Jista' il-Ministru jgħid kemm saru spezzjonijiet mill-ETC f'postijiet fejn qed isiru proġetti kapitali kbar, bħal ngħidu aħna l-isptar il-ġdid, sabiex taqbad persuni li qed jaħdmu b'mod illegali? Minn dawn l-ispezzjonijiet kemm inqabdu persuni jaħdmu illegalment f'dawn l-aħħar sentejn?
Response (GALEA, LOUIS)
It-tagħrif mitlub ma laħaqx wasal u tweġiba tingħata f'xi Seduta oħra.
Jista' il-Ministru jgħid x'kien in-numru ta' ġenituri li tressqu l-qorti kull sena mill-2000 'il hawn għax ma bagħtux lil uliedhom l-iskola?
Response (GALEA, LOUIS)
Informat li n-numru ta' każijiet li tressqu l-Qorti kull sena mill-2000 'l hawn għax ma bagħtux lil uliedhom l-iskola kienu skond it-tabella t'hawn taħt. Wieħed irid jiċċara li ċ-ċifri jirreferu għan-numru ta' kontravenzjonijiet u mhux in-numru ta' ġenituri li tressqu. Jista' jkollok l-istess ġenitur li jitressaq aktar minn darba.
Sena Numru ta'
Jannar - Diċembru Kontravenzjonijiet
2000 4370
2001 4457
2002 3572
2003 4445
2004 3778
2005(sa Mejju) 2470
Il-proġett dwar l-iskola primarja f'Pembroke huwa fost il-prioritajiet tad-Diviżjoni ta' l-Edukazzjoni li qed tqis il-proposta ta' bini ta' skola ġdida.
Jista’ il-Ministru jgħid jekk hux minnu li l-kunsill skolastiku ta' l-iskola primarja B ta' San Bastjan, Ħal Qormi, daħal fi ftehim ma' kumpannija privata li tagħti korsijiet tal-kompjuter minn bini pubbliku li qiegħed fl-iskola?
Jista’ jgħid ukoll x'qed tħallas din il-kumpannija jew x'arranġamenti saru mal- kunsill skolastiku sabiex din il-kumpannija qed tingħata permess li tagħmel użu minn dan il-post pubbliku?
Response (GALEA, LOUIS)
Informat li l-Kunsill Skolastiku ta' l-iskola Primarja 'B' ta' San Bastjan ftiehem ma' ditta privata biex jingħataw korsijiet tal-kompjuter fl-iskola. Il-Kunsill ta' l-iskola talab assistenza ta' l-Uffiċjal Legali fil-Ministeru biex ifassal ftehim. Il-Kumpanija obbligat ruħha li tagħti lill-iskola skond kemm ikun hemm applikanti.
45 applikant - Printer
75 applikant - Pentium 4 computer
100 applikant - Pentium 4 computer and printer
125 applikant - Pentium computer + printer + scanner + CD Writer
Informat ukoll li għalkemm in-nies applikaw fl-iskola, il-korsijiet mhux se jsiru l-iskola billi se jsir xogħol ta refurbishment. Il-Kunsill daħal għal din l-inizjattiva biex l-iskola tkun tista tintuża bħal Learning Centre għall-Kommunita.
Jista' il-Ministru jgħid jekk hux minnu jew le li fl-eżami tal-Matematika fil-livell avvanzat kien hemm xi somma li ma setgħetx tinħadem? Jekk fl-affermattiv, jista' jgħid jekk l-istudenti hux se jkunu effettwati b'mod negattiv?
Response (GALEA, LOUIS)
Informat li fl-eżami tal-MATSEC ta' Mejju 2005 fil-Matematika Pura fil-livell Avvanzat kull somma kienet tinħadem.
Bħala Ministru responsabbli għall-isport, jista’ il-Ministru jgħid jekk hemmx ħsieb li jżid l-għajnuna finanzjarja lill-kumitat olimpiku Malti wara s-suċċessi f’Andorra sabiex dan is-suċċess ikompli anke f’logħob ieħor, bħal ngħidu aħna l-logħob tal-Commonwealth? X’għajnuna qed tingħata bħalissa?
Response (GALEA, LOUIS)
Informat li għal din is-sena (2005), l-għajnuna finanzjarja mill-Kunsill Malti għall-Isport lill-Kumitat Olimpiku Malti tammonta Lm150,000.
Jista’ il-Ministru jgħid x’għajnuna ngħatat minn Ġunju 2004 sal-lum biex isiru testijiet għal abbuż mid-droga fl-isport? F’liema sport saru dawn it-testijiet? Lil kemm–il atleta? Fejn saru dawn it-testijiet? Kemm swew?
Response (GALEA, LOUIS)
Informat li l-Kunsill Malti għall-Isport għamel dawn l-għotjiet ta' assistenza biex isiru testijiet għall-abbuż mid-droga fl-isport:
Malta Football Association Lm 3,622.86
Malta Amateur Athletic Association Lm 292.52
Informat ukoll li fejn jirrigwardja il-Malta Football Association saru testijiet lil 43 atleta. Dawn saru ġo ' Institut fur Dopinganalytik' fil-Ġermanja.
Fil-każ tal-Malta Amateur Athletic Association, saru testijiet lil 3 atleti. Anke f'dan il-każ it-testijiet saru ġo ' Institut fur Dopinganalytik' fil-Ġermanja.
Jista' il-Ministru jirrispondi mistoqsija parlamentari 13304 u jgħarraf lill-Kamra jekk sarux interventi min-naħa tal-ministeru tiegħu biex id-diplomas in health studies tal-CAST (il-BITEC national diploma) tiġi rikonoxxuta bħala kwalifika għad-dħul fl-IHC degree course fl-Universita' ta' Malta bħalma jiġri fl-universitajiet barranin? Jikkonferma l-Ministru li l-istudenti ta' dan il-kors kienu ġew imwiegħda li l-BITEC national diploma kien se jiġi meqjus bħala kwalifika għad-dħul fl-IHC degree course?
