Legislature:
Category:
Reset
Active:
Leg 9 PQ #29054 Sitting 626 2001-10-24 Oral · Final From: JOE CILIA To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Postijiet Storiċi — Security Guards

Question

Jista' l-Ministru jikkonferma li xi żmien ilu kienu qed isiru preparamenti biex postijiet u sitijiet storiċi jiġu mgħassa u protetti minn security guards li huma ħaddiema fis-servizz pubbliku? Jekk fl-affermattiv, fejn waslet is-selezzjoni ta' dawn il-ħaddiema?

Response (GALEA, LOUIS)

Iva, qed isir dak meħtieġ biex impjegati tal-Gvern jaqdu dmirijiet ta' Security ma' dawn is-siti.
Leg 9 PQ #28932 Sitting 625 2001-10-24 Oral · Final From: EVARIST BARTOLO To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Universita' ta' Malta

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm kien hemm applikazzjonijiet għall-post tad-Direttur tar-Riżorsi Umani fl-Universita' ta' Malta? Min applika? B'liema kwalifiki? Min intagħżel? B'liema kwalifiki?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li kien hemm seba' applikazzjonijiet għall-post tad-Direttur tar-Riżorsi Umani. Il-Bord għadu ma ltaqax.
Leg 9 PQ #28933 Sitting 625 2001-10-24 Oral · Final From: EVARIST BARTOLO To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Technology Education

Question

Jista' l-Ministru jgħid fid-dawl li t-Technology Education se jinfirex fl-iskejjel kollha ta' Malta u Għawdex kemm hemm ħsieb li jkun hemm bżonn għalliema biex jgħallmu dan is-suġġett? X'opportunitajiet se jkollhom persuni bħall-persuna li d-dettalji qed jintbagħtu separatament li ġie inkoraġġat jagħmel kors universitarju fit-teknoloġija u jista' jgħallem wkoll graphical communication?

Response (GALEA, LOUIS)

Kif jaf l-Onor. Membru n-natura tal-kors f'dan is-suġġett kif ukoll il-faċilitajiet u r-riżorsi umani meħtieġa għall-iskejjel kollha huma ħwejjeġ fi stadju ta' żvilupp. L-għalliema jiġu mgħarrfa b'kull opportunita` ta' taħtiġ li jkun hemm għalihom biex jgħallmu dan is-suġġett u l-kwalifiċi fis-suġġett jiġu mogħtija l-valur tagħhom.
Leg 9 PQ #28935 Sitting 625 2001-10-24 Oral · Final From: EVARIST BARTOLO To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Management Studies

Question

Il-persuna li d-dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament li applika għall-kors Universitarju tad-Diploma in management studies se jiġi aċċettat biex ikun jista' jibda l-kors? Peress li l-kors beda l-ġimgħa li għaddiet u l-persuna msemmija għandu l-kwalifiki neċessarji, meta se jibda l-kors?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li mhux preċiż li wieħed jgħid li l-persuna għandha l-kwalifiki neċessarji. Informat ukoll li peress li l-persuna konċernata għandha aktar minn 23 sena setgħet tkun ikkunsidrata taħt il-'maturity clause'. Informat ukoll li l-Fakulta` kkunsidrat lill-persuna li għandha l-kwalitajiet meħtieġa biex tibda l-kors u l-persuna kienet infurmata.
Leg 9 PQ #28956 Sitting 625 2001-10-24 Oral · Final From: EVARIST BARTOLO To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Korsa taż-Żwiemel

Question

Jista' l-Ministru jgħid xi pjani hemm għall-futur tal-korsa taż-żwiemel tal-Marsa? Hemm il-ħsieb li jiġi privatizzat? Meta? B'liema kundizzjonijiet?

Response (GALEA, LOUIS)

Il-pożizzjoni għadha dik kif imfissra fit-tweġiba għall-Mistoqsija Parlamentari Numru 20303 mogħtija fis-Seduta numru 404.
Leg 9 PQ #28957 Sitting 625 2001-10-24 Oral · Final From: EVARIST BARTOLO To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

IT applications

Question

Jista' l-Ministru jara li jittieħdu passi biex il-Bord tal-Matsec jaċċetta li jibda jissettja eżami SEC ta' l-IT applications biex l-istudenti sekondarji jkollhom opportunita' ġdida f'qasam tant vitali llum?

