Tista' il-Ministru tgħid x'miżuri qed jittieħdu fl-ambitu ta' l-integrazzjoni ta' prattiċi komuni f'reliġjonijiet diversi fil-kuntrast tal-fatt li Malta pajjiż f'wirt nisrani?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Nitlob lill-Onor. Interpellant jikkjarifika għall-liema miżuri qed jirreferi.
B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari 10208, tista' il-Ministru tgħid meta ħarġet is-sejħa għall-applikazzjonijiet għall-ħatra ta' co-ordinator in charge tax-xogħlijiet li qegħdin isiru fl-iskola ta' San Ġużepp fil-Marsa, skond l-avviż li hemm imwaħħal ma' l-uffiċċju ta' l-iskola u skond it-tagħrif mogħti fit-tweġiba għall-mistoqsija parlamentari 10209 u cioe' "dan l-impjegat qed jaqdi d-dmirijiet tiegħu f'dan il-kumpless"?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-persuna li għamel referenza għaliha ma għandha ebda konnessjoni max-xogħolijiet li qed isiru fl-ex Skola San Gużepp fil-Marsa, bi tħejjija biex tiġi konvertita f'kumpless għall-immigranti rregolari. Intenni li minkejja li dan l-impjegat għadu qed jaqdi d-dmirijiet tiegħu f'din l-iskola ma jaqgħax taħt ir-responsabbilta' tal-Ministeru tiegħi.
Tista' il-Ministru tgħid x'kienu l-ammonti ta' flus miġbura mill-gvern mill-pensjonijiet u dħul ieħor, bħal kirjiet u dak inkluż fuq valur ta' proprjeta' immobbli (oltre d-dar residenzjali tagħhom) ta' l-anzjani rikoverati fi djar u sptarijiet tal-gvern (speċjalment l-SVPR) xahar b'xahar matul dawn l-aħħar 20 xahar?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Ninsab infurmata li t-tagħrif mitlub mill-Onor. Interpellant qed jinġabar u Tweġiba tingħata f'xi Seduta oħra.
Tista' il-Ministru tgħid x'sar mill-każi ta' l-applikanti - dettalji dwarhom qed jintbagħtu separatament - sabiex jingħataw għajnuna taħt l-inizjattiva tal-care and repair?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Dwar l-ewwel każ indikat mill-Onor. Interpellant ninsab infurmata li l-Awtorita' tad-Djar qed tistenna li jiġu sottomessi l-irċevuti biex tivverifikhom flimkien max-xogħlijiet u tkun tista' tipproċedi bil-pagament.
Dwar it-tieni każ, ninsab infurmata li l-Onor. Interpellant ġie nfurmat direttament mill-Awtorita' dwar l-iżviluppi.
Tista' il-Ministru tara li jiġi nvestigat il-każ ta' persuna - dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament - li qed tiġi mċaħħda mill-bonus dovut lilha?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Ninsab infurmata li l-każ tal-persuna ndikata mill-Onor. Interpellant ġie nvestigat u ma rriżultax li din il-persuna ġiet imċaħħda minn xi benefiċċju dovut. Din il-persuna ġiet infurmata bil-miktub dwar dan mid-Dipartiment tas-Sigurta' Soċjali.
Tista' il-Ministru tara li tintlaqa' it-talba ta' anzjana mill-Birgu - dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament - biex tibbenefika mill-iskema care and repair ta' l-awtorita' tad-djar?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Ninsab infurmata li l-Awtorita' tad-Djar ma għandha ebda applikazzjoni mill-persuna ndikata mill-Onor. Interpellant biex tibbenefika mill-inizjattiva tal-Care and Repair.
Tista' il-Ministru tara li tintlaqa' it-talba ta' anzjan ta' 83 sena li jgħix waħdu f'dar il-Birgu - id-dettalji dwaru qed jintbagħtu separatament - biex jibbenefika mill-iskema care & repair ta' l-awtorita' tad-djar?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Ninsab infurmata li l-Awtorita' tad-Djar ma rċeviet ebda talba mill-persuna ndikata mill-Onor. Interpellant biex tibbenefika mill-inizjattiva tal-Care and Repair.