Response (GALEA, LOUIS)
Informat li l-istudenti konċernati qatt ma ġew imwiegħda mill-MCAST li din id-Diploma hi diġa' aċċettata mill-Universita' bħala kwalifika għad-dħul fl-IHC Degree Course. L-istudenti huma informati li l-MCAST u l-Universita' qed jaħdmu flimkien biex tiġi stabbilita l-ekwivalenza ta' din id-Diploma paragun ma' kwalifiki li tirrikonoxxi l-Universita'.
Edukazzjoni, Żgħażagħ u Impjiegi — Diretturi u chairpersons
Question
Jista' il-Ministru jgħid min huma d-diretturi u chairpersons tal-kumpanniji, entitajiet u bordijiet li jaqgħu taħtu? Jista' jgħid x'remunerazzjoni u benefiċċji oħra għandu kull wieħed minnhom?
Response (GALEA, LOUIS)
It-tagħrif mitlub ser jitpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Edukazzjoni, Żgħażagħ u l-Impjiegi — Korrimenti fuq il-post tax-xogħol
Question
Jista' il-Ministru jgħid kemm kien in-numru ta' ħaddiema/uffiċjali, eċċ. li jaħdmu taħt id-dipartimenti u/jew dekasteri u /jew korporazzjonijiet eċċ. li weġġgħu jew korrew fuq il-post tax-xogħol matul dawn l-ewwel xhur tas-sena?
Response (GALEA, LOUIS)
It-tagħrif mitlub ser jitpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Jista’ l-Ministru jgħid meta huwa mistenni li jkunu lesti r-rapporti tal-working groups kollha li ġew maħtura minnu?
Response (GALEA, LOUIS)
Qed isiru rapporti ta' analiżi u rakkomandazzjonijiet f'10 oqsma msemmija hawn taħt. Iż-żmien meta kellhom jitlestew dawn ir-rapporti hu kif indikat hawn taħt:
1. Edukazzjoni Bikrija (Lulju 2005)
2. Edukazzjoni Inklussiva u Speċjali (Mejju 2005)
3. It-titjib fl-attendenza fl-iskola (Lulju 2005)
4. Riforma ta' l-istruttura ta' l-iskejjel primarji u sekondarji ta' l-istat (Ġunju 2005)
5. Riforma fl-istrutturar tad-Diviżjoni ta' l-Edukazzjoni (Ġunju 2005)
6. MATSEC Review (Ottubru 2005)
7. Ħiliet bażiċi għall-adulti (Ottubru 2005)
8. Career Guidance (Mejju 2005)
9. Rapport dwar il-finanzjament tas-settur ta' l-edukazzjoni ogħla ta' l-Istat (Novembru 2005)
10. Tagħlim Tul il-Ħajja (Jannar 2006)
Fejn id-dati imsemmija diġa' għaddew ir-rapport konċernat jew ġie pubblikat jew qiegħed jiġi stampat għall-pubblikazzjoni.
Issa li waslet biex tispiċċa din is-sena skolastika, jista’ il-Ministru jgħid kemm se jkun hemm bżonn għalliema ġodda għas-sena skolastika 2005/06? Jista’ jagħti l-figuri għall-primarja, għas-sekondarja, għall-qasam post-sekondarju u dak terzjarju separatament? Jista’ jgħid ukoll f’liema suġġetti?
Response (GALEA, LOUIS)
Informat li bħalissa qed tinħadem il-Classification ta' l-iskejjel u mhux possibli li tingħata stampa eżatta ta' kemm hemm bżonn għalliema ġodda għas-sena skolastika li ġejja.
Jista' il-Ministru jagħti resokont fiex wasal l-istħarriġ dwar il-ħajt li nbena f'parti ta' l-iskola primarja ta' Pembroke, fejn art pubblika ġiet mogħtija għal użu ta' klabb privat? Jista' jgħid x'passi dixxiplinarji jew ta' natura oħra se jittieħdu, u jekk dan il-ħajt hux se jitwaqqa?
Response (GALEA, LOUIS)
Peress li t-tagħrif mitlub ma laħaqx wasal tweġiba tingħata f'xi Seduta oħra.
Jista' il-Ministru jgħid jekk hemmx xi pjan li l-iskola primarja ta' Pembroke tibda tuża l-bini li bħalissa qed jintuża mill-iskola sekondarja Sir Luigi Preziosi? Jekk iva, meta huwa maħsub li l-iskola primarja tiċċaqlaq minn fejn hi għall-bini indikat? Fil-każ li iva, fejn se jmorru l-għalliema u l-istudenti tas-sekondarja?
Response (GALEA, LOUIS)
Informat li bħalissa għad m'hemm ebda pjani li l-iskola Primarja ta' Pembroke ser tibda tuża l-bini li bħalissa qed jintuża mill-iskola sekondarja Sir Luigi Preziosi.
Jista' il-Ministru jgħid fejn huwa mistenni li l-istudenti ta' l-istitut ta' l-istudji marittimi jingħataw esperjenza fuq il-baħar, li s'issa kienu jingħataw permezz tas-Sea Malta?
Response (GALEA, LOUIS)
Informat li s-Sea Malta kienet toffri numru żgħir (2 jew 3) ta' postijiet għat-taħriġ tal-Kadetti ta' l-Istitut Marittimu. L-Istitut Marittimu ta' l-MCAST għandu kuntatti ma' diversi kumpanniji tal-vapuri, kemm lokali kif ukoll barranin li normalment joffru sponsorships għal perjodu ta' prattika fuq il-baħar.