Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid jekk il-ħlasijiet li qed ikollhom iħalsu persuni li qed jużaw is-servizzi ta' l-Eden Foundation għolewx, għaliex għolew, kemm kienu qabel u kemm huma issa. X'forma ta' għajnuna fi flus jingħataw dawk li jridu jagħmlu użu min dan is-servizz. Jista' l-Ministru jgħid jekk parti mill-ħlas li jsir mill-ġenituri humiex refundable kemm-il darba ma jibqgħux jagħmlu użu mis-servizz offrut?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni qiegħda tinġabar u risposta ser tingħata f'xi Seduta oħra.
Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid meta l-persuna li qed insemmi separatament se jibgħatu għaliha għall-vista neċessarja l-awtoritajiet ta' l-isptar Zammit Clapp?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Nitlob lill-Onor. Interpellant jirreferi l-Mistoqsija tiegħu lill-Ministru konċernat.
Jista' l-Ministru jgħid jekk il-persuna li qed insemmi separatament hiex qed tieħu il-pensjoni ġusta?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi 'l-persuna minnu ndikata qed titħallas korrett u kif suppost skond l-Att dwar is-Sigurta' Soċjali 1987 (Kap 318). Inżid ngħid li l-istess persuna ġiet infurmata bil-miktub dwar dan.
Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid jekk studenti ta' l-ESTS ta' l-electrical fitters li huma biss madwar tlett studenti u li se jispiċċaw il-fażi ta' l-apprentistat tagħhom fit-30 ta' Settembru hux se jiġu ippjegati?
Billi dawn it-tlett studenti qed jagħmlu l-apprentistat tagħhom fil-MSD (Garage tal-Marsa) u billi hemm bżonnhom, x'inhi l-posizzjoni tal-Gvern fil-konfront ta' dan l-istudenti?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni qiegħda tinġabar u risposta ser tingħata f'xi Seduta oħra.
Jista' l-Ministru jgħid x' inhi r-raġuni, li skond ma ġew infurmati l-ġenituri, individwi li jattendu ċ-Ċentru għall-Adulti mhux ser jingħataw it-tilqima tal-influwenza?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni qiegħda tinġabar u risposta ser tingħata f'xi Seduta oħra.
Jista' l-Ministru jgħid, sena b' sena, mill-1996 sal-aħħar tas-sena 2000 kemm kien l-ammont ta' flus illi ittieħdu mill-anzjani li huma residenti f' San Vincenz u d-djar tal-anzjani biex imorru fil-fond tal-Welfare? Kemm kien l-ammont li ittieħed mingħand l-anzjani fl-ewwel sitt xhur ta' din is-sena?
Response (GONZI, LAWRENCE)
L-informazzjoni mitlub qeda tinġabar u Tweġiba ser tingħata f'xi Seduta oħra.
B'riferenza għal mistoqsija parlamentari nru. 6678, jista' l-Ministru jaġġorna l-informazzjoni mogħtija dakinhar sal-lum?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li f'Awissu 1999 ingħata kuntratt ġdid bi prezzijiet orħos minn dawk ta' qabel għall-forniment ta' ħrieqi. Dan ir-roħs ġab tnaqqis fl-ispejjeż tas-servizz għall-inkontinenza ta' madwar Lm15,000 fis-sena.
Ninsab infurmat li fl-aħħar ta' Awwissu 2001, in-numru ta' dawk li kienu qed jibbenefikaw minn dan is-servizz kien ta' 580 taħt Skema A u 1099 taħt Skema B.
Jista' l-Ministru jara li l-każ tal-persuna li l-partikularijiet tagħha qed jintbagħtu separatament min din il-mistoqsija u li qiegħda tistenna biex tgħaddi bord u li allura kull benefiċċju soċjali jinsab wieqaf, jitmexxa mill-aktar fis peress li l-familja m'għandha l-ebda dħul ieħor? Tista' din il-familija tiġi infurmata bl-aħħar żvillupi?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-każ tal-persuna minnu ndikata qed jiġi maħdum. L-istess persuna qed tkun infurmata dwar dan bil-miktub.