Response (GALEA, LOUIS)

Il-MATSEC Board diġa` qed jikkonsidra l-materja.
Leg 9 PQ #28989 Sitting 625 2001-10-24 Oral · Final From: CARMELO ABELA To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Pixxina tal-Waterpolo

Question

B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari nru. 28775, jista' l-Ministru jgħid jekk infurmax ruħu u allura jkun jista' jwieġeb dwar fejn wasslet l-inkjesta dwar il-pixxina tal-waterpool ġewwa San Ġiljan?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li wara li saret inkjesta minn uffiċjali tal-Ministeru dwar l-allokazzjoni tal-flus li kienu ngħataw biex isir xogħol fil-pixxina tal-Waterpolo Club ta' San Ġiljan, il-każ kien għadda f'idejn il-Pulizija. Il-Pulizija kienet ressqet kawża quddiem il-Qorti tal-Maġistrati, liema kawża ġiet deċiża dan l-aħħar. Kopja tas-sentenza qiegħda titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra. Sadanittant il-Ministeru ser jara x'passi jistgħu jittieħdu wara din id-deċiżjoni.
Leg 9 PQ #29020 Sitting 625 2001-10-24 Oral · Final From: CARMELO ABELA To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Skavi fl-Imdina

Question

Jista' l-Ministru jgħid meta se jitkomplew l-iskavi fil-belt antika tal-Imdina? Jista' jgħid x'instab, ta' liema perjodu etc?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li l-iskavi arkeoloġiċi ġewwa l-Belt ta' l-Imdina qed isiru pass pass max-xogħlijiet infrastrutturali mnehdija mill-Ministeru ta' l-Ambjent. Ix-xogħol arkeoloġiku qed jiġi dirett u regolat mid-Dipartiment tal-Mużewijiet. Dan ix-xogħol arkeoloġiku qed isir kull fejn hemm il-ħsieb li t-trinek fit-toroq ta' l-Imdina se jmissu b'xi mod ma' xi antikitajiet mirduma. Fil-preżent qed isir xogħol ta' skavar fi Pjazza San Pawl. F'dawn l-iskavi instabu fdalijiet arkitettoniċi li jiddokumentaw perjodi differenti ta' l-istorja ta' l-Imdina minn żmien ir-Rumani sal-Medjuevu.
Leg 9 PQ #29028 Sitting 625 2001-10-24 Oral · Final From: LEO BRINCAT To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Skola tal-Hairdressing

Question

B'referenza għall-iskola tal-hairdressing, jista' l-Ministru jispjega għaliex l-istudenti qegħdin jiġu mħarrġin fuq prodotti partikulari a skapitu ta' kompetituri oħrajn f'dan il-qasam? Jikkonferma li kien hemm każi fejn ditti oħrajn offrew is-servizzi tagħhom li sal-lum għadhom ma ġewx aċċettati? Dawk is-suppliers li ġew aċċettati kienu mitluba joffru xi għamla ta' sponsorship lill-iskola?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li l-istudenti ta' l-iskola tax-Xagħar u Sbuħija "Carmen Carbonaro" ma humiex jiġu mħarrġin fuq prodotti partikolari a skapitu ta' kompetituri oħrajn fl-istess qasam. Naturalment hu impossibli li wieħed juża l-varjeta` sħiħa ta' prodotti li jinsabu fuq is-suq illum. Biex tassigura l-użu ta' varjeta` ta' prodotti, l-iskola toffri spazju biex tnax-il ditta tesponi għall-bejgħ il-prodotti tagħha. Il-ħlas għal dan is-servizz isir mhux permezz tal-flus imma permezz ta' prodotti li jiġu użati mill-istudenti. Minbarra minn hekk, kull ditta li talbet biex tagħti informazzjoni dwar il-prodotti tagħha ġiet aċċettata. L-iskola ma taf b'ebda ditta li offriet is-servizz tagħha u ma ġietx aċċettata.
Leg 9 PQ #29047 Sitting 625 2001-10-24 Oral · Final From: JOE CILIA To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Mużewijiet u Postijiet Storiċi

