Jista’ l-Ministru jgħid jekk il-manutenzjoni ta’ Triq il-Karmnu, Ħal Tarxien, hijiex responsabilità tal-Kunsill Lokali Tarxien jew ta’ Transport Malta?
Response (MIZZI, JOE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li t-triq in kwistjoni ma taqax taħt ir-responsabbilta’ ta’ Transport Malta.
B’referenza għall-mistoqsija parlamentari 16591 rigward bini ta’ culverts biex jilqgħu l-ilma tax-xita fi Triq Dun Marju f’Ħal Qormi u peress li l-problema tal-ilma tal-għargħar tmur lil hinn u hija akbar minn sempliċiment il-parti li tibda minn Triq San Ġorġ u tibqa' sejra sa Triq il-Wied, jista' l-Ministru jikkonsidra li jibni l-culverts tul Triq Dun Marju kollha?
Response (MIZZI, JOE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li jien ninsab infurmat li l-problema ta’ għargħar fi Triq Dun Marju f’Ħal Qormi hi l-aktar kritika fin-naħa t’isfel tat-triq. Għal dan il-għan, ser isiru culverts biex jinġabar l-ilma tax-xita minn fejn Triq Dun Marju tiltaqa’ ma’ Triq San Ġorġ sa Triq il-Wied.
Baħar iċ-Ċagħaq – Triq il-Kosta – landscaping — siġar u arbuxelli
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kemm u x’tip ta’ siġar u arbuxelli se jitħawwlu bħala parti mill-landscaping fi Triq il-Kosta, Baħar iċ-Ċagħaq?
Response (MIZZI, JOE)
Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba li ngħatat għall-Mistoqsija Parlamentari 16044 fejn ġie ndikat li l-proposti għal-landscaping għadhom qed jiġu ppreparati. Pero’, ta’ min isemmi wkoll li f’dawn il-proposti se tingħata preferenza lil speċi ta’ siġar u arbuxelli ndiġeni, meta u fejn dan ikun possibli u għaqli.
Kastilja – qlugħ ta’ siġar fil-pjazza — ħlas lill-konsulent
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kemm tħallas il-konsulent li nġieb mill-Ingilterra li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament għal xogħol li għamel fil-qlugħ tas-siġar li kien hemm fil-pjazza ta’ quddiem Kastilja? X’inhi r-raġuni li ma ntużawx konsulenti Maltin għal dan ix-xogħol?
Response (MIZZI, JOE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-ħlas sa issa li ngħata lill-konsulent li d-dettalji tiegħu qed jingħataw separatament huwa ta’ €4832.52. Dan il-konsulent ġie mqabbad fuq ċaqliq tas-sigar bi qbil bejn il-GHRC u Flimkien għal Ambjent Aħjar.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm kienu l-ispejjeż inkluż l-akkomodazzjoni biex il-konsulent li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament jinġieb Malta?
Response (MIZZI, JOE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-ispejjeż sa issa biex il-konsulent li d-dettalji tiegħu qed jingħataw separatament, jinġieb Malta, inkluż l-akkomodazzjoni kienu ta’ €2117.89.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm ġew maqlugħa siġar mill-pjazza ta' quddiem Kastilja u x'tip ta' siġar kienu? Dawn reġgħu tħawlu x'imkien ieħor? Jekk fl-affermattiv, jista’ l-Ministru jgħid fejn tħawwlu dawn is-siġar?
Response (MIZZI, JOE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li 33 minn 45 siġra li kien hemm fil-pjazza fid-data li beda jaħdem il-kuntrattur kienu fil-pjan li jintmissu. Dan ifisser li 12-il siġra ma ntmissux filwaqt li 2 siġriet mit-33 li ntmissu ma ġewx salvati. Is-siġar ġew imħawwla mill-ġdid kif ġej:
- 3
Cupressus Sempervirens
/ 2
Pinus Halipensis
fi pjazza Kastilja, Valletta
- 3
Olea Mediterranea
/ 9
Cercis Silliquastrum
fil-ġnien ta’ Hastings, Valletta
- 1
Ficus Elastica
fi Triq Aldo Moro, Marsa
-
4 Ficus Nitida
ħdejn Bieb is-Sultan, Żabbar
- 1
Laurus
/ 1
Cicas
fil-Barrakka ta’ Fuq ,Valletta
- 1
Pinus Halipensis
fil-Pinetum, Pieta’
- 3
Phoenix Canariensis
/ 2
Wasingtonia Filifera
/ 1
Phoenix Dactylifera
fi ġnien Herbert Ganado, Valletta.
