Jista' l-Ministru jieħu l-passi kollha meħtieġa biex applikazzjoni għal xiri ta' post mingħand il-Joint Office li ilha li saret mis-6 ta' Jannar, 1996 ta' persuna li d-dettalji tagħha qed jintbagħtu separatament ma' din il-mistoqsija, tiġi pproċessata mill-aktar fis peress li min kif jidher din issa ilha żmien twil biex tiġi pproċessata?
Jista' jgħid jekk hemmx xi dffikultajiet li qed iżommu milli dan il-proċess issir? Jekk hemm, x'inhuma?
Response (BORG, TONIO)
Ninsab infurmat li l-applikazzjoni li ghalija qed jirreferi l-Onor. Interpellant, ma gietx ipprocessata minhabba diffikultajiet li nqalghu fit-twettiq tal-ftehim iffirmat bejn is-Santa Sede u l-Gvern ta` Malta.
Kif diga` thabbar ricentament, sar progress sostanzjali fuq din il-materja. Wara li jigu solvuti dawn id-diffikultajiet, l-Ufficcju Kongunt jkun jista` jirregistra l-proprjeta` u jibghat ghal applikant biex jiffirma l-kuntratt tal-fidi.
Jista' l-Ministru jgħid jekk jirriżultalux li t-Tnejn 3 ta' April, 2000 għal xi l-ħabta ta' l-10.45 p.m. priġunier ħarab lill-pulizija meta kien qiegħed għal kura fl-Isptar San Luqa? Jista' jgħid min kien dan il-priġunier u eventwalment inqabadx?
Response (BORG, TONIO)
Ninsab infurmat li fid-data li rrefera ghaliha l-Onor. Interpellant, l-ebda ufficjal li kien skorta ma` xi prigunier dakinhar, ma rrapporta xi incident.
Jista' l-Ministru jgħid kemm ittellgħu barranin il-qorti, din is-sena s'issa u x'weħlu f'kull każ?
Response (BORG, TONIO)
Ninsab infurmat li din is-sena, sa` l-10 ta` Mejju 2000, tressqu quddiem il-Qorti 199 persuna ta` nazzjonalita` barranija. 58 ġew meħlusa taħt il-provediment ta` l-artikolu 9 ta` Kap. 152 u mogħtija ordni ta` tneħħija; 111 ġew mogħtija sentenza sospiża u ordni ta` tneħħija; 3 ġew mogħtija sentenza ta` ħabs u ordni ta` tneħħija; 11 ġew mogħtija ordni ta` tneħħija; 2 weħlu multa; filwaqt li 14 oħra għad għandhom il-każ pendenti quddiem il-Qorti.
Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm persuni barranin il-ħabs illum, u minn liema pajjiż huma? Kemm huma dawk li huma ssentenzjati u kemm huma dawk fuq arrest preventiv?
Response (BORG, TONIO)
Ninsab infurmat li t-taghrif mitlub mill-Onor. Interpellant hu kif jidher fit-Tabella li qed inpoggi fuq il-Mejda tal-Kamra.
Jista' l-Ministru jgħid kemm ġew iddeportati persuni din is-sena s'issa? Kemm swiet lill-pajjiż din il-proċedura? Minn liema pajjiż kienu u għaliex ġew deportati?
Response (BORG, TONIO)
Ninsab infurmat li din is-sena, sa` l-10 ta` Mejju, in-numru ta` persuni li tneħħew minn dawn il-Gżejjer wara li tressqu quddiem il-Qorti u nstabu ħatja kien ta` 183. In-nazzjonalita` ta` dawn il-persuni hi kif ġej : -
Sirja 13 Libja 109 Bulgarija 8
Ġordan 5 Niġerja 1 Armenja 3
Marokk 2 Ċina 8 Eġittu 21
Pakistan 1 Tuneżija 2 Moldavja 1
Italja 2 Jugoslavja 3 Ingilterra 1
Lebanon 1 Iraq 1 Turkija 1
Ninsab infurmat ukoll li fl-istess perijodu, in-nefqa għat-tneħħija minn dawn il-Gżejjer ta` persuni minn dawk imsemmija kienet tammonta għal Lm2,835.
