B’referenza għar-risposta għall-mistoqsija parlamentari 26198, jista’ l-Ministru jikkonferma li l-ismijiet tal-membri tal-Kunsill tas-Saħħa (kif stabbilit minn artiklu 17 tal-Att dwar is-Saħħa) li kienu qed jidhru fuq il-website tal-Gvern sas-16 ta’ Ġunju 2016, iltaqa’ l-aħħar meta l-Onor. Godfrey Farrugia kien Ministru tas-Saħħa, u ma ltaqa’ qatt taħt il-Ministru Konrad Mizzi u se jiġi ffurmat issa għax saret din il-Mistoqsija Parlamentari?
B’referenza għar-risposta għall-mistoqsija parlamentari 26193, jista’ l-Ministru jgħid, minn dawn il-185 pazjent li ddaħlu fl-Isptar Monte Carmeli bejn l-1 ta’ Mejju u s-6 ta’ Ġunju 2016, kemm pazjenti kienu:
i. Maltin;
ii. barranin;
iii. nisa;
iv. irġiel; u
v. taħt it-18-ilsena?
Response (FEARNE, CHRIS)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi minn 185 pazjent li ddahlu fl-Isptar Monte Karmeli bejn 1 ta’ Mejju u 6 ta’ Gunju 2016 kien hemm 149 maltin u 36 barranin filwaqt li minn dawn kien hemm 138 ragel u 47 mara. Kien hemm ukoll 7 pazjenti taht it-18 il-sena li ddahlu fil-Youth Residence.
B’referenza għar-risposta għall-mistoqsija parlamentari 26193, jista’ l-Ministru jgħid, minn dawn il-185 pazjent li ddaħlu fl-Isptar Monte Carmeli bejn l-1 ta’ Mejju u s-6 ta’ Ġunju 2016, kemm pazjenti kienu taħt l-effett ta’ drogi sintetiċi?
Response (FEARNE, CHRIS)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi minn 185 pazjent li ddaħħlu fl-Isptar Monte Carmeli bejn l-1 ta’ Mejju u s-6 ta’ Ġunju 2016 kien hemm pazjent 1 li kien taħt l-effett ta’ drogi sintetiċi.
B’referenza għar-risposta għall-mistoqsija parlamentari 26193, jista’ l-Ministru jgħid, minn dawn il-185 pazjent li ddaħlu fl-Isptar Monte Carmeli bejn l-1 ta’ Mejju u s-6 ta’ Ġunju 2016, kemm kienu ċittadini tar-Renju Unit? Jista’ jikkonferma li fl-Isptar Monte Carmeli kien hemm żieda ta’ pazjenti mir-Renju Unit? Jista’ jagħti raġuni għal din iż-żieda?
Response (FEARNE, CHRIS)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi bejn l-1 ta’ Mejju u s-6 ta’ Ġunju 2016 kien hemm 5 pazjenti li kienu cittadini tar-Renju Unit mill-185 pazjent li ddaħħlu fl-isptar Monte Carmeli u l-maggor parti minn dawn il-pazjenti kienu fuq btala fil-gzejjer Maltin.
Jista’ l-Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 25723, 25569, 24002, 21476, 14906, 13015, 12329, 8136, 6529 u 5489 u jgħid min kienu l-persuni li appunta fuq bażi ta’ position of trust mid-9 ta’ Marzu 2013 sal-lum? F’kull każ jista’ jgħid:
a. l-isem tal-persuna appuntata;
b. il-pożizzjoni li ġiet appuntata fiha l-persuna;
c. id-data li fiha ġiet appuntata l-persuna;
d. min għażel lill-persuna;
e. il-kwalifiki akkademiċi tal-persuna;
f. x’inhuma s-salarju u l-benefiċċji kollha tal-persuna appuntata;
g. min kien jokkupa l-pożizzjoni qabel, xi grad għandu llum u x’xogħol qed jagħmel illum;
h. jekk il-persuna li kienet tokkupa l-pożizzjoni qabel, kenitx ġiet appuntata fuq il-bażi ta’ position of trust jew wara sejħa ta’ applikazzjonijiet; u
i. jikkonferma jekk il-persuna li kienet tokkupa l-pożizzjoni qabel ġietx imġiegħla tbiddel ix-xogħol tagħha jew inkella talbitx hi stess għal dan?