Jista' l-Ministru jgħid kemm saru spezzjonijiet ta' vetturi biex jiġi vverifikat jekk jarmux dħaħen aktar milli suppost? X'passi qed jittieħdu biex l-emmissjonijiet tal-vetturi jiġu kkontrollati aħjar?
Response (MIZZI, JOE)
Nitlob lill-Onor. Interpellant jispeċifika għal-liema perjodu qed jirreferi.
Jista' l-Ministru jgħid kemm ġie jiswa l-Parlament il-Ġdid? Jista' jgħid kemm huma running costs inkluż pulizija, staff, dwal, eċċ.? Jista' jgħid kemm kienu jiswew qabel?
Response (MIZZI, JOE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-pagamenti magħmula lill-kuntratturi in konnessjoni mal-binja tal-Parlament il-ġdid sa issa jammontaw għal €38,829,049. Ta’ min isemmi wkoll illi għall-progett kollu ta' bieb il-belt tħallsu €22,588,455 in konnessjoni ma' spejjez ta’ servizzi li mhux biss marbuta mal-binja għat-tlestija tal-Parlament, iżda marbuta wkoll mas-sit kollu biex tlesta bieb il-Belt, it-Teatru, u l-madwar, skont tender li kienet ħarġet għall-proġett kollu. L-istess spiża tikkonsisti f’konsulenza tal-periti tal-proġett innifsu, inġiniera, u konsulenzi oħra, fosthom l-immaniġġjar tal-proġett innifsu. Spejjeż oħra huma l-loġistika, sigurta’, testijiet u mmanniġġjar ta’ l-iskart tal-proġett innifsu u spejjeż oħra relatati ma’ l-istess sit tal-proġett.
Għall-parti l-oħra tal-Mistoqsija Parlamentari rigward ir-running costs , nitlob lill-Onor. Interpellant biex jirreferi l-Mistoqsija lill-iSpeaker tal-Kamra tad-Deputati.
Il-Mosta – Triq il-Kungress Ewkaristiku — Xogħlijiet
Question
Jista’ l-Ministru jgħid jekk Triq il-Kungress Ewkaristiku il-Mosta hijiex se tingħata wiċċ ġdid jew le? Jista’ jgħid jekk il-manutenzjoni li sar fit-triq f’dawn il-jiem kenitx imħallsa mill-Awtorità dwar it-Trasport jew mill-Kunsill?
Response (MIZZI, JOE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li f’dan l-istadju ix-xogħlijiet diġa’ pjanati minn Transport Malta huma xogħlijiet ta’ manutenzjoni fuq il-culvert gratings.
Ix-xogħlijiet li saru reċentament saru minn Transport Malta.
Billi numru ta' xhur ilu kien inawgurat parking fil-Qawra, liema parking mhu xejn ħlief għalqa bit-trab, jista' l-Minstru jieħu l-passi neċessarji biex din l-għalqa tingħata t-tarmak?
Response (MIZZI, JOE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-Ministeru tiegħi kien mitlub jagħti l-assistenza biex l-imsemmija art ma tibqax miżbla u tiġi mnaddfa u mwittija biex issir parkeġġ temporanju tal-vetturi u tkun aċċessibli.
Fiċ-ċirkostanzi, u biex dan is-sit ikun jista’ jintuża bl-aktar mod komdu mis-sewwieqa, ser jittieħdu l-miżuri biex il-wiċċ tal-parkeġġ terġa tiġi mgħoddija b’romblu u tixxarrab kif ikun meħtieġ ħalli dejjem jitnaqqas l-inkonvenjent li jista’ jinħoloq bit-trabijiet.
