sarx bejgħ
Leg 9 PQ #4682 Sitting 70 1999-03-02 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru għall-Agrikoltura u Sajd

Safar ministerjali

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm-il safra ministerjali saret mill-5 ta' Settembru 'il hawn? X'kienu l-okkażjonijiet, ma min saru l-laqgħat u xi żviluppi nkisbu?

Response (ZAMMIT, NINU)

Saret safra ministerjali waħda fl-okkażżjoni tal-Green Week Berlin. Saru laqgħat ta' ntroduzzjoni mal-Kummisarju tal-Agrikoltura u Żvilupp Rurali tal-Unjoni Ewropea - Franz Fischler, mal-Ministru Federali tal-Ikel, Agrikoltura u Foresti tal-Ġermanja Karl-Heinz Funke u mal-Ministru tal-Politika Agrikola tal-Italja - Paolo di Castro. Ma dawn ġiet diskussa r-riattivazzjoni tal-applikazzjoni ta' Malta biex tissieħeb fl-Unjoni Ewropea. It-tlieta wrew il-ħerqa sabiex jibdew id-diskussjonijiet. Saru laqgħat kordjali ma diversi Ministri oħra fosthom tal-Isvizzera, tas-Slovenja, tal-Estonja, u tal-Indja.
Leg 9 PQ #4683 Sitting 70 1999-03-02 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru għall-Agrikoltura u Sajd

Ministeru ta' l-Agrikoltura u Sajd — Xogħlijiet

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm hi kkalkulata n-nefqa tax-xogħlijiet li qed isiru fil-bini tal-Ministeru? Xi programm ta' xogħlijiet twettaq s'issa u kemm kienet in-nefqa? Kemm tħallas u/jew jonqos li jitħallas overtime lill-ħaddiema tad-Dipartiment ta' l-Agrikoltura li qed jaħdmu dawn ix-xogħlijiet fil-bini tal-Ministeru?

Response (ZAMMIT, NINU)

Bħalma jaf wisq tajjeb l-Onor. Interpellant l-uffiċini tal-Ministeru ma kienux ta' 'standard' bħall-uffiċini simili. Biżżejjed jingħad li l-partitions tal-aluminium f'Ministeru, l-fatt li diversi soqfa kellhom il-'concrete cover' ta' taħt ix-xibka li kien qed jinqala u għaldaqstant kien ta' periklu, l-fatt li la ma kienx hemm segregazzjoni organizzata bejn nies li jaħdmu fil-Ministeru u nies li jiġu bżonn l-istess Ministeru, dawn il-fatturi weħidhom jindikaw il-ħtieġa li l-uffiċini tal-Ministeru jiġu mnaddfa w upgraded kif jixraq għaż-żminijiet tal-lum. L-Onor. Interpellant għandu jkun jaf li x-xogħol bħal irranġar ta' soqfa, xogħol ta' plumbing u dawl elettriku, manifattura ta' bibien, xogħol ta' tibjid u żebgħa, u xogħol ieħor relatat ġie maħdum mill-ħaddiema tal-Ministeru. Bħalissa ma tistgħax tiġi kwantifikata l-istima peress li għad fadal xogħol li jrid isir mill-ħaddiema tal-Ministeru w allura jfisser li għad iridu jinġabru l-ispejjeż tal-materjal li għad irid jiġi użat.
Leg 9 PQ #4865 Sitting 70 1999-03-02 Oral · Final From: RITA LAW To: Ministeru għall-Agrikoltura u Sajd

Pitkalija — Security/pulizija

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'inhu x-xogħol tal-pulizija fil-Pitkalija? X'inhu x-xogħol tas-security fil-Pitkalija?

Response (ZAMMIT, NINU)

Xogħol il-Pulizija fil-Pikalija huwa xogħol normali tal-Pulizija jiġifieri li żżomm il-'Bon Ordni'. Xogħol is-Security huwa li jara li jiġu osservati l-ħinijiet stipulati tad-dħul u l-ħruġ fil-Pitkalija. Ħafna drabi għal dan ix-xogħol is-Security ikunu assistiti mill-Pulizija. L-Onor. Interpellant għandu jkun jaf li fis-sistema ta' 'restructuring' li qed isir fi ħdan il-Ministeru kollu ser tiġi mwaqqfa 'security section' li taħdem fuq 'roster'. Din is-sistema ser telimina l-użu tal-Pulizija f'postijiet li jaqgħu taħt id-dekasteru.
Leg 9 PQ #4866 Sitting 70 1999-03-02 Oral · Final From: RITA LAW To: Ministeru għall-Agrikoltura u Sajd

Pitkalija — Xiri

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'inhuma l-prijoritajiet li jingħataw lill-Għawdxin fis-sajf u fix-xitwa biex jidħlu jixtru qabel ix-xerrejja kollha Maltin fil-Pitkalija?