Jista' l-Ministru jgħid kemm applikaw ċittadini Maltin biex iżommu d-dual citizenship? Kemm ġew approvati u kemm għadhom pendenti?
Response (BORG, TONIO)
Ninsab infurmat li s`issa gew registrati 111-il persuna bhala cittadini Maltin li jistghu jzommu c-cittadinanza barranija li diga` ghandhom. Dawn setghu jaghmlu dan bis-sahha tat-tibdil li sar dan l-ahhar fl-Att dwar ic-Cittadinanza Maltija (Kap. 188). Ninsab infurmat ukoll li qed jigu processati 360 applikazzjoni ohra simili.
Bis-sahha ta` l-istess tibdil, hemm numru ta` persuni ohra b`cittadinanza barranija li akkwistaw ic-cittadinanza Maltija mill-gdid b`mod awtomatiku u b`hekk issa ghandhom zewg cittadinanzi. In-numru ta` persuni li lilhom giet ikkonfermata din l-informazzjoni mid-Dipartiment tac-Cittadinanza huwa 345 filwaqt li hemm madwar 300 kaz simili li ghadhom qed jigu pprocessati.
Hemm numru ta` kazijiet ohra bhal dawn ta` l-ahhar li gew ipprocessati mill-Ambaxxati u/jew Konsolati ta` Malta barra minn Malta fejn flok inghataw konferma bil-miktub, inghataw passaport Malti. Statistika dwar dawn il-kazijiet ghadha ma ngabritx.
Jista' l-Ministru jgħid f'każ ta' kolliżjoni bejn żewġ vetturi, l-isketch tal-pulizija li jispjega il-ħabta, għandu portata uffiċjali u għalhekk jorbotx lill-kumpannija tal-assigurazzjoni li jaċċettawh?
Response (BORG, TONIO)
Il-pjanta maghmula mill-pulizija meta jkun qed jigi nvestigat incident tat-traffiku tifforma parti mir-rapport tal-partijiet involuti u tista` tigi prodotta bhala evidenza kemm mill-pulizija kif ukoll mill-partijiet interessati. Bhala kull kaz iehor din l-evidenza tista` tigi ikkontestata u ghalhekk m`ghandhiex valur konklussiv minnha nnfisha.
Jikkonsidra l-Ministru li dawk li jinqabdu jixorbu u jsuqu titeħdilhom il-liċenzja u din ma tingħatax lura qabel dan ma jidħol fi programm ta' riabilitazzjoni stabbilit?
Response (BORG, TONIO)
Bhal ma nahseb japprezza l-Onorevoli Interpellant, il-fatt li persuna tinqabad issuq vettura taht l-influenza tax-xorb, ma jfissirx necessarjament li tali persuna jkollha htiega ta` riabilitazzjoni. Pero` il-Ligi diga` tipprovdi kemm ghall-iskwalifika tal-licenzja tas-sewqan, u anke`, fejn il-Qorti jidrilha xieraq, bl-applikazzjoni ta` l-artikolu 5 ta` Kap. 152, tordna li min jaghmel ir-reat jissottometti ruhu ghal kura mehtiega.
Jista' l-Ministru jgħid kemm-il persuna ġiet mħarrka matul Jannar u Frar u Marzu separatament talli f'dawn il-grounds tal-football kissru l-liġijiet: (a) l-istadium nazzjonali; (b) il-Victor Tedesco Stadium; (ċ) Is-Centenary Stadium; (d) il-ground tal-Hibernians; (e) il-Gozo Stadium; u (f) il-Pace Grasso?
X'kienu l-akkużi?
Response (BORG, TONIO)
Ninsab infurmat li t-taghrif mitlub mill-Onor. Interpellant huwa kif jidher fit-Tabella li qed inpoggi fuq il-Mejda tal-Kamra.
