Jikkonferma l-Ministru li l-Pulizija mill-għases tad-distretti qed ikunu ordnati jaħdmu overtime fil-weekend biex ikunu xogħol Paceville?
Response (MALLIA, EMANUEL)
Kif diġa rreferejt għalih fir-risposta numru 3993, ninsab infurmat illi meta jkun hemm il- bżonn li ufficcjali tal-Pulizija jagħmlu xogħol b’overtime ġewwa Paceville, il-prassi hi li l-ewwel uffiċjali li jintalbu jagħmlu dan ix-xogħol, ikunu dawk stazzjonati fid-Distrett rispettiv li taħtu jaqa Paceville, u cioe San Ġiljan.
Jekk id-domanda għal dan ix-xogħol tkun ikbar, allura jintalbu uffiċċjali oħra mid-Distrett numru 6, tas-Sliema. Uffiċjali minn Distretti oħra tar-Regjun B, jintalbu jekk u meta ikun hemm il-bzonn. Barra min dan f’każ li dan ma jkunx bizzejjed it-talba tinfirex għal uffiċċjali fid-Distretti tar-Reġjun A jew inkella mil-Kwartieri Generali tal-Pulizija.
Nista nikkonferma ukoll illi Pulizija mill-għases tad-distretti qed ikunu ordnati jaħdmu overtime fil-weekend ġewwa Paceville skond l-esiġenzi tas-servizz.
Jista’ l-Ministru jispjega għala l-Pulizija tad-Distretti qed ikunu ordnati jaħdmu
overtime
fil-
weekend
biex ikunu xogħol Paceville flok tkun dan ikun fuq bażi volontarja ġaladarba hu
overtime,
u għalhekk barra l-ħinijiet normali tax-xogħol?
Response (MALLIA, EMANUEL)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-Pulizija tad-Distretti qed ikunu ordnati jaħdmu overtime fil-weekend biex ikunu xogħol Paceville minħabba l-esiġenzi tas-servizz. Dan ġeneralment isir fuq bażi volontarja, ovvjament f’kull iventwalita, l-eżiġenzi tas-servizz dejjem iridu jingħataw prijorita’.
Jista’ l-Ministru jgħid għala l-Pulizija li qed ikunu ordnati jaħdmu ġewwa Paceville overtime fil-weekend mhux qed jinkludu wkoll il-Pulizija li hemm jaħdmu fl-uffiċini iżda tad-distretti biss?
Response (MALLIA, EMANUEL)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li ġie nformat ħażin. L-uffiċjali tal-Pulizija li jagħmlu xogħol fl-uffiċini qegħdin jingħataw il-possibilta li jagħmlu over time bħal kollegi tagħhom.
Jista’ l-Ministru jispjega b’liema awtorità l-membru tal-Korp tal-Pulizija li d-dettalji dwaru qed jintbagħtu separatament sikwit jinstema’ jgħid li jrid li l-Pulizija ta’ twemmin Nazzjonalist “ittajjarhom” ilkoll mir-Rabat u jiftaħar fl-għassa li l-Kummissarju tal-Pulizija jisma’ minn dak li jgħidlu hu u issa li hemm il-Gvern tiegħu hu jagħmel li jrid u ħadd ma jista’ għalih? Jikkonferma l-Ministru li dan l-atteġġjament jista’ jnissel firda? X’passi ħa kontra dan il-Membru l-Kummissarju tal-Pulizija?
Response (MALLIA, EMANUEL)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-allegazzjonijiet imsemmija ġew mgħoddija lit-Taqsima tal-Internal Affairs għal investigazzjonijiet meħtieġa. Jekk dan il-każ jiġi verifikat, il-Ministeru jikundanna dan il-kliem u jeżiġi li jittieħdu passi dixxiplinarji.
Jista’ l-Ministru jgħid għala qed ikun hemm kjuwijiet u diżorganizzazzjoni kbira fl-Uffiċċju taċ-Ċittadinanza fl-Evans Building fejn jinħarġu residence permits? Għala qed ikun hemm min jistenna anke ħames sigħat fil-kju?
Response (MALLIA, EMANUEL)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li d-diżorganizzazjoni bdiet f’Jannar tal-2013 taħt l-Amministrazzjoni preċedenti meta d-dipartiment ma kienx ingħata riżorsi u twaqqfu strutturi sabiex jilqgħu għall-isfida li ngħatatlu bl-inkarigu ġdid, meta twaqqfu li jinħargu karti ta’ identita’ lill-barranin u d-dokumenti ta’ residenza li jinħarġu mid-Dipartiment bdew iservu ukoll bħala karta ta’ identifikazzjoni għal dawk il-barranin li jghixu f’Malta.