Response (ZAMMIT, NINU)

Ix-xerrejja Għawdxin li jiġu jixtru mill-Pitkalija kemm fis-sajf kif ukoll fix-xitwa huma stmati l-istess bħal Maltin. Fil-każ li jkollna konferma mill-Gozo Channel li l-vapur mhux jaħdem regolari, ix-xerrejja Għawdxin jingħataw l-opportunita' li jixtru qabel il-ħin sabiex jilħqu l-vapur.
Leg 9 PQ #4867 Sitting 70 1999-03-02 Oral · Final From: RITA LAW To: Ministeru għall-Agrikoltura u Sajd

Pitkalija — Xiri

Question

Jaf il-Ministru li fil-ħin tas-siegħa u nofs meta suppost li jinfetħu l-bibien tal-Pitkalija għal vendituri biex jixtru, diġa' jkun hemm xerrejja Maltin bit-trakkijiet mimlija u lesti biex joħorġu?

Response (ZAMMIT, NINU)

L-ilment tiegħek li jista' jkun hemm xi vendituri tal-ħaxix li jidħlu u jixtru l-ħaxix qabel ma' jinfetħu l-bibien tal-pitkalija fis-siegħa u nofs ġie nnutat u qiegħed jiġi nvestigat.

Ministeru ta' l-Agrikoltura u Sajd — Bordijiet/kumitati

Question

Jista' l-Ministru jgħid liema huma dawk il-bordijiet jew kumitati tat-tmexxija, eċċ tal-gvern u ta' entitajiet oħra pubbliċi li jaqgħu taħt il-Ministeru ta' l-Agrikoltura u Sajd li ġew mibdula mill-5 ta' Settembru 'il hawn? Min kienu l-membri qabel ma nbidlu? Min huma l-membri issa? X'remunerazzjoni qed jieħdu?

Response (ZAMMIT, NINU)

Ma kien hemm ebda tibdil s'issa f'xi bord jew kumitat tat-tmexxija tal-gvern u ta' entitajiet oħra pubbliċi li jaqgħu taħt il-Ministeru ta' l-Agrikoltura u Sajd. L-uniku tibdil kien fir-rappreżentanza ta' żewġ Diretturi li normalment jiġu nominati mill-Ministeru fuq il-Bord tad-diretturi tal-Malta Dairy Products Co. Ltd. L-aħħar żewġ diretturi kienu s-sur Charles Mizzi u s-sur George Carbone. Flokhom ġew innominati s-sur Edgar Ellul u s-sur Mario Sammut. Dan mhux bord, kumitat jew entita' pubblika.
Leg 9 PQ #4672 Sitting 69 1999-03-01 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru għall-Agrikoltura u Sajd

Bioagricoop

Question

B'riferenza għall-proponimenti tal-bioagricoop li saru lill-Ministru sabiex fl-24, 25, 26 u 27 ta' Novembru, 1998 u fit-8 u fid-9 ta' Diċembru, 1998 jsiru korsijiet speċjalizzati għall-bdiewa Maltin u Għawdxin interessati li jkabbru produzzjoni agrikola organika, jista' l-Ministru jinforma lill-Kamra għaliex dawn il-laqgħat ma sarux?

Response (ZAMMIT, NINU)

L-Onor. Interpellant japprezza l-fatt li l-Ministeru qed jibni u jorganizza l-mezzi kollha meħtieġa fuq livell professjonali bil-għan li din il-fergħa, bis-serjeta', tgħaddi mill-paroli għall-fatti.
Leg 9 PQ #4673 Sitting 69 1999-03-01 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru għall-Agrikoltura u Sajd

Bioagricoop

Question

Jista' l-Ministru jinforma lill-Kamra għal liema raġunijiet ma rrikonoxxiex l-ittra tal-Bioagricoop mibgħuta lilu f'Ottubru, 1998 sabiex jiġu organizzati korsijiet fuq produzzjoni agrikola abbażi ta' l-informazzjoni li l-bioagricoop kellha matul il-ħidma tagħha ma' l-amministrazzjoni preċedenti? Jista' l-Ministru jinforma lill-Kamra ma liema organizzazzjoni agrikola organika tkomplew il-konsultazzjonijiet tal-Ministeru u/jew tad-dipartiment dwar l-analisi u ċertifikazzjoni tal-produzzjoni agrikola organika ta' l-erbgħa bdiewa Maltin li mill-5 ta' Settembru 'il hawn komplew bil-programm tas-sistema organika li kienu ntroduċew matul l-amministrazzjoni preċedenti?

Response (ZAMMIT, NINU)

Nirreferi lill-Onor. Interpellant għall-mistoqsija parlamentari numru 4672.
Leg 9 PQ #4864 Sitting 69 1999-03-01 Oral · Final From: RITA LAW To: Ministeru għall-Agrikoltura u Sajd

Pitkalija — Permit Entry

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'kienet ir-raġuni li l-permit entry sabiex tidħol fil-Pitkalija minn Lm1.25c saret Lm3?