Bħala l-Ministru responsabbli mill-Joint Office dwar artijiet eċċ tal-Knisja li għaddew għand il-gvern bi ftehim, jista' l-Ministru jgħid kemm hemm kawżi l-Qorti dwar artijiet, djar eċċ li kienu tal-Knisja u li kieku ma kienx hemm kawżi kienu jgħaddu għand il-gvern? Jista' jgħid f'liema lokalitajiet qegħdin?
Response (BORG, TONIO)
Ninsab infurmat li hemm 23 kawza pendenti quddiem il-Qorti dwar proprjeta` tal-Knisja li ma tistax tghaddi ghand il-Gvern minhabba li hemm kawza. Dawn jinsabu fil-lokalitajiet li
gejjin : -
Malta Ghawdex
Attard 2 Gharb 1
Blata l-Bajda 1 Ghasri 1
Ghaxaq 1 Nadur 2
Imtarfa 1 Qala 4
Mqabba 1 Victoria 2
Rabat 2
San Pawl il-Bahar 1
Senglea 1
Siggiewi 1
Sliema 1
Zebbug 1
Jista' l-Ministru jgħid kemm ġew impjegati ħaddiema mal-ministeru, dipartiment, korporazzjonijiet u entitajiet oħra li jaqgħu taħtu mis-7 ta' Mejju, 1987 sal-25 ta' Ottubru, 1996?
Jista' l-Ministru jgħid x'tip ta' mpjieg ingħataw dawn il-ħaddiema?
Response (BORG, TONIO)
Bhal ma kelli l-okkazzjoni nirrispondi f`dan it-tip ta` mistoqsijiet, sakemm ma tinghatax raguni `l ghala qed tintalab, ma nara l-ebda skop li tingabar l-informazzjoni mitluba.
Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm persuni bħalissa li daħlu Malta u li qegħdin taħt il-kustodja tal-pulizija f'Ta' Kandja jew f'postijiet oħra?
Ta' liema nazzjonalita' huma? Kemm minn dawn talbu l-istatus ta' refuġjati?
Response (BORG, TONIO)
Ninsab infurmat li bhalissa n-numru ta` barranin li dahlu Malta u li qeghdin fil-kustodja tal-Pulizija hu ta` 16. Dawn kollha jinsabu mizmuma fil-kumpless gewwa Ta` Kandja.
In-nazzjonalita` ta` dawn il-persuni hi kif gej : -
Marokkina 1 Egizzjana 2 Sri Lanka 5
Sierra Leone 1 Nigerjana 2 Algerina 1
Pakistana 1 Liberjana 1 Tanzanija 1
Stateless 1
Ninsab infurmat ukoll li 14 minn dawn il-persuni ghamlu talba lill-U.N.H.C.R. ghall-istatus ta` refugjat.
Jista' l-Ministru jgħid kemm intnefqu flus f'safar bejn l-1987 u l-1996 mill-ministeru, dipartimenti, korporazzjonijiet u entitajiet oħra li jaqgħu taħtu?
Response (BORG, TONIO)
Bhal ma kelli l-okkazzjoni nirrispondi f`dan it-tip ta` mistoqsijiet, sakemm ma tinghatax raguni `l ghala qed tintalab, ma nara l-ebda skop li tingabar l-informazzjoni mitluba.
Jista' l-Ministru jgħid matul din is-sena finanzjarja liema huma dawk l-għases li se ssir manutenzjoni fihom? Għalkemm isir xogħol f'ħafna mill-għases, jista' jgħid liema huma dawk li fihom se jsir xogħol kbir? Kemm huwa stmat li se jintnefaq?
Response (BORG, TONIO)
Ninsab infurmat li hija procedura normali li matul is-sena jsir xoghol ta` manutenzjoni f`dawk l-ghases tal-pulizija li l-aktar jkollhom bzonn. Dan l-ezercizzju ilu sejjer numru ta` snin u kull sena jintghazlu xi ghases li jsirilhom xoghol izjed estensiv. Din is-sena qed isir xoghol ta` din ix-xorta fl-ghassa tal-Mellieha u dik ta` Hal Qormi.