Question

Jista' l-Ministru jispeċifika wieħed wieħed il-Mużewijiet u postijiet storiċi oħra li l-Maltin jistgħu jżuru bla ħlas u kull meta?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li l-Mużewijiet u postijiet storiċi kollha minbarra l-Ipoġew ta' Ħal-Saflieni jkunu miftuħin biex il-Maltin jistgħu jżuruhom bla ħlas. Dan jistgħu jagħmluh kull l-aħħar Ħadd tax-xahar.
Leg 9 PQ #28881 Sitting 624 2001-10-23 Oral · Final From: CHRIS AGIUS To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Tieni Distrett Elettorali

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm għaddew studenti għall-Junior Lyceum mill-iskejjel fit-Tieni Distrett Elettorali din is-sena? Jista' jaqsamhom skond il-lokalita?

Response (GALEA, LOUIS)

In-numru ta' studenti li għaddew għall-Junior Luceum mill-iskejjel fit-Tieni Distrett Elettorali din is-sena hu kif ġej. Lokalita` Għaddew Birgu 17 Bormla 8 Fgura 87 Isla 7 Kalkara 19 Xgħajra 5 Żabbar 100 St Francis, Cospicua 61 Total 304 Dan it-tagħrif jinsab f'paġni 15 u 16 tar-Rapport ta' l-Eżami tal-Junior Lyceum 2001.
Leg 9 PQ #28882 Sitting 624 2001-10-23 Oral · Final From: CHRIS AGIUS To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Junior College

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm hu n-numru ta' studenti ġodda li qed jattendu l-ewwel sena tal-Junior College, Msida? Minn liema lokalita ġejjin?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li n-numru ta' studenti ġodda li qed jattendu l-ewwel sena tal-Junior College sal-lum ilaħħaq 1354. Ma dan trid iżżid in-numru ta' 149 li qegħdin jirrepetu l-ewwel sena. It-total ta' studenti ta' l-ewwel sena hu 1503. Lista għal-lokalita` li ġejjin minnha qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Leg 9 PQ #28883 Sitting 624 2001-10-23 Oral · Final From: CHRIS AGIUS To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Junior College

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm studenti tal-Junior College, Msida li din is-sena qed jirrepetu l-ewwel u t-tieni sena separatament? Jekk hu possibli jista' jgħid fhiex weħlu dawk li qed jirrepetu?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li fil-Junior College din is-sena qed jirrepetu: 149 student fl-ewwel sena 112 student fit-tieni sena L-ewwel Sena Dawk li qed jirrepetu l-ewwel sena jista' jkun li weħlu f'aktar minn suġġett wieħed. F'tabella 2 li qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra, jidher in-numru ta' studenti li weħlu f'xi suġġett ta' Livell Avvanzat, waqt li f'tabella 3 wieħed isib in-numru ta' studenti li weħlu f'xi suġġett ta' Livell Intermedju. It-Tieni Sena Hawn 112 student li qed jirrepetu it-tieni sena tal-Junior College. Dawn qegħdin jirrepetu għax ma ġabux iċ-ċertifikat tal-Matrikola jew is-suġġetti li riedu jew biex jidħlu għall-kors ta' l-Universita` li għażlu. M'għandniex elenku tas-suġġetti li dawn l-istudenti weħlu fihom.
Leg 9 PQ #28885 Sitting 624 2001-10-23 Oral · Final From: CHRIS AGIUS To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Universita'

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm hu n-numru ta' studenti li qed jattendu l-ewwel sena fl-Universita'? Min liema lokalita' ġejjin?

Response (GALEA, LOUIS)

Lista bin-numru ta' studenti li qed jattendu l-ewwel sena ta' korsijiet li jwasslu għal ċertifikat, diploma jew grad undergraduate fl-Universita` u mil-liema lokalita` ġejjin qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Leg 9 PQ #28886 Sitting 624 2001-10-23 Oral · Final From: CHRIS AGIUS To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Junior Lyceum Maria Regina

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm studenti jattendu l-Junior Lyceum Maria Regina, Ħamrun? Jista' jaqsamhom skond il-klassi u minn liema lokalita' ġejjin?

