Legislature:
Category:
Reset
Active:

Speed cameras — Kontravenzjonijiet

Question

Jista' il-Viċi Prim Ministru jgħid kemm kien l-ammont ta' fondi li daħlu jew għad iridu jidħlu minn kontravenzjonijiet relatati ma' l-ispeed cameras?

Response (BORG, TONIO)

Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-Tweġiba li jien tajt għall-Mistoqsija Parlamentari Nru. 14001 f'din l-istess Seduta.

Ċentri ta' detenzjoni ta' persuni

Question

Jista' il-Viċi Prim Ministru jagħti rendikont dettaljat tal-progress li sar fit-twaqqif ta' strutturi ċentrali li tamministra d-detenzjoni ta' persuni li jkunu qegħdin ifittxu l-ażil?

Response (BORG, TONIO)

Fit-18 ta’ Awissu 2005 ġiet approvata struttura ġdida li taħseb għat-twaqqif ta’ Servizz ta’ Detenzjoni. Sussegwentement, wara proċess ta’ għażla, il-Logutenent Kurunell Brian Gatt ġie approvat biex imexxi din l-organizzazzjoni ġdida. Ir-responsabiltajiet tal-Kmandant Servizz ta’ Detenzjoni, jinkludu l-koordinazzjoni ta’ kuljum, amministrazzjoni u kontroll fuq iċ-Ċentri ta’ Akkomodazzjoni Magħluqa. Inizjalment is-Servizz ta’ Detenzjoni ġie mwaqqaf permezz ta’ ‘secondment’ ta’ persuni fil-militar u fil-pulizija li diġa' qed jaħdmu fiċ-Ċentri ta’ Detenzjoni Magħluqa. Dawn jammontaw għal 5 uffiċjali u 120 suldat mill-Forzi Armati ta’ Malta flimkien ma’ uffiċjal u 48 kuntistabbli tal-Pulizija. Apparti dan, għadha kif inħarġet ukoll sejħa għall-applikazzjonijiet għal ingaġġ ta’ Uffiċjali Każwali fis-Servizz ta’ Detenzjoni, mingħand persuni irtirati mill-Forzi Armati ta’ Malta jew mill-Korp tal-Pulizija.

CCF

Question

Jista' il-Viċi Prim Ministru jikkonferma li l-persuna li isimha qiegħed jintbagħat separatament, kien ġie ingaġġat bħala accountant fil-faċilita' korrettiva ta' Kordin mis-sena 2004? Jista' jikkonferma li dan offra r-riżenja tiegħu dan l-aħħar u li ġiet milqugħa? Jista' jgħid x'kienu r-raġunijiet li wasslu għar-riżenja? Huwa minnu li bis-saħħa tiegħu l-faċilita' korrettiva ta' Kordin kienet rebħet it-tender għall-ħobż ta' l-isptarijiet u għall-immigranti irregolari? Jista' jikkonferma li issa dan il-kuntratt intilef, u jekk dan huwa minnu jista' jgħid għaliex dan il-kuntratt intilef? Jekk il-kuntratt intilef minħabba kompetizzjoni ta' offerti oħrajn, jista' jgħid kemm kienet id-diskrepanza bejn il-prezz tal-kuntratt li ntilef u l-prezz tal-kuntratt il-ġdid? Jista' jgħid min rebaħ il-kuntratt il-ġdid?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat li l-persuna indikata kienet ġiet appuntata bħala Assistant Director fis-sena 2004. Din il-persuna talbet li tirreżenja l-ewwel darba fl-10 ta' Ġunju 2005, liema talba ma ġietx milqugħa. It-tieni talba għar-riżenja saret fid-19 ta' Settembru 2005. Ir-raġunijiet fit-talba għar-riżenja kienu personali. Din it-talba ġiet milqugħa. Il-persuna indikata kienet mogħtija l-inkarigu biex tagħmel offerta għall-kuntratt biex tissupplixxi ħobż lill-entitajiet tal-Gvern u tieħu ħsieb it-tmexxija tal-Bakery fil-każ li l-offerta tal-ħabs tkun rebħet it-tender. Dan il-kuntratt intilef minħabba kompetizzjoni ta' offerti oħrajn. Id-dipartiment m'għandux informazzjoni dwar min ħa l-kuntratt jew b'liema prezz intrebaħ.