Tista' il-Ministru tgħid kemm siefru impjegati tal-gvern jew ta' xi entita' oħra li taqa' taħt id-dekasteru tagħha li huma fil-grad ta' executive officer jew grad inqas, jew li għandhom salarju fi skala 14 jew inqas bejn Jannar 2003 sa Ottubru 2004? Fejn marru? Min awtorizza l-imsemmija safra?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Ninsab infurmata li t-tagħrif mitlub mill-Onor. Interpellant hu kif jidher fit-Tabella li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra.
Tista' il-Ministru tgħid kemm ingħataw flus mill-gvern matul is-snin 2000-2004 lill-għaqdiet mhux governattivi? Tista' tagħti rendikont kemm ħadet kull organizzazzjoni sena b'sena bejn l-2000-2004? Il-ministeru jitlob awditjar ta' kif intnefqu dawn il-flus?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Ninsab infurmata li t-tagħrif mitlub qed jinġabar u tweġiba tingħata f'xi Seduta oħra.
Tista' il-Ministru tgħid xi jrid ikun id-dħul ta' familja/ġuvni sabiex ikun intitolat għall-għajnuna għall-mard?
Response (CRISTINA, DOLORES)
It-test tal-mezzi għall-Għajnuna għal Mard hu regolat mit-Tieni Parti tat-Tieni Skeda kif ukoll is-Seba' Skeda ta' l-Att dwar is-Sigurta' Soċjali.
Peress li dan it-test irid isir fuq id-dħul tal-familja kollha li jkun jifforma parti minnha l-applikant, mhux possibbli li tingħata tweġiba speċifika li tkopri ċ-ċirkostanzi kollha finanzjarji ta' familja jew persuna. Jekk l-Onor Interpellant għandu xi każ speċifiku nitolbu jagħti parir lill-persuna konċernata tmur fl-Uffiċċju Distrettwali tad-Dipartiment tas-Sigurta' Soċjali li jkopri l-lokalita' fejn toqgħod biex tingħata l-informazzjoni meħtieġa.
Dipartiment għall-Akkomodazzjoni Soċjali — Sussidju fuq Kera
Question
Tista' il-Ministru tgħid jekk il-kera għal postijiet li jalloka d-dipartiment għall-akkomodazzjoni soċjali lil single families hijiex kera sussidjarja? Jekk fl-affermattiv, kemm kien it-total ta' sussidju li ta d-dipartiment tul is-snin 1994-2004?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Il-kirjiet ta' postijiet mikrija mid-Dipartiment għall-Akkomodazzjoni Soċjali huma regolati mill-Avviżi Legali 202 tal-1987 u 523 tal-1998. Il-kera tinħadem fuq id-dħul tal-kerrej matul is-sena ta' qabel. Id-Dipartiment ma jżommx statistika dwar dan għaliex is-sussidju jinħadem għad-Dipartiment tal-artijiet u l-kera titħallas id-Dipartiment ta' l-Artijiet stess.
B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari 10009 li oriġinarjament saret lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni, Żgħażagħ u l-Impjiegi u cioe' tista' il-Ministru tgħid jekk huwiex il-ħsieb tad-dipartiment konċernat li jpoġġi l-persuna (instructor) - isimha qed jintbagħat separatament - bħala in charge tal-klandestini fl-ex skola San Ġużepp Ħaddiem tal-Marsa, meta din il-persuna kellha każ il-qorti minħabba allegat kliem u attitudni razzisti?
Tassigura l-Ministru li b'ħatra bħal din ikun hemm trankwilita' u serenita' għall-klandestini fil-bini ta' l-ex skola msemmija?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Nixtieq niġbed l-attenzjoni ta' l-Onorevoli Interpellant li l-Ministeru għall-Familja u Solidarjeta Soċjali għadu fi stadju fejn qed jirranġa l-iskola ta' San Ġużepp fil-Marsa u bħalissa ma hemm l-ebda immigranti sakemm jitlesta dan ix-xogħol. Il-persuna msemmija mill-Onorevoli Interpellant huwa mpjegat mad-Diviżjoni ta' l-Edukazzjoni u m'hemm l-ebda ħsieb li din il-persuna jibqa' jaqdi d-dmirijiet tiegħu f'dan il-kumpless meta dan jibda jopera bħala ċentru ta' akkomodazzjoni għall-immigranti.