San Pawl il-Baħar — Triq ix-Xagħra tal-Bandieri - xogħlijiet
Question
Jista' l-Ministru jieħu l-passi neċessarji biex it-triq Ix-Xagħra tal-Bandieri f'San Pawl il-Baħar tingħata t-tarmak, billi issa din l-istess triq hi żviluppata kollha u l-kundizzjoni tal-istess triq qed toħloq bosta inkonvenjenzi lir-residenti?
Response (MIZZI, JOE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li t-triq in kwistjoni tinsab fuq il-lista ta’ toroq li għandhom jiġu asfaltati għall-ewwel darba minn Transport Malta. Ix-Xogħlijiet fuq din it-triq se jsiru skont il-prioritajiet, fondi disponibbli kif ukoll il-proċess tal-akwist tas-servizzi tal-kuntratturi.
Billi parti sostanzjali minn Triq is-Simar, San Pawl il-Baħar hija żviluppata iżda għadha mhux mogħtija t-tarmak, jista' l-Ministru jieħu l-passi neċessarji biex almentu l-parti li hi diġà żviluppata tkun tista' tiġi asfaltata u mogħtija t-tarmak? Jista' jagħti tagħrif dwar liema servizzi għadhom nieqsa minn din it-triq?
Response (MIZZI, JOE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi Triq is-Simar għadha ma ġietx iffurmata u żviluppata skont kif titlob il-liġi u l-policies eżistenti tal-Awtorità. Għaldaqstant, kif diġà ġie mwieġeb diversi drabi, Transport Malta ma tistax tagħmel xogħlijiet għalissa.
Ħal Luqa — Triq li tagħti għal Raħal Ġdid - xogħlijiet fuq ħofra
Question
Jista' l-Ministru jara li jsiru x-xogħlijiet neċessarji biex il-ħofra li tinsab fit-triq ta' Ħal Luqa li tagħti għal ħdejn ir-roundabout ta' ħdejn il-Lidl b'direzzjoni lejn Raħal Ġdid u li ritratt tagħha qed jingħata separatament tiġi rranġata?
Response (MIZZI, JOE)
Nifhem li l-Onor. Interpellant qed jirreferi għal Triq Ħal Qormi, Luqa. Ninforma lill-Onor. Interpellant li Transport Malta diġa’ ħarġet istruzzjonijiet biex isiru x-xogħlijiet neċessarji fuq din il-manhole.
Jista’ l-Ministru jikkonsidra li jagħmel lights maż-zebra crossing fin-naħa ta’ Triq il-Vitorja, f’Ħal Qormi bejn Pjazza Alexandra u Triq tal-Ħlas, biex jitnaqqas il-perikolu għar-residenti?
Response (MIZZI, JOE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li jien ninsab infurmat li minn records ta’ Transport Malta ma hemm l-ebda talba sabiex iz-zebra crossing ta’ Triq Vitorja tiġi upgraded għal pelican crossing.
Jista’ l-Ministru jikkonsidra li jagħmel zebra crossing bil-lights fi Triq l-Imdina, Ħal Qormi fl-inħawi tal-ħanut ta’ Ganza biex jitnaqqas il-perikolu għar-residenti?
Response (MIZZI, JOE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li jien ninsab infurmat li, fil-post fejn qed tiġi ssuġġerita li ssir pelican crossing, id-distanzi ta’ visibilita’ mhux twal biżżejjed skont il-veloċita’ tas-sewqan. Għaldaqstant, dan il-post mhux kkunsidrat bħala adekwat biex jaqsmu n-nies minħabba raġunijiet ta’ saħħa u sigurta’.
Jista’ l-Ministru jgħid jekk il-manutenzjoni ta’ Triq Birżebbuġa, Ħal Tarxien, hijiex responsabilità tal-Kunsill Lokali Tarxien jew ta’ Transport Malta?
Response (MIZZI, JOE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li t-triq in kwistjoni ma taqax taħt ir-responsabilità ta’ Transport Malta.
Jista’ l-Ministru jgħid jekk il-manutenzjoni ta’ Triq il-Fieres, Ħal Tarxien, hijiex responsabilità tal-Kunsill Lokali Tarxien jew ta’ Transport Malta?
Response (MIZZI, JOE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li t-triq in kwistjoni ma taqax taħt ir-responsabilità ta’ Transport Malta.