Response (ZAMMIT, NINU)

Niġbed l-attenzjoni ta' l-Onor. Interpellant li l-'permit entry' sabiex tidħol fil-Pitkalija għola għal Lm3 fi żmien meta kien hemm Gvern Laburista, jiġifieri f'Jannar ta' l-1998. Fil-fatt, diġa kien ġie ppublikat artiklu b'informazzjoni skoretta fl-Orizzont ta' 13 ta' Frar 1999, u l-Ministeru tiegħi permezz tad-DOI ikkoreġa l-iżball fl-istess ġurnal tas-17 ta' Frar 1999, li kopja tagħhom qed nibagħtilha personalment. Għaldaqstant peress li d-deċizjoni ma tteħditx meta jien kont Ministru, jiddispjaċini ngħid li ma nafx x'kienet ir-raġuni, u għalek nissuġerixxi lill-Onor. Law li ssaqsi lill-kollega tagħha l-Onor. Noel Farrugia.

Ministeru tal-Biedja u Sajd — Fax machines

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm għandu fax machines kemm fil-ministeru kif ukoll fid-dipartimenti kollha li jaqgħu fir-responsabbilta' tad-dekasteru tiegħu dipartiment b'dipartiment? Jista' l-Ministru jgħid x'ditta huma? Meta nxtraw? Kemm swew fi spejjeż?

Response (ZAMMIT, NINU)

Fax machines li għandhom id-dipartimenti li jaqgħu taħt il-Ministeru ta' l-Agrikoltura u Sajd huma dawn: Dipartiment tas-Servizzi Korporattivi Ditta Meta nxtraw Prezz Canon 1990 Lm635 Lanier 1997 Lm595 Dipartiment ta' l-Agrikoltura Ditta Meta nxtraw Prezz Olivetti OFX 200 1995 Lm264 Samsung SF 505 1994 Lm240 Samsung 1989 Lm200 Xerox 7220 1992 Lm241 Xerox 7235 1996 Lm241 Ricoh Fax 09 1992 Lm400 British Telecom BT-DF50 1996 Lm160 Xerox 7235 1995 Lm156 Muratec M800 1997 Lm155 Fenner FF1 1996 Lm161 Ricoh Fax 110 1998 Lm145 Muratec M800 1998 Lm155 Ricoh Fax 110 1997 Lm160 Xerox 7235 1996 Lm178 Triumph Adler FX505 1996 Lm129 Ricoh Fax RF02 1997 Lm295 Dipartiment tas-Sajd u Akwakultura Ditta Meta nxtraw Prezz Cannon 1995 Lm90 Ricoh 1996 Lm126 Ricoh 1997 Lm126.50 Dipartiment tas-Servizzi Veterinarju Ditta Meta nxtraw Prezz Cannon 350 1991 Lm546 Permanent Secretariat Ditta Meta nxtraw Prezz Olivetti 3200 1996 Lm395 Segretarjat Ditta Meta nxtraw Prezz Lanier 4110 1997 Lm595 Sanyo SFX115 1998 Lm138
Leg 9 PQ #4666 Sitting 68 1999-02-24 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru għall-Agrikoltura u Sajd

VAT — Mediċini/żrieragħ/sustanzi

Question

Jista' l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra lista ta' kemm fil-fatt għolew il-prezzijiet tal-mediċini, żriegħ u sustanzi, eċċ li jużaw il-bdiewa u raħħala kawża tal-VAT? Peress li l-bdiewa qed jilmentaw li l-prezzijiet għolew ħafna, jista' l-Ministru jinforma lill-Kamra minn Jannar 'il hawn x'konsultazzjonijiet għamel id-Dipartiment ta' l-Agrikoltura ma' dak tal-konsumaturi dwar din is-sitwazzjoni?

Response (ZAMMIT, NINU)

Fil-fatt il-prezzijiet effettivi għal bdiewa u raħħala tal-prodotti kollha li jiġu bżonn jixtru mhux talli ma għolewx bil-VAT iżda ċerti prodotti saħansitra raħsu. Dan għaliex fejn titħallas il 15% VAT fuq dawn il-prodotti minn bdiewa u raħħala reġistrati, huma kollha 'refundable'. Dana b' kuntrast mat-taxxa inġusta taċ-CET li permess tagħha l-bdiewa u raħħala ma setgħux jieħdu lura t-taxxa kollha li jkunu ħallsu fuq l-istess prodott. Infakkar lill-Onor. Interpellant li l-agrikoltura u s-sajd huma kkunsidrati bħala 'exempt with credit'. Dawk l-ispejjeż żejda li kienet imponiet fuq is-settur il-liġi taċ- CET, issa permezz tas-sistema tal-VAT u 'refunds' tneħħew. Infakkar ukoll li bis-sistema taċ-CET, il-bdiewa u r-raħħala ma kienitx tingħatalhom lura t-taxxa (ETS) mħallsa fuq ix-xogħol magħmul lilu bħala servizz.
Leg 9 PQ #4671 Sitting 68 1999-02-24 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru għall-Agrikoltura u Sajd

Bioagricoop

Question

Jikkonferma l-Ministru li l-Bioagricoop hija rikonoxxuta mill-IFOAM?

Response (ZAMMIT, NINU)

Minn informazzjoni miġbura, il-Bioagricoop scrl ta' Bologna hija waħda minn 740 organizzazzjonijiet membri tal-IFOAM u hija akkredidata bħala organizzazzjoni li tista' tiċċertifika produzzjoni organika fost ħafna organizzazzjonijiet oħra.