B'riferenza għal mistoqsija parlamentari nru. 27828, fejn is-somma li kont qed nirreferi għaliha hi dik għas-servizz li għamel ir-raġel ta' l-anzjana meta kien jaħdem ma' l-Enemalta, jista' issa l-Ministru jagħti t-tweġiba?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Peress li l-ebda Dipartiment jew entita' li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħi mhu responsabbli għall-ħlas tas-somma ndikata, nitlob lill-Onor. Interpellant jirreferi l-Mistoqsija tiegħu lill-Ministru konċernat.
Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid x'inhuma r-raġunijiet li għalihom d-disability allowance tal-persuna li d-dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament ġiet imnaqqsa fl-aħħar ħlas li sar lill-fmailja?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-persuna konċernata ġiet infurmata bil-każ.
Jista' l-Viċi Prim Ministru jara jekk huwiex possibbli li fiċ-ċirkostanzi tal-problemi li rriżultaw fil-każ HOS81/93 jiġi estiż il-perijodu sakemm il-koppja tirrimedja l-problemi tagħha?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Ninsab infurmat li, wara talba mill-benefiċjarju, iż-żmien biex dan jokkupa l-plot ġie estiż mill-Awtorita' tad-Djar sa l-aħħar ta' Settembru 2001.
B'riferenza għal mistoqsija parlamentari nru. 5230, jista' l-Ministru jaġġorna l-informazzjoni mogħtija dakinhar sal-lum?
Response (GONZI, LAWRENCE)
L-Ammont ta' Kartuna Roża maħruġa fis-snin 1999, 2000 u sat 30 ta' Lulju, 2001 lill-familji lokal b'lokal huma skond l-iskeda li qiegħed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra li turi kemm Kartuni Roża saru ġodda jew iġġeddu fil-perjodu msemmi.
Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid kemm hemm żgħażagħ minn 16 sa 25 sena minn Ħal Tarxien li qed jirreġistraw għax-xogħol?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Ninsab infurmat li il-Korporazzjoni għax-Xogħol u Taħriġ ma żżommx l-istatistika dwar il-persuni li qed jirreġistraw għax-xogħol fil-grupp ta' eta' bejn 16 u 25 sena iżda bejn 16 u 24 sena u minn 25 sena 'l fuq.
In-numru ta' persuni bejn 16 u 24 sena li kienu qed jirreġistraw għax-xogħol f'Ħal-Tarxien fl-aħħar ta' Ġunju 2001, kien 40.
Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid kemm hemm nies ta' aktar min 25 sena minn Ħal Tarxien li qed jirreġistraw għax-xogħol?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Filwaqt li nirreferi lill-Onor. Interpellant għall-ewwel parti tat-Tweġiba li jien tajt għall-Mistoqsija Numru 27931 f'din l-istess Seduta, ninfurmaħ li n-numru ta' persuni minn 25 sena 'l fuq li kienu qed jirreġistraw għax-xogħol f'Ħal-Tarxien fl-aħħar ta' Ġunju 2001, kien 92.
B'riferenza għal mistoqsija parlamentari nru. 6778, jista' l-Ministru jaġġorna l-informazzjoni li ngħatat dakinhar sal-lum?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-Assistenti Soċjali Każwali ingaġġati bejn Settembru 1998 u Lulju 2001 huma kif ġej:
Reġistrati Numru ta ASK ingaġġati bejn
fis-Sena Settembru 1998 u Lulju 2001
1994 2
1995 2
1996 7
1997 14
1998 26
1999 36
2000 53
2001 63
Il-figuri t'hawn fuq jinkludu fihom l-informazzjoni mogħtija fir-risposta għall-Mistoqsija Parlamentari Numru 6778.
Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid kemm hemm persuni li għandhom il-kartuna r-roża? Kemm hemm anzjani li jieħdu s-servizz tat-telecare? Kemm hemm persuni li jieħdu servizz tal-home help? Jista' jagħti din l-informazzjoni għal persuni minn Ħal Tarxien?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Ninsab infurmat li din is-sena, sat-30 ta' Lulju, kien hemm 41 familja minn Ħal-Tarxien li nħarġitilhom jew iġġedditilhom il-kartuna roża.
Fl-istess lokal hemm 196 persuna li jibbenefikaw mis-servizz tat-Telecare u 46 persuna li jirċievu s-servizz ta' Kura u Għajnuna fid-Dar.