Fondazzjoni għal Servizzi ta' Ħarsien Soċjali — Sponsorships
Question
Tista' il-Ministru tgħid kemm-il sponsorship (sħiħ jew parti minn kors) ħarġet mill-Fondazzjoni għal Servizzi ta' Ħarsien Soċjali (FSWS) fis-snin 2003 u 2004 biex ħaddiema jistudjaw fuq livell universitarju bħala training?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Ninsab infurmata li t-tagħrif mitlub hu kif jidher fit-Tabella li qed inqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra.
Tista' il-Ministru tirrispondi mistoqsija parlamentari 10023 u cioe' tista' tgħid kemm kien hawn single parent families reġistrati fl-1994 u kemm fl-2004? X'kienet is-somma totali ta' għajnuna li ngħatat lil dawn il-każijiet f'kull sena u x'forma ta' għajnuna ħadu?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Nassumi li l-Onor. Interpellant qed jirreferi għal Single Parents reġistrati mad-Dipartiment tas-Sigurta Soċjali bħala applikanti għad-diversi benefiċċji mħallsa mid-Dipartiment.
Jekk dan hu l-każ, ninsab infurmata li fl-1994 id-Dipartiment ma kienx iżomm statistika dwar l-informazzjoni kif mitluba mill-Onor. Interpellant, minnbarra għal dak li jirrigwarda n-numru ta' l-applikazzjonijiet għall-Allowance tat-Tfal minn single parents, li matul dik is-sena kien ta' 2190.
Ninsab infurmata wkoll li n-numru ta' single parent families li kienu qed jirċievu d-diversi benefiċċji, pensjonijiet u allowances taħt l-Att dwar is-Sigurta' Soċjali fl-2004 kien ta' 3815 u l-ammont imħallas kien ta' Lm973,994.155.
Tista' il-Ministru tara x'sar mill-każ dwar benefiċċju tal-mard ta' persuna li d-dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Ninsab infurmata li minn riċerka li għamel id-Dipartiment tas-Sigurta' Soċjali ma rriżultax li l-persuna ndikata mill-Onor. Interpellant għandha xi talba pendenti għall-benefiċċju tal-mard.
Tista' il-Ministru tara li jiġi stallat il-lift fil-flat tal-gvern fl-indirizz li d-dettalji dwaru qed jintbagħtu separatament?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Ninsab infurmata li t-tender għall-istallazzjoni ta' lifts fil-blokki ġodda fi Triq Dun Karm Sant, Tarxien, ingħatat, il-lifts ġew ordnati u l-makkinarju kollu wasal Malta aktar kmieni dax-xahar.
Ninsab infurmata wkoll li x-xogħol għall-istallar ta' dawn il-lifts mistenni jinbeda fil-bidu ta' Frar.
Tista' il-Ministru tgħid f'liema dipartimenti fil-ministeru tagħha saret l-għażla ta' Green Leaders?
Saret sejħa għall-applikazzjonijiet fid-dipartimenti konċernati?
Xi kwalifiki għandhom dawn il-persuni? Kemm se jitħallsu ta' dan ix-xogħol?
Hemm xi allowances marbuta ma' din il-pożizzjoni?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Il-Green Leaders ġew nominati mis-Segretarju Permanenti wara li ntalbu mis-Segretarju Prinċipali Ewlieni fl-uffiċċju tal-Prim Ministru.
M'hemm l-ebda ħlas jew allowances marbuta ma' dan l-inkarigu.
Tista' il-Ministru tgħid x'inhi r-raġuni li għad fadal plots mhux mibnija fl-iskema tal-home ownership ta' Wied Ħesri (fejn il-ground) minkejja li dawn l-istess plots ilhom li ngħataw aktar minn għaxar snin?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Nitlob lill-Onor. Interpellant jagħtini aktar dettalji dwar il-plots li qed jirreferi għalihom biex inkun nista' ninvestiga.