Response (FEARNE, CHRIS)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi qieghed inpoggi fuq il-mejda tal-kamra t-tabella ta’ persuni li gew appuntati minni bhala Ministru ghas-Sahha.
Konsulent tad-Dijabete – pazjenti jistennew biex jarahom konsulent
Question
Jista’ l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 25560 u 25461 u jgħid kemm hemm pazjenti jistennew biex jarahom konsulent tad-Dijabete?
Response (FEARNE, CHRIS)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li peress illi aktar kmieni din is-sena l-gvern introduca medicini godda fuq il-formularju ghal min ibati bid-dijabete u peress illi dawk il-pazjenti li jistu jgawdu minn introduzzjoni ta’ dawn il-medicini godda ghandhom bzonn vista minghand il-konsulent , in-numru ta’persuni li qed jistennew biex jaraw konsulent tad-dijabete huwa wiehed fluwidu.
San Pawl il-Baħar – Veċċja – samples tal-ilma baħar
Question
Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar jekk kenux meħuda samples tal-ilma baħar fl-inħawi tal-Veċċja, San Pawl il-Baħar u tal-pjazza ta' Buġibba, matul dawn l-aħħar ġimgħat? Jekk iva meta ttieħdu, u x'irriżulta minn dawn is-samples? Billi jidher li l-ilma li qed joħroġ fil-baħar fl-inħawi tal-pjazza ta' Buġibba huwa maħmuġ, jista' jagħti tagħrif dwar jekk kienx hemm ħtieġa li jitwaqqaf l-għawm f'dawn l-inħawi? Jekk iva, meta ħareġ l-avviż dwar dan?
Response (FEARNE, CHRIS)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi d-Direttorat għas-Saħħa Ambjentali jagħmel monitoraġġ tal-ilma baħar billi jittieħdu kampjuni kull gimgha minn siti ufficcjali. Din is-sena l-monitoragg beda mill-gimgħa tas-16 ta’ Mejju u s’issa ttieħdu kampjuni kull ġimgha sat-30 ta’ Ġunju. Miż-żona tal-Veċċa sa’ Perched Beach jiġu monitorati 8 siti hekk kif ġej:
Kodici tas-sitIsem tas-Sit
C 20 Tal-Veċċa
C 21 Barrakuda
C 22 Tax-Xama`
C 23 Tal-Għazzelin
C 24 Siren’s
C 25 Il-Bajja Tal-Bognor
C 26 Bay Square
C 27 Perched Beach
Il-kampjuni kollha li ttieħdu minn dawn is-siti ġew analizzati għal żewġ parametri kif rikjest fl-Avviż Legali 125 tal-2008 u dawn kollha irriżultaw fil-livelli rakkomandati, fil-fatt is-siti kollha ikklassifikaw bħala ta’ kwalita` eċċelenti.
Dan id-Direttorat jista` jikkonferma li l-ilma li ħiereġ mill-katusa tal-ilma tax-xita huwa ilma nadif peress li ttieħdu kampjuni ta’ dan l-ilma.
Dan l-ilma mhu qed iħalli l-ebda mpatt negattiv fuq il-kwalita` tal-ilma baħar f’din iż-żona.
B’referenza għar-risposti għall-mistoqsijiet parlamentari 26340, 26341, 26342 u 26343 u fid-dawl tal-informazzjoni żvelata mill-gazzetta “The Sunday Times of Malta” tas-26 ta’ Ġunju 2016, ma jaħsibx il-Ministru li jkun iktar għaqli li jippubblika l-kuntratti u kull ftehim ieħor mill-aktar fis possibbli milli jistenna sa Novembru 2016 u b’hekk ikun qed iserraħ ras il-poplu u ma jkomplux jiżdiedu l-ispekulazzjonijiet fuq dan il-ftehim?
B’referenza għar-risposta għall-mistoqsija parlamentari 26190, jista’ l-Ministru jgħid jekk l-investitur għandux id-dritt li jagħżel jew le, jekk iġeddidx tali ftehim minn 30 sena għal 99 sena?
