Legislature:
Category:
Reset
Active:

Qala Għawdex – viċi sindku – ħlas mill-insurance tal-Kunsill

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 27790 u jgħid għaliex il-Viċi Sindku tal-Qala fi Frar ta' din is-sena ġie mħallas is-somma ta' elfejn, tliet mija u għaxar ewro (€2310) mill-insurance tal-Kunsill? Fuq xiex kienet il-claim li saret? Min approva dan il-pagament?

Response (BONNICI, OWEN)

Nirreferi lill-Onor. Interpellant għall-minuti tal-laqgħa numru 10 tal-Kunsill Lokali tal-Qala, liema minuti qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra, li fihom jidher li kien hemm qbil mill-Kunsill dwar Form of Discharge a favur l-istess Kunsill dwar każ li tiegħu għamel claim il-Viċi Sindku. Aparti l-Minuti tal-laqgħa tal-Kunsill, qed inpoġġi wkoll fuq il-Mejda tal-Kamra wkoll ix-Schedule of Benefits tal-insurance, ir-Remittance Advice maħruġ mill-insurance, il-Personal Accident/Medical Expenses Calim Form, ċertifikat tat-tabib, żewġ medical reports, ċertifikat maħruġ mill-Isptar Ġenerali ta’ Għawdex u l-Form of Discharge. Mehmuż: · Minuti tal-laqgħa tal-Kunsill · Schedule of Benefits tal- insurance · Remittance Advice maħruġ mill- insurance Dettalji ohrajn ma jistghux jigu moghtija fuq parir legali minhabba ragunijiet ta’ Data Protection.

San Pawl il-Baħar – ċitazzjonijiet mogħtija mill-wardens minħabba oġġetti li tpoġġew fit-triq

Question

Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar kemm kien hemm okkażjonijiet mill-1 ta' Ottubru, 2015 sal-lum, fejn il-wardens ħarġu ċitazzjonijiet fil-lokalità ta' San Pawl il-Baħar, minħabba oġġetti li tpoġġew fit-triq, biex ma jkunx jista' jsir parking f’dak il-post, minħabba li tkun ser tinġarr xi ħaġa minn dak il-post partikulari, jew tkun ser tinġieb xi ħaġa hemmhekk? F'liema toroq ingħataw dawn iċ-ċitazzjonijiet?

Response (BONNICI, OWEN)

Ninsab infurmat illi fil-perjodu u fil-lokalità indikati fil-mistoqsija, ma nħarġet l-ebda ċitazzjoni relatata mal-offiża hawn fuq imsemmija.

Għawdex – Ix-Xagħra – Triq Marsalforn — xogħlijiet

Question

Jista' l-Ministru jgħid meta hu maħsub li l-Kunsill Lokali tax-Xagħra, Għawdex ikompli x-xogħol fuq Triq Marsalforn fix-Xagħra? Meta hu maħsub li din it-triq tkun lesta minn kollox?

Response (BONNICI, OWEN)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi għal din is-sena l-Gvern Ċentrali alloka lill-Kunsill Lokali tax-Xagħra s-somma ta’ Euro 481,394. Ladarba l-Kunsilli Lokali huma awtonomi u distinti mill-Gvern Ċentrali, huma l-Kunsilli li jidentifikaw u jistabbilixxu l-prijoritajiet u l-ħtiġijiet fil-lokalità u li jiddeċiedu kif jintefqu l-flus allokati lilhom mill-Gvern Ċentrali skont l-istess prijoritajiet u ħtiġijiet. Ninsab infurmat illi l-Kunsill Lokali tax-Xagħra applika għall-fond tal-Proġetti Kapitali biex jikseb fondi sabiex ikun jista’ jitkompla x-xogħol fuq it-triq imsemmija. B’sodisfazzjon ngħid li l-Kunsill Lokali tax-Xagħra hu wieħed mill-Kunsilli Lokali li bbenefikaw minn dan l-fond u ser jiġu allokati ħamsin elf ewro (€50,000) għal dan il-għan.

Heritage Malta – Pjazza Jean de Vallette – armar ta’ mwejjed

Question

B'referenza għas-sejħa HM 28/6/2016 ta' Heritage Malta, jista’ l-Ministru jgħid jekk l-operatur mhux se jkollu l-possibbiltà li jarma l-imwejjed fil-Pjazza Jean de Vallette?

Response (BONNICI, OWEN)

Nirreferi lill-Onor. Interpellant għad-dokument HM 28/6/2016, fejn hemm spjegat fid-dettall l-ispazju identifikat għall-użu msemmi, fil-Berġa tal-Italja. F’kull każ, Heritage Malta tista’ talloka biss spazju amministrat direttament minnha u l-ebda spazju pubbliku.

