Legislature:
Category:
Reset
Active:
Leg 9 PQ #21375 Sitting 435 2000-11-24 Oral · Final From: ANGELO FARRUGIA To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

Ex-Malta Electricity Board Employees — Pensjoni

Question

B'referenza għar-risposta tal-mistoqsija parlamentari nru. 19640 li tagħha inti ppreżentajt r-risposta fit-30 ta' Ottubru, 2000 (nru. 20634), jista' l-Ministru jgħid x'possibilitajiet hemm fuq il-kwistjoni ta' ex-Malta Electricity Board Employees li llum qegħdin impjegati ma' l-Enemalta, biex dik li kien ġie mwiegħed lilhom dwar il-pensjoni jiġi mwettaq darba għal dejjem?

Response (BONNICI, JOSEF)

F'dan l-istadju ma għandi xejn xi nżid mat-tweġiba li tajt ghall-mistoqsija numru 20634 waqt is-Seduta numru 411.
Leg 9 PQ #21410 Sitting 435 2000-11-24 Oral · Final From: CHARLES BUHAGIAR To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

W.S.C — Unaccounted for Water

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm kien il-perċentaġġ ta' unaccounted for water kull sena, mill-1990 sal-lum?

Response (BONNICI, JOSEF)

Tajjeb jingħad li l-ġbir ta' informazzjoni ta' "unaccounted for water" f'termini ta' persentaġġi mhix daqstant preċiża u lanqas ma hija spjegazzjoni ċara tal-kundizzjoni u t-telf ta' l-ilma mis-sistema tad-distribuzzjoni ta' l-ilma. L-informazzjoni mitluba hija kif ġej: 1992 59.8% 1993 61.5% 1994 65.0% 1995 64.3% 1996 60.0% 1997 55.4% 1998 58.9% 1999 56.5% 2000 52.7%
Leg 9 PQ #21426 Sitting 435 2000-11-24 Oral · Final From: CHRIS AGIUS To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

Enemalta — Bozza

Question

Jista' l-Ministru jara li ssir bozza fuq 72, Triq PP Caruana, Bormla, peress li qed isiru vendikazzjonijiet ma' faċċati tal-persuni f'din it-triq?

Response (BONNICI, JOSEF)

Il - Korporazzjoni Enemalta ġiet infurmata bit - talba ta' l - Onorevoli Interpellant. Il - Korporazzjoni qed tikkunsidra din it - talba flimkien ma' talbiet simili oħra.
Leg 9 PQ #21430 Sitting 435 2000-11-24 Oral · Final From: ADRIAN VASSALLO To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

Enemalta — Marsa Power Station

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm huwa maħsub li tiswa lill-Enemalta l-spiża li trid tidħol għaliha biex iġġib il-power station tal-Marsa up to EU standards?

Response (BONNICI, JOSEF)

Tajjeb jingħad li fil-Power Station tal-Marsa diġa' qed jittieħdu numru ta' inizjattivi sabiex jitnaqqas l-inkonvenjent għal dawk li joqgħodu fil-lokalitajiet qrib tagħha. Ingħata bidu wkoll għall-proċess maħsub biex tiġi nstallata "combined cycle" oħra f'Delimara sabiex ikun possibbli li l-parti l-qadima tal-Power Station tal-Marsa tiġi "phased out". Ladarba dan iseħħ, ikun possibbli li anke fil-Power Station tal-Marsa tiġi nstallata "combined cycle" minflok l-impjant eżistenti. Dan kollu qed isir irrispettivament mill-proċess ta' sħubija fl-Unjoni Ewropeja.
Leg 9 PQ #21451 Sitting 435 2000-11-24 Oral · Final From: SILVIO PARNIS To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

Telephones — Servizz

Question

Jista' l-Ministru jara li jingħata s-servizz tat-telephone lill-familja ġdida li ġiet toqgħod fl-indirizz indikat li d-dettalji tagħha qed jintbagħtu separatament?