Ninsab infurmat ukoll li n-nefqa totali fuq dan it-tip ta` xoghol hija stmata li tlahhaq madwar Lm15,000.
B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari numru 15037 u t-tweġiba tagħha, jista' l-Ministru jgħid għaliex ma saret l-ebda spezzjoni fi ħwienet li jbiegħu l-armi mill-1 ta' Jannar, 1999? Kemm hemm ħwienet li għandhom permess li jbiegħu l-armi? F'liema lokalita' jinstabu?
Response (BORG, TONIO)
Ninsab infurmat li fil-prezent hawn 42 hanut licenzjat sabiex ibiegh l-armi li jinsabu mqassma kif gej : -
B`Kara 3 Rabat 3 San Gwann 4
Haz Zebbug 2 Bidnija 1 Qormi 2
Luqa 3 Tarxien 1 St. Venera 2
Mosta 2 Kirkop 2 Mellieha 1
Msida 1 Marsaxlokk 1 Paola 2
Siggiewi 1 Valletta 2 Zabbar 1
Naxxar 1 Victoria 3 Xaghra 3
Nadur 1
Ninsab infurmat ukoll li spezzjonijiet f`dawn il-hwienet isiru fejn ikun hemm suspett ta` abbuz.
Jista' l-Ministru, mingħajr ma jidħol fil-mertu u dan sabiex ma jkunx hemm xi dubju li jista' jirrifletti fuq xi proċeduri, jgħid attwalment il-permess 4690/93 kif konċess, jirriflettix dak li kkonċediet l-Awtorita' ta' l-Ippjanar u cioe premises for the manufacture of confectionery goods u jgħid jekk bil-kelma confectionery ġiex ukoll konċess il-go ahead sabiex il-kummissarju tal-pulizija jikkonċedi premess għal manifattura u bejgħ ta' soft drinks and natural waters by bottle fl-istess bini meta soft drinks and natural waters by bottle żgur li ma jammontawx għal confectionery?
Ikkonsulta ma' l-awtorita'?
Jista' l-Ministru, mingħajr ma jidħol fil-mertu u dan sabiex ma jkunx hemm xi dubju li jista' jirrifletti fuq xi proċeduri jgħid attwalment il-permess 4690/93 kif konċess jirriflettix dak li kkonċediet l-Awtorita' ta' l-Ippjanar u cioe premises for the manufacture of confectionery goods u jgħid jekk bil-kelma confectionery ġiex ukoll konċess il-go ahead sabiex il-kummissarju tal-pulziija jikkonċedi premess għal manifattura u bejgħ ta' fruit juices and squashes fl-istess bini meta fruit juices and squashes żgur ma jammontawx għal confectionery?
Ikkonsulta ma' l-awtorita'?
Jista' l-Ministru, mingħajr ma jidħol fil-mertu u dan sabiex ma jkunx hemm xi dubju li jista' jirrifletti fuq xi proċeduri, jgħid attwalment, il-permess TL/G/16/95, kif konċess, jirriflettix dak li konċeditx l-Awtorita' ta' l-Ippjanar u ċioe' premises for the manufacture of confectionery goods u jgħid għalfejn il-Kummissarju tal-Pulizija fehem il-kelma confectionery bħala u konċeda permess għal manifattura u bejħ ta' cheese cakes fl-istess bini meta cheese cakes żgur ma jammontawx għal confectionary?
Ikkonsulta ma' l-awtorita'?
Jista' l-Ministru, mingħajr ma jidħol fil-mertu u dan sabiex ma jkunx hemm xi dubju li jista' jirrifletti fuq xi proċeduri, jgħid, attwalment, il-permess TL/G/16/95, kif konċess, jirriflettix dak li konċedietx l-Awtorita' ta' l-Ippjanar u ċioe' premises for the manufacture of confectionary goods u jgħid għalfejn il-Kummissarju tal-Pulizija fehem il-kelma confectionery bħala u konċeda premessa għal manifattura u bejgħ ta' smoking requistes fl-istess bini meta smoking requistes żgur ma jammontawx għal confectionery?
Ikkonsulta ma' l-awtorita'?