Heritage Malta – Ftehim Kollettiv – sejħa interna

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm-il persuna ingaġġat Heritage Malta minn Marzu 2013 s’issa, kemm-il persuna, Heritage Malta ingaġġat bla sejħa interna skont il-Ftehim Kollettiv, bla sejħa mill-ETC jew inkella bla sejħa esterna (ġurnali) minn Marzu 2013 s’issa?

Response (BONNICI, OWEN)

Ninsab infurmat li fil-perjodu msemmi gew ingaġġati 44 persuna ma’ Heritage Malta li kollha segwew il-procedura ta’ sejha interna jew sejha mill-ETC jew sejha esterna mill-gurnali ghajr: - Sitt persuni li ġew impjegati direttament mill-IPSL; - Persuna li gie trasferita minn entita’ tal-Gvern; - Tliet persuni li ġew ingaġġati f’ position of trust, cioe’ Board Secretary, Perit Arkitett u assistent amministrattiv dirett mac-Chairman.

Heritage Malta – Sejħa ta’ Conservastor-Painting

Question

B'referenza għas-sejħa li ħarġet Heritage Malta fir-rigward ta' Conservator - Painting (ETC 397/2016), jista’ l-Ministru jgħid kif il-bord tal-għażla ħa jistabbilixxi li l-applikanti li jaqgħu taħt il-kriterja li ġejja, ‘having proven experience of practice as a conservator - restorer for a period of not less than fifteen years.’ huma vera ġenwini?

Response (BONNICI, OWEN)

Ninsab infurmat illi f’dan il-każ il-bord tal-għażla jista’ jistabbilixxi l-kredibbiltà tal-esperjenza dikjarata mill-applikanti kemm mid-dokumentazzjoni sottomessa minnhom, kif ukoll mill-verifiki li l-bord jiddeċiedi li għandu jagħmel, kif isir f’kull sejħa oħra meta jiġu mitluba kwalifiċi u/jew esperjenza.

Heritage Malta – family friendly measures u teleworking

Question

B'referenza għall-mistoqsijiet parlamentari 11479, 13294 u 16738, jista’ l-Ministru jagħtina 'update' ta' kemm-il ħaddiem ta' Heritage Malta qed jużufruwixxu mit-teleworking? Jista’ jgħid f’liema grad huma u f’liema dipartment qed jaħdmu?

Response (BONNICI, OWEN)

Ninsab infurmat illi bħalissa hemm tliet impjegati ta’ Heritage Malta li qed jużufruwixxu mill-faċilità ta’ teleworking: senior executive fid-dipartiment tal-proġetti u żewġ executives fid-dipartiment tal-finanzi.

Heritage Malta – Head Conservation

Question

B'referenza għall-mistoqsija parlamentari 16394, jista’ l-Ministru jagħti update dwar jekk Heritage Malta tħossx il-ħtieġa li toħroġ is-sejħa għall-Head - Conservation?

Response (BONNICI, OWEN)

Ninsab infurmat illi dan ir-rwol bħalissa qed jiġi kopert mill-Kap Eżekuttiv u għalhekk ma hemmx ħtieġa li tinħareġ sejħa għal Head-Conservation

Heritage Malta – direct orders

Question

Jista’ l-Ministru jelenka kull direct order li ħarġet minn Heritage Malta minn Ġunju 2015 s'issa? Jista’ wkoll jgħid lil min ingħataw dawn id-direct orders, in-natura tax-xogħol involut, l-ammont (bil-vat inkluż) kif ukoll ir-raġunijiet għaliex inħarġu dawn id-direct orders?

Response (BONNICI, OWEN)

Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba.

Kunsilli Lokali – pożizzjonijiet attwali dwar bini

Question

Jista’ l-Ministru jgħid x'inhi l-pożizzjoni attwali (jekk hux mikri, mixtri, tal-Gvern eċċ.) ta’ kull bini, ta’ kull kunsill lokali u jpoġġi d-dokumenti relatati għal kull każ?

Response (BONNICI, OWEN)

It-tagħrif għadu qiegħed jinġabar.

Kunsill Lokali tal-Qala — minuti tal-laqgħat fuq il-website

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 27737 u jgħid għaliex (sa l-Erbgħa, 5 t’Ottubru 2016) il-Kunsill Lokali tal-Qala m’għandux il-minuti tal-laqgħat kollha li saru, fil-website tiegħu kif mitlub mil-Liġi? X’inhu jsir mid-Dipartiment biex jiġi assigurat li l-minuti tal-Kunsilli Lokali jitpoġġew fuq il-websites rispettivi, kif stipulat?