Minn dak in-nhar il-Ministeru introduċa miżuri biex jorganizza d-Dipartiment li kienu jikkonsistu f’uffiċini moderni, ingaġġ ta’ personnel mad-Dipartiment, possibilita li xi applikazzjonijiet jintbagħatu bil-posta u hiving off ta’ċerti servizzi barra mill-ufficini tad-Dipartiment li għandhom x’jaqsmu mal-ħruġ ta’ dawn il-permessi sabiex ikun aktar effiċjenti fl-operat tiegħu u jnaqqas il-ħin ta’ stennija biex il-klijenti jieħdu servizz mid-Dipartiment.
Jista' l-Ministru jgħid għala r-residence permits qed joħorġu mill-Uffiċċju taċ-Ċittadinanza u mhux mill-bini tad-DOI kif kien sa ftit ġimgħat ilu? Għaliex qiegħed isir dan meta bħalissa għadu għaddej ix-xogħol fuq is-sistema tal-air conditioning?
Response (MALLIA, EMANUEL)
Niġbed l-attenzjoni tal-Onor. Interpellant li ma’ dik il-funzjoni li jamministra u jimplementa l-liġi u policies dwar iċ-ċittadinanza, id-Dipartiment taċ-Ċittadinanza u tal-Expatriates hu inkarigat ukoll mill-ħruġ ta’permessi ta’ residenza u d-dipartiment m’għandu x’jaqsam xejn mad-DOI (Dipartment of Information) ħlief li l-Uffiċju tiegħu sat-12 ta’ Awwissu 2013 kien fl-istess binja tad-DOI, meta minn din id-data d-Dipartiment ġarr għal uffiċini ġodda f’Evans Building minn fejn qed jingħata servizz tal-ħruġ ta’ permessi ta’ residenza.
Permezz ta din il-miżura persuni li jmorru għall residence permit, b’differenza minn qabel jistgħu jistennew f’post adekwat b’waiting area u b’uffiċini li huma ‘air-conditioned’.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm saru reati f’kull lokalità f’Malta u Għawdex, sena b’sena, f’dawn l-aħħar ħames snin (2009-13) u jaqsam l-informazzjoni bejn dawk ir-reati kommessi minn persuni ta’ nazzjonalità Maltija u dawk ta’ nazzjonalità barranija?
Response (MALLIA, EMANUEL)
Ninforma lill-Onor. Interpellant filwaqt li għall l’aħħar parti tal-mistoqsija, t-taghrif hekk kif mitlub mill-Onor. Interpellant mhux disponibbli. Id-dettalji mitluba fl-ewwel parti tad-domanda, tpoġġew fuq il-Mejda tal-Kamra.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm tressqu l-Qorti persuni li għandhom status ta’ refugjat f’dawn l-aħħar ħames snin (2009-13), sena b’sena, u jaqsam l-informazzjoni skont il-kategorija tar-reati rispettivi?
Response (MALLIA, EMANUEL)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li tagħrif se jingħata f'xi seduta oħra.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien hawn f’Malta immigranti irregolari, sena b’sena, f’dawn l-aħħar ħames snin (2009-13)?
Response (MALLIA, EMANUEL)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li n-numru ta’ immigranti illegal li daħlu Malta bil-baħar bejn is-sena 2009 u is-sena 2013, sena b’sena, kien ta’ sitt elef, disa mija u disa u disgħin kif jidher fit-tabella hawn taħt:
Boat arrivals during
2009
1475
2010
47
2011
1579
2012
1890
2013
2008
Total
6999
Korp tal-Pulizija – Ex Membri tal-SAG integrati fl-RIU – pagi
Question
Jista’ l-Ministru jindika, imqar b’mod approssimattiv, kemm hu t-tnaqqis fil-paga kull xahar li sofrew l-ex membri tal-SAG minn meta ġew integrati fir-RIU?
Response (MALLIA, EMANUEL)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li għal darba oħra reġa' ġie informat ħażin. Jekk hemm xi suspett f’xi każ partikolari, nitlob lill-Onor. Membru biex jgħaddihuli b’mod kunfidenzjali sabiex inkun nista' ninvestiga.
Jista’ l-Ministru jindika, imqar b’mod approssimattiv, kemm hu t-tnaqqis fil-paga kull xahar li sofrew il-membri tas-Central Delivery Office (li jqassmu r-referti) wara li ma baqgħux jidħlu extra filgħodu jgħinu lit-Taqsima tat-Traffiku?
Response (MALLIA, EMANUEL)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li għal darboħra reġa' ġie infurmat ħażin.
Nistieden lill-Onor. Membru biex jekk jaf b’xi każ partikolari jgħaddihuli b’mod kunfidenzjali biex inkun nista' ninvestiga.