CCF — Tender għal blokk ġdid

Question

Jista' il-Viċi Prim Ministru jgħid kemm kien il-valur tat-tender tal-kostruzzjoni tal-blokk il-ġdid li nbena fil-faċilita' korrettiva ta' Kordin? Liema ditta jew kumpannija kienet rebħitu? Kemm ġie l-kont finali, u jekk għad jonqos bilanċ x'jitħallas, kemm għad fadal bilanċ? Huwa minnu li hemm kontestazzjoni dwar dan il-bilanċ?

Response (BORG, TONIO)

Fir-rigward tal-valur tat-tender tal-kostruzzjoni tal-blokk il-ġdid li nbena fil-Faċilita' Korrettiva ta' Kordin, nirreferi lill-Onor. Interpellant għar-risposta mogħtija għall-Mistoqsija Parlamentari Nru. 2554 f'Seduta Numru 54. Fir-rigward tal-kont finali, ninsab infurmat li dan għadu ma ġiex finalizzat minħabba kontestazzjoni li fil-preżent qegħda tiġi ittrattata mill-Building & Engineering Section.

CCF — Inkjesta dwar priġunier

Question

Jista' il-Viċi Prim Ministru jgħid jekk l-inkjesta dwar il-problema li kienet tinvolvi lill-persuna li dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament, u li qiegħed miżmum fil-faċilita' korrettiva ta' Kordin hijiex lesta? Jekk iva, jista' iqiegħed ir-rapport ta' din l-inkjesta fuq il-mejda tal-Kamra?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat illi mid-dettalji mogħtija mill-Onor. Interpellanti, anki dawk mogħtija separatament, ma kienx possibli li tiġi identifikata l-inkjesta. Nitlob lill-Onor. Interpellanti biex tagħtini aktar dettalji.

Gżira housing estate — Siti ta' ħwienet

Question

Jista' il-Viċi Prim Ministru jinvestiga lmenti li wasluli li hemm diversi siti ta' ħwienet fil-Gżira housing estate project li jinsabu fi stat ta' abbandun u li qed jintużaw bħala refuse dumps iżda li d-dipartiment konċernat ma jixtieqx joħroġ għas-sejħa għal offerti qabel ma ċ-ċwievet jiġu rritornati lilu? Kemm jirriżulta li hemm minn dawn il-ħwienet?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat illi ċ-ċwievet ta' wieħed minn dawn il-ħwienet ġew irritornati lid-Dipartiment tal-Artijiet ftit ta' żmien ilu. Dan il-ħanut kif ukoll żewġ ħwienet oħra ħarġu għall-offerti fis-17 ta' Ġunju 2005 permezz ta' Avviż Nru. 125. L-offerti għalqu fis-7 ta' Lulju 2005, u bħalissa qed jiġu aġudikati.

Dwejra — Kamra 21

Question

Jista' il-Viċi Prim Ministru jgħarraf lill-Kamra jekk b'riferenza għall-mistoqsija parlamentari 12909 kienx hemm xi żvilupp dwar il-finalizzazzjoni tal-pjanti konċernati sabiex Kamra 21, fid-Dwejra tiġi mikrija permezz ta' sejħa għal offerti? Jekk fl-affermattiv, meta mistennija ssir din is-sejħa?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat li l-pjanti ġew finalizzati u s-sejħa għall-offerti għal kiri tal-kamra ħarġet fid-29 ta' Lulju 2005 u għalqet fit-18 ta' Awissu 2005. Bħalissa l-offerti qed jiġu aġġudikati.

Pulizija — Investigazzjonijiet dwar każ ta' qtil

Question

Jista' il-Viċi Prim Ministru jgħid fiex waslu l-investigazzjonijiet dwar il-qtil ta' Lino Cauchi fl-1982? Jista' jgħid jekk il-każ ingħalaqx? Jista' jgħid x'passi ħadet il-pulizija wara li xi tliet snin ilu avviċinathom persuna li tathom dettalji dwar id-delitt?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat illi in segwitu ta' informazzjoni li kienet waslet għand il-Pulizija kienu ġew arrestati u interrogati diversi persuni. Dawn il-persuni anke taw ix-xhieda tagħhom quddiem il-Maġistrat Inkwirenti. Il-Pulizija għadha ssegwi din l-investigazzjoni b'mod attiv.

Imdina/Ta' Qali — Raba' bi qbiela

Question

Jista' il-Viċi Prim Ministru jgħid jekk il-bdiewa li kellhom ir-raba' bi qbiela mingħand il-gvern fil-limiti ta' l-Imdina u ta' Qali humiex se jingħataw art oħra bħala alternattiva f'xi post ieħor minħabba li l-gvern se jittermina din il-qbiela?