Response (BONNICI, JOSEF)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li minkejja li fit-28 ta' Settembru li għadda l-persuna indikata intbagħatitilha ittra mill-Maltacom fejn ġiet mitluba tersaq biex tiffirma l-kuntratt, din qatt ma tfaċċat. Fit-22 ta' dax-xahar intbaghtitilha ittra simili "by hand" u hekk kif tiffirma jkun jista' jsir it-trasferiment mitlub mill-aktar fis possibbli.
Leg 9 PQ #21453 Sitting 435 2000-11-24 Oral · Final From: SILVIO PARNIS To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

Telephone — Servizz

Question

Jista' l-Ministru jara li jingħata s-servizz tat-telephone lill-persuna, li d-dettalji tagħha qed jintbagħtu separatament, li ilha xi ġimgħat li applikat għal dan is-servizz li fiż-żmenijiet tal-lum huwa tant importanti?

Response (BONNICI, JOSEF)

Jiena nfurmat li s-servizz tat-telefon li applikat għalih il-persuna indikata ma jistax jingħata qabel ma jitħallas kont pendenti ta' Lm232.27 li minħabba li baqa' ma tħallasx is-servizz ġie sospiż u mneħħi għal kollox. Hija l-policy tal-Maltacom li ma jingħatax servizz ġdid qabel ma' abbonat iħallas dak li legalment hu dovut lilha għal servizzi li tkun ipprovdietlu qabel. L-istess policy hija addottata meta jinstab li fl-istess residenza kien hemm linji li kellhom jinqatgħu minħabba nuqqas ta' ħlas.
Leg 9 PQ #21493 Sitting 435 2000-11-24 Oral · Final From: LEO BRINCAT To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

Enemalta — Rapport ta' inkjesta

Question

Jista' l-Ministru jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra r-rapport ta' l-inkjesta li għamlet l-Enemalta dwar il-qtugħ riċenti tad-dawl estensiv li kien hemm fil-power station ħmistax ilu? Min huma l-membri tat-task force li ġiet maħtura? Għal kemm żmien inħatru u x'inhuwa l-brief tagħhom?

Response (BONNICI, JOSEF)

L-inkjesta li għaliha qed jirreferi l-Onorevoli Interpellant għadha ma ġietx konkluża u għaldaqstant ir-rapport ma jistax jitpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra. It-Task Force hija magħmula miċ-Chairman tal-Korporazzjoni il-Professur Robert Ghirlando, mill-Manager tat-Taqsima tal-Ġenerazzjoni l-Inġinier John Pace, mill-Manager tat-Taqsima tad-Distribuzzjoni l-Inġinier Ronald Vella, mid-Diretturi tal-Korporazzjoni Inġinier Arthur Ciantar u s-Sur Simon Vella u mill-ex Chairman tal-Korporazzjoni l-Inġinier Lawrence Ciantar. It-Task Force, li t-terminu tal-ħatra tal-membri tagħha ma ġiex iffissat, ingħatat l-inkarigu li tidentifika x'hemm bżonn isir biex il-problema li nħolqot wara l-ħsara li kien hemm fis-switchboard tal-Power Station tal-Marsa tissolva.
Leg 9 PQ #21105 Sitting 434 2000-11-22 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

Bejjieħa tal-Laħam

Question

Peress li l-bejjiegħa tal-laħam li jbigħu l-laħam lill-konsumaturi lokali, is-self employed iż-żgħar u d-dipartiment tal-protezzjoni tal-konsumatur huma fis-responsabilitajiet tal-Ministeru tiegħek, jista l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentati nru. 20617?

Response (BONNICI, JOSEF)

Tajjeb jingħad li l-mistoqsija numru 2ċ617 kienet dwar 'il-kundizzjoni tal-laħam tal-majjal lokali'. Peress li din il-materja, u cioe' id-dipartiment li huwa responsabbli mill-kundizzjoni tal-laħam tal-majjal ma jiffurmax parti mid-dekasteru li għalih jiena responsabbli, kien għalhekk li jiena weġibt li l-mistoqsija għandha ssir lill-Ministru kkonċernat. Jekk l-Onorevoli Interpellant jagħtini aktar dettalji dwar ir-rapport li għalih qed issir riferenza, u jirriżulta li r-rapport jikkonċerna xi dipartiment jew entita' li tifforma part mid-dekasteru li huwa fir-responsabbilta' tiegħi, inwieġeb il-mistoqsija.
Leg 9 PQ #21334 Sitting 434 2000-11-22 Oral · Final From: JOSEPH M. SAMMUT To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

Freeport

Question

In vista tal-fatt illi l-Freeport huwa zona ta' storbju li qiegħed ikun ta' inkonvenjent għar-residenti ta' Birżebbuga, jista' l-Ministru: (a) jara li d-dħul u l-ħruġ tal-Freeport isir minn banda oħra, 'l bogħod miz-zona residenzjali bħal per eżempju, min-naħa ta' Wied ix-Xaqqa; (b) jara li l-makkinarju li hemm jinbidel u jiġi akkwistat makkinarju li jkun aktar silenzjuż; (c) li l-alarms użati ma jaffettwawx Birzebbuga kollha iżda l-Freeport; u(d) li jinbena buffer zone sabiex kemm jista' jkun jassorbi dawn il-ħsejjes?