Response (FEARNE, CHRIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li s-Services Concession Agreement huwa għall-perjodu ta’ 30 sena.
B’referenza għar-risposta għall-mistoqsija parlamentari 26339, jista’ l-Ministru jikkonferma li l-ħaddiema għadhom ma ngħatawx tali informazzjoni bil-miktub?
B’referenza għar-risposti għall-mistoqsijiet parlamentari 26345, 26346, 26347 u 26348, ma jaħsibx il-Ministru li r-rwol ta’ CEO fl-Isptar Karin Grech immexxi mill-kumpanija li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament se jkollu kunflitt ta’ interess meta jiddeċiedi liema pazjenti se jkunu jistgħu jiġu rilaxxati mill-Isptar Mater Dei biex imorru fl-Isptar Karin Grech u servizzi oħra?
Response (FEARNE, CHRIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-proċess ta’ pazjenti li se jkunu jistgħu jiġu rilaxxati mill-Isptar Mater Dei biex imorru fl-Isptar Karin Grech ħa jibqa kif inhu llum.
B’referenza għar-risposta għall-mistoqsija parlamentari 26344, jista’ l-Ministru jgħid xi ftehim finanzjarju hemm bejn il-kumpanija li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatment u l-Gvern Malti biex is-servizz tal-physiotherapy pool jibqa b’xejn għall-pazjenti tal-Parkinson’s mill-Isptar Mater Dei?
Response (FEARNE, CHRIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-użu tal-hydrotherapy pool għall-pazjenti Maltin u Għawdxin se jkun mingħajr ħlas kif stabbilit fil-Health Services Delivery Agreement bejn il-Gvern u l-kumpanija msemmija minnha.
B’referenza għar-risposta għall-mistoqsija parlamentari 26200, jista’ l-Ministru jgħid kemm hemm talbiet minn konsulenti sabiex pazjenti jieħdu t-trattament bil-Mitomycin u mhux bil-BCG?
Response (FEARNE, CHRIS)
Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 26200 filwaqt li ninfurmha ukoll li beda l-process biex il-Mitomycin jiżdied mal-mediċini disponibbli għat-trattament tal-kanċer.
Sptar Mater Dei – pazjenti bid-dijabete — retinal photography
Question
Jista’ l-Ministru jagħti r-raġuni għalfejn pazjenti li jattendu fil-klinika ta’ dijabete tal-Isptar Mater Dei, ma ssirilhomx retinal photography filwaqt li meta jattendu fil-Health Centres issirilhom?
Response (FEARNE, CHRIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-facilitajiet tar-retinal photography jinsabu għall-użu kliniku kemm f’numru ta’ Ċentri tas-Saħħa kif ukoll fl-Isptar Mater Dei.
Billi fi Triq it-Tamar, kantuniera ma’ Triq Carmelo de Lucca, San Pawl il-Baħar, hemm ilma li ħiereġ kontinwament għal nofs it-triq, liema ilma, skont il-Korporazzjoni għas-Servizzi tal-Ilma mhux ilma tagħha, jista’ l-Ministru jara li d-dipartiment responsabbli, jittestja dan l-ilma, biex jiġi stabbilit minn fejn hu ġej, ħalli jekk ikun il-każ jittieħdu l-passi neċessarji fil-konfront ta' min qed iħalli dan l-ilma fit-triq? Wara li jsiru t-testijiet neċessarji, jista' l-Ministru jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tar-riżultati li jkun hemm?
Response (FEARNE, CHRIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-uffiċjali mid-Direttorat għas-Saħħa Ambjentali qegħdin fil-preżent jinvestigaw ilmenti li daħlu dwar ħruġ ta’ ilma bis-sapun fit-triq indikata.