Response (BORG, TONIO)

Bħal dejjem, il-Gvern huwa dispost li jikkunsidra kull talba għall-art alternattiva li l-bdiewa konċernati jistgħu jagħmlu.

Ħal Qormi — Inċidenti tat-traffiku

Question

Jista' il-Viċi Prim Ministru jgħid kemm seħħew inċidenti tat-traffiku fi Triq is-Sebħ, Ħal Qormi matul dawn l-aħħar għaxar snin? Kemm minn dawn kienu fatali u kemm mietu persuni kawża t'hekk?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat illi t-tagħrif mitlub huwa disponibbli sa mill-1998 u huwa kif ġej: SenaFataliB’feriti graviB’feriti ħfiefTotal 1998-133548 1999-133851 2000-114253 20011 (2 persuni)74755 20022 (2 persuni)143753 2003-125567 2004-122335 2005*1 (2 persuni)41116 * sa l-aħħar ta’ Awissu.

Kunsilli lokali — Donazzjonijiet

Question

Jista' il-Viċi Prim Ministru jgħid kemm inghataw donazzjonijiet fi flus mill-kunsilli lokali f'Malta u f'Ghawdex matul is-snin 2003-2005? Kemm huwa l-limitu ta' donazzjonijiet kontanti li jistgħu jingħataw mill-kunsilli lokali?

Response (BORG, TONIO)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li billi l-informazzjoni mitluba għadha trid tinġabar mingħand il-Kunsilli, tingħata tweġiba f'xi seduta oħra.

Kunsilli Lokali — Donazzjonijiet

Question

Jista' il-Viċi Prim Ministru jghid liema kienet l-ogħla donazzjoni fi flus kontanti li saret minn Kunsilli Lokali matul is-snin 2003-2005, sena b'sena, u minn liema kunsilli?

Response (BORG, TONIO)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li billi l-informazzjoni mitluba għadha trid tinġabar mingħand il-Kunsilli, tingħata tweġiba f'xi seduta oħra.

Pulizija — Liċenzji biex jinħadem in-nar

Question

Jista' il-Viċi Prim Ministru jgħid kemm hemm applikazzjonijiet pendenti għal-liċenzji A u B biex jaħdmu n-nar? Kemm hemm min għandu liċenzja A u liċenzja B (irġiel u nisa)? Kemm ilu ma jsir kors għall-ksib ta' dawn il-liċenzji? Meta hemm il-ħsieb li jiġi organizzat il-kors?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat illi fil-preżent hemm pendenti 10 applikazzjonijiet għall-liċenzja Kategorija A u 173 applikazzjonijiet għall-liċenzja Kategorija B, filwaqt li hemm 132 persuna li għandhom liċenzja Kategorija A u 444 persuna li għandhom liċenzja Kategorija B. Minn dawn ta' l-aħħar, 4 huma nisa. Infurmat ukoll illi l-kors ta' tagħlim fuq is-suġġett isir mill-Forzi Armati ta' Malta u l-aħħar wieħed kien sar matul Mejju/Ġunju 2003. Il-Pulizija għad m'ghandiex id-data ta' meta sa jibda l-kors li jmiss.

Siġġiewi — Art f'Ta' Kirċeppu

Question

Jista' il-Viċi Prim Ministru jgħid x'titolu legali għandhom ir-residenti fuq l-art li ngħatat lilhom mill-gvern bejn l-1981/2, fl-area magħrufa ta' Kirċeppu fis-Siġġiewi, u li bnew darhom fuqha? Jista' jinnota li wħud minn dawn ir-residenti f'din l-area għadhom b'konvenju mal-gvern u mhux b'kuntratt mal-gvern wara dawn is-snin kollha? X'qed jagħmel il-gvern biex jirregolarizza din is-sitwazzjoni?

Response (BORG, TONIO)

Il-parti l-kbira tal-area magħrufa ta’ Kerċeppu fis-Siġġiewi minn dejjem kienet proprjeta’ tal-Gvern u qatt ma kien hemm diffikulta’ li jsir kuntratt mar-residenti li għandhom ir-residenza tagħhom fuq din il-parti. Ir-residenti li għandhom ir-residenza tagħhom fuq il-partijiet li ġew esproprijati imma għadu ma sarx il-kuntratt mas-sidien ta’ l-art, għadhom b’konvenju. Dawn ir-residenti ikunu jistgħu jiffirmaw il-kuntratt tar-residenza tagħhom malli d-Dipartiment ta’ l-Artijiet, ikollu l-fondi sabiex ikun jista’ jħallas il-kumpens dovut lis-sidien ta’ l-art.