Response (BONNICI, JOSEF)

Is-suġġerimenti ta' l-Onorevoli Interpellant ġew mgħoddija lill-Korporazzjoni tal-Port Ħieles sabiex jiġu kkunsidrati.
Leg 9 PQ #21308 Sitting 433 2000-11-22 Oral · Final From: JOSEPH M. SAMMUT To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

Qajjenza — Dawl

Question

Jista' l-Ministru jara li Triq il-Daqqaqa, Qajjenza, Birżebbuga, tingħata aktar dawl?

Response (BONNICI, JOSEF)

It-talba ta' l-Onorevoli Interpellant ġiet riferita lill-Korporazzjoni Enemalta sabiex issir l-investigazzjoni meħtieġa u jekk ikun il-każ tittieħed l-azzjoni neċessarja.
Leg 9 PQ #21323 Sitting 433 2000-11-22 Oral · Final From: HELENA DALLI To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

Ministeru ta' l-Ekonomija — Bordijiet

Question

Jista' l-Ministru jagħti lista tal-bordijiet li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu bl-ismijiet tan-nies li jiffurmaw dawn il-bordijiet?

Response (BONNICI, JOSEF)

Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba.
Leg 9 PQ #21286 Sitting 432 2000-11-21 Oral · Final From: JOSEPH M. SAMMUT To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

Birżebbuġa — Triq tal-Ġebel - Dawl

Question

Jista' l-Ministru jara li Triq Tal-Ġebel, Birżebbuga, tiġi mixgħula peress li hija ta' perikolu għar-residenti li jridu jimxu fiha fis-sigħat mudlama?

Response (BONNICI, JOSEF)

It-talba ta' l-Onorevoli Interpellant ġiet mgħoddija lill-Korporazzjoni Enemalta sabiex issir l-investigazzjoni neċessarja u jekk ikun il-każ, tittieħed l-azzjoni meħtieġa.
Leg 9 PQ #21292 Sitting 432 2000-11-21 Oral · Final From: LOUIS BUHAGIAR To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

Maltacom — Overtime

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk hemmx xi kwota ta' kemm isir overtime mill-ħaddiema tal-Maltacom? Kemm hija l-kwota? Hemm xi ħaddiema li qabżu din il-kwota? Dawn se jitħallsu ta' dawk is-sigħat żejda fuq il-kwota?

Response (BONNICI, JOSEF)

L-informazzjoni mitluba qed tinġabar u tweġiba tingħata f'xi Seduta oħra. Dwar is-suġġett tas-sahra fil-Maltacom, nissuġġerixxi lill-Onorevoli Interpellant jirreferi għat-tweġiba li tajt għall-mistoqsija numru 18868 waqt is-Seduta numru 377.
Leg 9 PQ #21295 Sitting 432 2000-11-21 Oral · Final From: CHRIS AGIUS To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

Telephone — Servizz

Question

Jista' l-Ministru jara li jsir xi ħaġa sabiex il-persuna li d-dettalji tagħha qed jintbagħtu separatament ikollha lura s-servizz tat-telefon li ilu maqtugħ mill-4 ta' Novembru, u ilha tirrapporta ħafna?

Response (BONNICI, JOSEF)

L-ilment ta' l-Onorevoli Interpellant ġie mgħoddi lill-Maltacom sabiex issir l-investigazzjoni meħtieġa u jekk ikun il-każ tittieħed l-azzjoni neċessarja.
Leg 9 PQ #21297 Sitting 432 2000-11-21 Oral · Final From: JOSEPH M. SAMMUT To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

Qajjenza — Dawl

Question

Jista' l-Ministru jara li l-parti tal-Qajjenza, Birżebbuga, tiġi aktar mdawwla?