Response (BONNICI, OWEN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi d-Dipartiment għall-Gvern Lokali jieħu ħsieb li jsewgi u jimmonitorja l-uploading tal-minuti fuq il-wesbite ċentrali li hija www.lc.gov.mt. L-aħħar komunikazzjoni mid-Dipartiment dwar l-uploading tal-minuti ħarġet permezz ta’ Ċirkolari 28/2016 li qed inpoġġi kopja tagħha fuq il-Mejda tal-Kamra

Programme TVAM – Features mill-Istitut għall-Istudji Turistiċi jew mill-Ministeru għat-Turiżmu

Question

B’referenza għat-tweġiba għall-mistoqsija parlamentari 26836, u la t-tranżazzjoni hi bejn żewġ entitajiet pubbliċi, jista’ l-Ministru jwieġeb ukoll il-parti tad-domanda li titlob informazzjoni dwar kemm kien il-ħlas lill-PBS għal kull feature li ġie kkumissjonat u mħallas mill-Ministeru għat-Turiżmu jew l-Istitut għall-Istudji Turistiċi?

Response (BONNICI, OWEN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-informazzjoni mitluba minnu hija ta’ natura kummerċjali u għaldaqstant ma tistax titqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra. Madanakollu jekk l-Onor. Interpellant jixtieq jara l-ħlasijiet li saru lill-PBS, nista’ nagħmel dan privatament.

Programm TVAM – Features mill-Isptar Mater Dei jew mill-Ministeru għas-Saħħa

Question

B’referenza għat-tweġiba għall-mistoqsija parlamentari 26835, u la t-tranżazzjoni hi bejn żewġ entitajiet pubbliċi, jista’ l-Ministru jwieġeb ukoll il-parti tad-domanda li titlob informazzjoni dwar kemm kien il-ħlas lill-PBS għal kull feature li ġie kkumissjonat u mħallas mill-Ministeru għas-Saħħa jew mill-Isptar Mater Dei?

Response (BONNICI, OWEN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-informazzjoni mitluba minnu hija ta’ natura kummerċjali u għaldaqstant ma tistax titqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra. Madanakollu jekk l-Onor. Interpellant jixtieq jara l-ħlasijiet li saru lill-PBS, nista’ nagħmel dan privatament

Kunsilli Lokali – aġenti segretarju eżekuttivi

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 27743 u jgħid liema huma l-kunsilli lokali li għadhom b’aġent segretarju eżekuttiv? Jista’ jgħid fejn wasal kull każ biex kull kunsill lokali jkollu s-segretarju eżekuttiv tiegħu?

Response (BONNICI, OWEN)

Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba li tajt għall-Mistoqsija Parlamentari numru 27743.

Kunsilli Lokali – faċilitajiet sportivi

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 27742 u jgħid liema huma l-faċilitajiet sportivi li hemm f’kull lokalità u li huma fir-responsabilità tal-kunsilli lokali?

Response (BONNICI, OWEN)

Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba.

Kunsill Lokali Marsaxlokk – proġetti, inizjattivi

Question

Jista’ l-Ministru jgħid għal liema proġetti, inizjattivi, eċċ. ġiet mitluba l-assistenza, l-għajnuna, l-intervent eċċ. mill-Kunsill Lokali Marsaxlokk fl-aħħar 12-il xahar?

Response (BONNICI, OWEN)

Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba skont kif miġbura mill-Kunsill Lokali ta’ Marsaxlokk.

Kunsill Lokali Birkirkara – proġetti, inizjattivi

Question

Jista’ l-Ministru jgħid għal liema proġetti, inizjattivi, eċċ. ġiet mitluba l-assistenza, l-għajnuna, l-intervent eċċ. mill-Kunsill Lokali Birkirkara fl-aħħar 12-il xahar?

Response (BONNICI, OWEN)

Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba skont kif miġbura mill-Kunsill Lokali ta’ Birkirkara.

Kunsill Lokali Valletta – proġetti, inizjattivi

Question

Jista’ l-Ministru jgħid għal liema proġetti, inizjattivi, eċċ. ġiet mitluba l-assistenza, l-għajnuna, l-intervent eċċ. mill-Kunsill Lokali Valletta fl-aħħar 12-il xahar?

Response (BONNICI, OWEN)

Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba skont kif miġbura mill-Kunsill Lokali tal-Belt Valletta.

Kunsill Lokali Mellieħa – proġetti, inizjattivi

Question

Jista’ l-Ministru jgħid għal liema proġetti, inizjattivi, eċċ. ġiet mitluba l-assistenza, l-għajnuna, l-intervent eċċ. mill-Kunsill Lokali Mellieħa fl-aħħar 12-il xahar?

Response (BONNICI, OWEN)

Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba skont kif miġbura mill-Kunsill Lokali tal-Mellieħa.

Kunsill Lokali Ħamrun– proġetti, inizjattivi

Question

Jista’ l-Ministru jgħid għal liema proġetti, inizjattivi, eċċ. ġiet mitluba l-assistenza, għajnuna, intervent eċċ. mill-Kunsill Lokali Ħamrun fl-aħħar 12-il xahar?

Response (BONNICI, OWEN)

Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba skont kif miġbura mill-Kunsill Lokali tal-Ħamrun.