Korp tal-Pulizija – extra duties fl-Isptar Mater Dei – pagi
Question
Jista’ l-Ministru jindika, imqar b’mod approssimattiv, kemm hu t-tnaqqis fil-paga kull xahar li sofrew il-membri tal-Korp tal-Pulizija li ma baqgħux jagħmlu l-extra duty fil-Mater Dei?
Response (MALLIA, EMANUEL)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li dan il-Ministeru m’għandux l-informazzjoni li qiegħed jitlob, billi l-ħlas ma jsirx mill-Korp tal-Pulizija iżda mill-Isptar Mater Dei. Nitlob lill-Onor. Interpellant jirreferi l-mistoqsija lill-Ministeru konċernat.
Jista’ l-Ministru jispjega għala l-membru tal-Korp tal-Pulizija li d-dettalji dwaru qed jintbagħtu separatament, li għandu ċertifikat mediku li minħabba kundizzjoni f'widnejh dan ma jistax jiġi ordnat fejn jkun hemm l-istorbju (bħal festi, football, basketball, Paceville, eċċ.), liema ċertifikat u letter minute inħarġulu minn wara Marzu 'l hawn, baqa’ jaħdem ġo distrett jekk għandu din il-kundizzjoni, u mhux jaħdem band’ohra bil-light duty? Tħalla fejn hu biex ma jitlifx il-ħlas extra tal-Ħdud u biex ma jkunx bogħod mid-dar tiegħu?
Response (MALLIA, EMANUEL)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li ma naħsibx hu xieraq li nitkellmu dwar kundizzjoni medika ta’ membru tal-Korp tal-Pulizija li jista’ jiġi identifikat fil-pubbliku. Separatament b’mod kunfidenzjali se ngħaddilu l-informazzjoni mitluba.
Jista’ l-Ministru jgħid jekk hu u l-Brigadier tal-Forzi Armati humiex komdi u jaraw bħala aċċettabbli l-kummenti neqsin mid-dekor, b’aċċenn lejn il-Lemin Estrem u insulti li nhar is-Sibt 10 ta’ Awwissu 2013 dehru fuq il-paġna ta’ Facebook tal-persuna li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament?
Response (MALLIA, EMANUEL)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-Brigadier tal-Forzi Armati ta’ dak iż-żmien, kien bgħat għall-Uffiċjal imsemmi u l-kummenti fil-blog imsemmi ġew diskussi. Kienet saret ukoll stqarrija ufficjali mill-uffiċjal konċernat u li ġiet imwieġba mill-Brigadier preċedenti fejn sussegwentament il-każ ġie kkunsidrat bħala eżawrit min-naħa tal-FAM. L-Uffiċjal imsemmi ta garanzija li dawn il-kummenti mhux se jerġgħu jiġu ripetuti.
Ministeru għall-Intern u s-Sigurtà Nazzjonali — overtime
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kemm inħadem overtime fil-Ministeru tiegħu u fl-entitajiet kollha li jaqgħu taħt il-Ministeru tiegħu mid-9 ta’ Marzu 2013 sat-28 ta’ Jannar 2014? Jista’ jipprovdi din iċ-ċifra separatament għal kull entità?
Response (MALLIA, EMANUEL)
Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġibiet li ngħataw fil-leġislatura li għaddiet għal mistoqsijiet parlamentari 6139, 6140, 6142, 6143, 6144, 6145, 6146 u 6147.
Ministeru għall-Intern u s-Sigurtà Nazzjonali — impjegati b'kuntratt indefinit
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kemm kienu l-impjegati fi ħdan il-Ministeru tiegħu li l-kuntratt definit tagħhom sar wieħed indefinit matul Jannar, Frar u Marzu 2013? Jista’, għal kull impjegat jgħid x’kienet id-data ta’ meta l-kuntratt definit tiegħu sar wieħed indefinit? Jista’ jgħid min kien li ffirma kull ittra li biha kull kuntratt definit sar wieħed indefinit? Jista’ jgħid każ b’każ x’kienet il-kariga ta’ kull impjegat? Jista’ jgħid każ b’każ l-istatus li fih l-impjegati kkonċernati ngħataw l-impjieg b’mod indefinit?