Minn investigazzjonijiet li saru jirriżulta li l-problema ġejja minn komunikazzjonijiet ta’ magni għall-ħasil tal-ħwejjeġ li ġew mqabbda mas-sistema tal-ilma tax-xita minflok mas-sistema tad-drenagg ġo blokka ta’ sbatax-l appartament. Wara li saru xi testijiet u rriżultaw pożittivi nħarġu avviżi bil-miktub lill-inkwilini li joqogħdu ġo din il-blokka sabiex jirrimedjaw dawn is-sistemi u f’Mejju dawn ġew ikkonfermati li l-ħsara kienet ġie rimedjata. L-investigazzjoni ser titkompla peress li hemm xi inkwilini li ma nstabux u li jista` jkun li għandhom l-istess problema.
Saret spezzjoni oħra fl-24 ta’ Gunju fl-istess Triq fejn ġie kkonfermat li bħalissa ma hemm l-ebda ħruġ t’ ilma mill-blokka msemmija.
Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar jekk kienx hemm xi bidla għal dak li jikkonċerna l-policy marbuta ma' ħruġ ta' permessi ġodda għall-ispiżeriji (pharmacies) fil-lokalitajiet, f'Malta u Għawdex? Kemm-il applikazzjoni hemm pendenti f'kull lokalita? Kemm minn dawn hu mistenni li jingħataw permess biex joperaw? Meta? X'sar minnha t-talba għal spiżerija f'Burmarrad?
Response (FEARNE, CHRIS)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi ma kien hemm l-ebda bidla li tikkonċerna l-policy marbuta ma' ħruġ ta' permessi ġodda għall-ispi¿eriji (pharmacies) fil-lokalitajiet f'Malta u Għawdex.F’Malta u f’Ghawdex bhalissa hawn 330 applikazzjoni pendenti ghall-permessi ta’ ftuh ta’ spizeriji godda. Rigward l-ewwel applikazzjoni pendenti f'Burmarrad ninsab infurmat li hemm kas il-qorti, liema kas għadu għaddej.
(Informazzjoni Addizzjonali: Ara Dokument Nru PL 7452 li tpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra nhar it-Tlieta, 28 ta' Ġunju 2016, f'Seduta 411.)
Jista’ l-Ministru jgħid x’se jiġri mir-Rehab Medicine Ward fl-Isptar Karin Grech meta dan l-isptar jibda jitmexxa mill-kumpanija li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament? Jista jgħid jekk it-tabib li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament, li se jkun qed imexxi l-Isptar Karin Grech, hux se jibqa jmexxi din il-ward? Jekk le, min se jeħodlu postu fit-tmexxija tal-ward?
Response (FEARNE, CHRIS)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi r-Rehab Medicine Ward ser tibqa tiffunzjona l-istess u mmexxija minn grupp ta' professjonisti taht il-gwida tal-persuna msemmija. Il-corporate group tal-kumpanija msemmija minnha, flimkien ma partnership mal-Partners Healthcare International, ser jizguraw tibdil infrastrutturali u flimkien mal - Management ta' l-isptar Karin Grech, jottjenu aktar efficjenza u rizultati klinici ahjar.
Jista’ l-Ministru jgħid jekk is-CEO tal-Isptar Karin Grech, l-individwu li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament, hux se jibqa responsabbli mill-għażla ta’ pazjenti li jiġu trasferiti mill-Isptar Mater Dei għall-Isptar Karen Grech biex titkomplielhom il-kura?
Response (FEARNE, CHRIS)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li permezz tal-private public partnership bejn il-Gvern u l-Vitals Global Healthcare, is-servizzi tas-saħħa offruti għall-pazjenti Maltin u Għawdxin se jkunu qegħdin jagħmlu qabża ta’ kwalita. Permezz ta’ dan il-proġett l-Isptar Karin Grech se jkun sptar ta’ 320 sodda (kollha għall-pazjenti lokali), speċjalizzat fil-ġerjatrija, għaldaqstant anzjani li jkollhom bżonn kura ġerjatrika se jkunu qegħdin jieħdu din il-kura f’dan l-isptar.
Min-naħa l-oħra fl-Isptar San Luqa se jkun qiegħed jispeċjalizza fir-rijabilitazzjoni b’80 sodda għall-użu lokali. Għaldaqstant meta konsulent jirreferi pazjent għar-rijabilitazzjoni, l-pazjent jieħu din il-kura speċjalizzata fl-Isptar modernizzat ta’ San Luqa.