Pulizija — Reati ta' serq

Question

Jista' il-Viċi Prim Ministru jgħid kemm ġew imwettqa serqiet matul Lulju 2005? Jista' jikklassifika s-serq? Jista' jgħid kemm ġew solvuti serqiet matul Lulju 2005?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat illi matul Lulju 2005 il-każi ta’ serq li ġew irrapurtati lill-Pulizija kienu kif jidher hawn taħt, filwaqt li matul l-istess xahar il-Pulizija solviet 40 każ ta’ serq. Hold up4 Pick Pocketing88 Snatch & grab21 Serq minn dgħajjes13 Serq ta’ dgħajjes4 Serq ta’ karozzi49 Serq minn karozzi282 Serq minn residenzi87 Serq minn barijiet / lukandi134 Serq minn xtajtiet187 Serq minn fabbriki4 Serq minn ħwienet18 Serq ieħor364

Pulizija — Reati

Question

Jista' il-Viċi Prim Ministru jgħid kemm ġew imwettqa reati matul Lulju 2005? Jista' jikklassifika r-reati? Jista' jgħid kemm ġew solvuti reati matul Lulju 2005?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat illi t-tagħrif mitlub fl-ewwel u fit-tieni partijiet tal-Mistoqsija Parlamentari huwa kif jidher fit-Tabella hawn taħt. Dwar l-aħħar parti tal-Mistoqsija, ninsab infurmat illi matul Lulju 2005 kien hemm 51 persuna misjuba ħatja ta' reati kriminali. Reati rrapurtati lill-Pulizija matul Lulju 2005 Against morals/honour of the family2 Arson13 Attempted offences97 Bodily harm119 Computer misuse1 Damage348 Drugs15 Forgery6 Fraud9 Illegal immigration17 Prostitution2 Sexual offences7 Theft1,255 Threats and private violence7 Violence against public officers8

Pulizija — Rapporti ta' serq

Question

Jista' il-Viċi Prim Ministru jgħid kemm ġew imwettqa serqiet matul Awissu 2005? Jista' jikklassifika s-serq? Jista' jgħid kemm ġew solvuti serqiet matul Awissu 2005?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat illi matul Awissu 2005 il-każi ta’ serq li ġew irrapurtati lill-Pulizija kienu kif jidher hawn taħt, filwaqt li matul l-istess xahar il-Pulizija solviet 47 każ ta’ serq. Hold up5 Pick Pocketing104 Snatch & grab22 Serq minn dgħajjes11 Serq ta’ dgħajjes8 Serq ta’ karozzi61 Serq minn karozzi344 Serq minn residenzi99 Serq minn barijiet / lukandi117 Serq minn xtajtiet142 Serq minn fabbriki8 Serq minn ħwienet32 Serq ieħor343

Pulizija — Reati

Question

Jista' il-Viċi Prim Ministru jgħid kemm ġew imwettqa reati matul Awissu 2005? Jista' jikklassifika r-reati? Jista' jgħid kemm ġew solvuti reati matul Awissu 2005?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat illi t-tagħrif mitlub fl-ewwel u fit-tieni partijiet tal-Mistoqsija Parlamentari huwa kif jidher fit-Tabella hawn taħt. Dwar l-aħħar parti tal-Mistoqsija, ninsab infurmat illi matul Awissu 2005 kien hemm 7 persuni misjuba ħatja ta' reati kriminali. Reati rrapurtati lill-Pulizija matul Awissu 2005 Against morals/honour of the family5 Arson8 Attempted offences116 Bodily harm109 Computer misuse3 Damage321 Drugs12 Forgery7 Fraud13 Illegal immigration21 Prostitution8 Sexual offences12 Theft1,296 Threats and private violence9 Violence against public officers7

Vetturi tal-pulizija

Question

Jista' il-Viċi Prim Ministru jgħid jekk hux veru li l-vetturi tal-pulizija tal-marka indikata separatament, li waslu Malta bl-airconditioner qalgħulhom l-airconditioner mill-vetturi qabel ma jintużaw mill-istess membri fil-korp? Jekk fl-affermattiv, jista' jgħid ta' min kienet l-ordni biex jitneħħew dawn l-airconditioners?

Response (BORG, TONIO)

Mhux veru.