Response (MALLIA, EMANUEL)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li b’kollox kien hemm 189 impjegat fejn il-kuntratt definit tagħhom sar wieħed indefinit matul Jannar, Frar u Marzu tal-2013. Il-kumplament tal-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Peress li waqt il-konferenza tal-aħbarijiet li saret fl-1 ta’ Awwissu 2013, fil-preżenza tal-Kap tad-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili, il-Ministru għall-Intern irrefera għal “kodiċi ta’ etika” biex isostni li l-imsemmi Kap tad-Dipartiment ma għandux iwieġeb il-mistoqsijiet tal-media dwar fatti li allegatament seħħew meta l-persuna msemmija kienet tokkupa l-kariga ta’ Kummissarju tal-Pulizija, iżda li tali mistoqsijiet għandhom isiru lill-Ministeru tiegħu, jista’ l-Ministru jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra tali kodiċi ta’ etika fejn jingħad li kap tad-dipartiment ma jistax iwieġeb hu direttament lil media biex jiddefendi l-integrità u l-unur tiegħu, meta ma kienx mistoqsi biex jitkellem dwar public policy jew ħidma uffiċjali governattiva?
Response (MALLIA, EMANUEL)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li jekk wieħed jieħu s-sens tad-diskors tiegħi jinduna li kont qiegħed nirreferi għal fatt li l-etika kienet tiddetta li waqt konferenza tal-aħbarijiet ma’ jsirux mistoqsijiet lil Kap tad-Dipartiment fuq kwistjonijiet li ma’ kellhom x’jaqsmu xejn mal-konferenza tal-aħbarijiet. Nixtieq nfakkar lill-Onorevoli Interpellant li l-Kap tad-Dipartiment imsemmi kien qiegħed jiġi mistoqsi mill-ġurnalisti fuq fatti li ġraw taħt il-Gvern preċedenti meta hu kien kap ta’ Dipartiment ieħor.
Sptar Mater Dei – Emerġenza – preżenza tal-Pulizija
Question
Jista’ l-Ministru jiddikjara jekk huwiex seren u komdu bis-sitwazzjoni fl-Emerġenza tal-Isptar Mater Dei fejn qed ikun hemm ġlied bejn in-nies fl-istennija u anke sitwazzjonijiet fejn nies qed iferu lil xulxin, speċjalment fi tmiem il-ġimgħa, u ma jkun hemm ebda pulizija preżenti biex iżommu l-ordni, peress li nqata’ l-extra jew overtime li kienu jagħmlu l-pulizija fl-Emerġenza?
Response (MALLIA, EMANUEL)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li ma nstabx li kien hemm rapporti ta’ġlied bejn in-nies jew sitwazzjonijiet fejn nies qed iferu lil xulxin, speċjalment fi tmiem il-ġimgħa, fl-istennija tal-Emergenza tal-Isptar Mater Dei bejn l-ewwel ta Awwissu 2013 u Frar ta din is sena. L-uniku inċident rrapurtat li kien hemm din is-sena kien wieħed ta’ argument bejn pazjent li kien qed jistenna nota ta’ rilaxx ma’ tabib wara li dan allegatament dam jistenna. Dan l-argument bejn iż-żewġ persuni involuti sar biss bil-kliem u ma’ kien hemm ebda vjolenza fi¿ika. Ninforma lill-interpellant ukoll illi mhux minnu li ma jkunx hemm pulizija f’dan il-lok. Fil-fatt ikun hemm ¿ewg Pulizija fl-Emergenza tal-Isptar, erbgħa u għoxrin siegħa kuljum, wieħed mid-Distrett ta’ Tas-Sliema u l-ieħor mid-Distrett ta’ Birkirkara u xogħolhom hu li jaraw li tinżamm, l-ordni. Sewwa li wieħed isemmi illi dan l-arrangament fejn ikun hemm ¿ewg Pulizija kull ħin, beda mit 3 ta’ Mejju 2013 u għadu hemm sallum, għaliex qabel kien ikun hemm pulizija wieħed biss kull ħin, dettaljat mil-għassa ta ta-Sliema. Dan barra uffiċċjal tal-Pulizija ieħor li jkun iddettaljat ‘extra duty’ fir-Reception Area tal-istess Sptar.
Sptar Mater Dei – Emerġenza – overtime tal-Pulizija
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kemm ħallas flus f’extra jew overtime fl-aħħar ħames snin il-Korp tal-Pulizija għall-Pulizija li kienu jkunu addetti fl-Emerġenza tal-Isptar Mater Dei?
Response (MALLIA, EMANUEL)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-extra duty li ssir fil-Mater Dei tkopri id-doveri fl-isptar kollu u mhux biss id-Dipartiment tal-Emergenza biss. Din l-extra tithallas mill-awtoritajiet tal-isptar. Fl-aħħar ħames snin il-Korp tal-Pulizija rċeva l-ammont ta’ €754,382.82 għal dan is-servizz.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm saru qabdiet ta’ droga (numru ta’ qabdiet, persuni arrestati u kwantitajiet) f’kull lokalità f’Malta u Għawdex mis-sena 2008 sas-sena 2013, sena b’sena?
Response (MALLIA, EMANUEL)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li r-risposta se titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.