Response (BONNICI, JOSEF)

Il-Korporazzjoni Enemalta ġiet mgħarrfa bit-talba ta' l-Onorevoli Interpellant. Wara li ssir l-investigazzjoni meħtieġa, jekk ikun il-każ, tittieħed l-azzjoni neċessarja.
Leg 9 PQ #21335 Sitting 432 2000-11-21 Oral · Final From: SILVIO PARNIS To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

Għajnuna Soċjali

Question

Jista' l-Ministru jirrispondi l-mistoqsija parlamentari numru 21187, li oriġinarjament kienet saret lill-Viċi Prim Ministru u Ministru għall-Politika Soċjali u li ġiet riferuta lilek u ċioe': jista' jara li tiġi kkonsidrata mill-aktar fis l-applikazzjoni għall-apparat mat-telephone għal min huwa nieqes mis-smiegħ ta' koppja anzjana li l-partikolaritajiet tagħha qed jintbagħtu separatament, minħabba l-urġenza tal-każ?

Response (BONNICI, JOSEF)

It-talba ta' l-Onorevoli Interpellant ġiet riferita lill-Maltacom għall-kunsiderazzjoni tagħha.
Leg 9 PQ #21045 Sitting 431 2000-11-21 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

Air Malta — Impjegati

Question

Jista' l-Ministru jinfurmana bl-iżviluppi li l-Air Malta kellha rigward it-talbiet pendenti għal kundizzjonijiet aħjar li għandhom il-bdoti/kaptana u l-Ist officers reġistrati ma' l-Air Malta? Jista' l-Ministru jara li dawn it-talbiet jiġu rimedjati sabiex tintem din il-problema li teżisti bejn il-bdoti, kaptana, eċċ. u l-Air Malta?

Response (BONNICI, JOSEF)

Peress li bħalissa għaddejjin negozjati bejn l-Air Malta u l-union tal-Piloti dwar ftehim kollettiv ġdid, ma naħsibx li jkun prudenti li f'dan l-istadju jingħataw dettalji.
Leg 9 PQ #21046 Sitting 431 2000-11-21 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

Rabat — Vjal il-Ħaddiema

Question

Jista' l-Ministru ġentilment jara li ssir investigazzjoni sabiex ikun stabilit għaliex l-ispiera fl-inħawi ta' Sanok fi Vjal il-Ħaddiema, Rabat, qed tfur wara li tagħmel ix-xita? Peress li dan il-fawran jirriżulta li nħoloq wara li saru xi xogħlijiet fl-inħawi, jista' l-Ministru jara min kien responsabbli minn dawn ix-xogħlijiet?

Response (BONNICI, JOSEF)

Ninsab infurmat li minn investigazzjonijiet li saru mill-Korporazzjoni għas-Servizzi ta' l-Ilma irriżulta li l-ispiera li qed issir riferenza għaliha mhix spiera ta' l-ilma tax-xorb iżda spiera tad-drenaġġ.
Leg 9 PQ #21232 Sitting 430 2000-11-20 Oral · Final From: JOSEPH CUSCHIERI To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

Dipartiment ta' l-Istatistika — Ħaddiema Ġodda

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari nru. 19397?

Response (BONNICI, JOSEF)

Jiena nfurmat li matul il-perjodu li għalih qed issir riferenza ġew impjegati tlettax-il Statistician u erba' Casual Substitute Clerks fl-Uffiċju Ċentrali ta' l-Istatistika. L-istatisticians ġew impjegati wara sejħa għall-applikazzjonijiet li kienet pubblikata fil-Gazzetta tal-Gvern tal-25 ta' Jannar 2000. L-iskrivani ġew impjegati wara li ġew provduti listi ta' persuni mill-Korporazzjoni tax-Xogħol u Taħriġ. Ta' min jgħid li ftit taż-żmien wara li ġew impjegati, irriżenjaw Statistician u Casual Substitute Clerk.
Leg 9 PQ #21259 Sitting 430 2000-11-20 Oral · Final From: ANGELO FARRUGIA To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

Mellieħa — Triq l-Assedju l-Kbir

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'qed iżomm milli jsiru aktar street lighting fid-dawra ta' Triq l-Assedju l-Kbir, Mellieħa, li tidħol għal ground tal-football u li hija ffrekwentata mir-residenti u miż-żgħażagħ?

Response (BONNICI, JOSEF)

It-talba ta' l-Onorevoli Interpellant ġiet riferita lill-Korporazzjoni Enemalta sabiex tiġi kkunsidrata.