Response (GALEA, LOUIS)

L-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Leg 9 PQ #28895 Sitting 624 2001-10-23 Oral · Final From: EVARIST BARTOLO To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Skola Sekondarja

Question

Jista' l-Ministru jara li jsir sforz biex l-istudent li ismu qed jintbagħat separatament li jattendi l-iskola sekondarja tal-Gzira Antonio Bosio jibbenefika mill-esperjenza edukattiva u jegħleb id-diffikultajiet li għandu bħalissa fl-iskola?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li skond ir-rapport tas-surmast, sar u għadu jsir ħafna biex l-istudent imsemmi, li jattendi l-iskola Sekondarja tal-Gżira, Antonio Bosio, jieħu l-massimu possibli ta' edukazzjoni u jegħleb id-diffikultajiet li għandu.
Leg 9 PQ #28896 Sitting 624 2001-10-23 Oral · Final From: EVARIST BARTOLO To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Institut għall-Inġinerja Elettronika

Question

Jista' l-Ministru jgħid xi kwalifiki u x'esperjenza ta' amministrazzjoni għandu l-persua li nħatar bħala kap ta' l-Istitut għall-Inġinerja Elettronika ?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li l-Bord ta' l-Għażla ssodisfa ruħu dwar il-kwalifiki meħtieġa tal-Kap ta' l-Istitut għall-Inġinerija Elettronika fl-MCAST u rrakkomanda l-għażla tiegħu lill-Bord tal-Gvernaturi. Il-persuna konċernata ilu jgħallem f'dan il-qasam għal aktar minn ħmistax il-sena fil-Fellenberg Training Centre u istituzzjonijiet oħra. Għandu wkoll esperjenza diretta ta' superviżjoni u amminstrazzjoni . Barra minn kwalifiki oħra l-persuna għandha wkoll B.Sc f'Computing and Mathematics.
Leg 9 PQ #28898 Sitting 624 2001-10-23 Oral · Final From: EVARIST BARTOLO To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Institute of Health Care

Question

Jista' l-Ministru jgħid kif marru l-istudenti tal-kors tal-Fiżjoterapija ta' l-Institute of Health Care li temmew l-edukazzjoni tagħhom din is-sena? Kemm għaddew mill-eżamijiet finali? Kemm waħlu? F' hiex waħlu? Jistgħu jerġgħu jagħmlu mill-ġdid l-eżami li jkunu weħlu minnu?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li 14-il student temmew b'suċċess il-kors tal-Fiżjoterapija wara erba' snin studju. Ebda student li beda l-kors erba' snin ilu ma weħel mill-kors. Ma' dawn kien hemm żewġ studenti li kienu bdew il-kors sena qabel u kienu qed jirrepetu l-aħħar sena. It-tnejn li huma ma kinux eliġibbli biex joqgħodu għall-eżami f'Ġunju peress li ma ssodisfawx il-kundizzjonijiet li sarulhom meta tħallew jirrepetu s-sena. Huma għamlu l-eżami f'Settembru u weħlu mill-eżami prattiku. Il-każ tagħhom issa jrid ikun deċiż mill-Bord ta' l-Institute skond ir-regolamenti.
Leg 9 PQ #28982 Sitting 624 2001-10-23 Oral · Final From: CARMELO ABELA To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Bordijiet u Kummisjonijiet

Question

B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari nru. 28510, jista' l-Ministru jagħti l-informazzjoni skond l-etajiet li dawn il-persuni għandhom maqsuma f'dawk li huma anqas minn 29 sena, bejn it-30 u l-45 sena u 'l fuq minn 46 sena?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li l-informazzjoni li qed tintalab m'hijiex kollha aċċessibli u nstabu xi diffikultajiet biex tkun magħrufa l-eta` ta' uħud mill-individwi meta ġew avviċinati. Għalhekk ma' tistax tingħata risposta kompleta.
Leg 9 PQ #28773 Sitting 623 2001-10-23 Oral · Final From: EVARIST BARTOLO To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Studenti — Trasport

Question

Jista' l-Ministru jara li jkun hemm servizz regulari ta' trasport għall-istudenti li minn San Ġiljan imorru fl-iskola sekondarja tas-subien tal-Gzira għan il-karozza qad mhix qed tiġi biex teħodhom jew iġġibhom lura mill-iskola?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li r-rotta regolari hi kif se nsemmi: It-trasport fil-għodu jitlaq fis-7.30am mis-Savoy Bus Terminus, Balluta u San Ġiljan għall-Gżira u fil-għaxija jagħmel l-istess rotta.