Legislature:
Category:
Reset
Active:

Raħal Ġdid — Asfaltar ta' toroq

Question

Jista' il-Ministru jirrispondi mistoqsijia parlamentari 12721 u jgħid meta se jkun lest il-kumplament ta' l-asfaltar ta' Triq ix-Xewk u Triq Maria Addolorata, Raħal Ġdid, wara x-xogħol estensiv u eċċellenti ta' asfaltar fit-toroq tal-madwar li sar dan l-aħħar mill-gvern ċentrali?

Response (MUGLIETT, JESMOND)

Il-Ministeru għall-Iżvilupp Urban u t-Toroq, mill-ewwel ġimgħat tat-twaqqif tiegħu ħa l-inizjattiva li jindika lill-Awtorita' dwar it-Trasport, il-ħtieġa li s-sitwazzjoni ħażina tat-toroq tiġi indirizzata u jinħarġu t-tenders neċessarji. Fil-fatt il-Ministeru kien ħareġ tenders għal Triq Salvatore Imbroll, Triq tax-Xewk, Triq Carmelo Robinich, kollha f'din iż-żona. L-ebda tender ma kienet sottomessa għal Triq ix-Xewk. Il-Ministeru qiegħed jagħmel ħiltu sabiex jitkompla ix-xogħol fuq Triq Maria Addolorata u tinħareġ it-tender fuq Triq ix-Xewk.

Ħal-Luqa — Triq l-Imgieret

Question

Jista' il-Ministru jgħid għaliex filwaqt li Triq Ħal Qormi f'Ħal-Luqa tinsab magħluqa fil-parti t'isfel ta' Ħal Farruġ, Triq l-Imgieret ġiet magħluqa għat-traffiku wkoll matul dawn l-aħħar jiem, bil-konsegwenza li nħoloq inkonvenjent żejjed għar-residenti ta' Ħal Luqa, fosthom ta' Ħal Farruġ li jridu jduru minn Triq Garibaldi, il-Marsa? Jikkonferma l-Ministru li seta' sar ippjanar aħjar u minflok ma nbdew ix-xogħlijiet fiż-żewġ toroq arterjali, l-ADT setgħet stenniet li jitlesta x-xogħol fil-parti t'isfel ta' Ħal Qormi u wara tingħalaq Triq l-Imgieret?

Response (MUGLIETT, JESMOND)

Ninsab infurmat li minħabba x-xogħlijiet estensivi ta’ kostruzzjoni tal-Ħames Protokol Taljan li għaddejjin bħalissa f’Ħal Luqa, Triq San Tumas, Triq Ħal Luqa u Triq l-Imgieret saru one way fid-direzzjoni lejn Hal Qormi. Triq l-Imgieret hija one way fid-direzzjoni lejn Ħal Qormi bl-eċċezzjoni għall-pubbliku li għandu bżonn jasal l-Imgieret u d-Dipartiment ta’ l-Agrikoltura. Ir-residenti ta’ Ħal Farruġ jistgħu jużaw Triq Ħal Qormi u Triq San Vinċenż de Paola fid-direzzjoni lejn Ħal Luqa. Minħabba n-natura tax-xogħlijiet estensivi ta’ servizzi li qed jitlestew fi Triq Ħal Luqa, Qormi u li dawn iridu jingħaqdu mas-servizzi li ġejjin minn Triq Ħal Qormi, Luqa, fid-dawl ta’ dawn iċ-ċirkustanzi, l-Awtorita’ dwar it-Trasport ippjanat l-aħjar arranġament possibli għat-traffiku f’dawn l-inħawi.

Raħal Ġdid — Asfaltar ta' Triq ix-Xewk u Triq Maria Addolorata

Question

Jista' il-Ministru jirrispondi mistoqsija parlamentari 12721 u jgħid meta se jkun lest il-kumplament ta' l-asfaltar ta' Triq ix-Xewk u Triq Maria Addolorata, f'Raħal Ġdid wara x-xogħol estensiv u eċċellenti ta' asfaltar fit-toroq tal-madwar li sar dan l-aħħar mill-gvern ċentrali?

Response (MUGLIETT, JESMOND)

Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għall-mistoqsija parlamentari numru 13246.

Żurrieq — Triq Kanonku Vincenz Balzan

Question

Jista' il-Ministru jgħid meta huwa ppjanat li Triq Kanonku Vincenz Balzan fiż-Żurrieq tiġi mogħtija wiċċ?

Response (MUGLIETT, JESMOND)

Ninsab infurmat li d-Direttorat għamel l-ispezzjoni meħtieġa fl-imsemmija triq. It-triq qiegħda nkluża fil-lista ta' xogħlijiet li jridu jsiru mid-Direttorat.

Mqabba — Triq is-Sejba

Question

Jista' il-Ministru jgħid x'inhi r-raġuni li Triq is-Sejba fl-Imqabba li dwarha kienet ħarġet sejħa fil-Gazzetta tal-Gvern sabiex tiġi rranġata u l-periklu eżistenti jitneħħa, sal-lum dan ix-xogħol għadu ma sarx?

Response (MUGLIETT, JESMOND)

Ninsab infurmat li fl-aħħar snin ħarġu sejħiet għall-imsemmija triq. Madankollu d-Direttorat qed jagħmel studju kif ukoll stejjem tax-xogħol li jrid isir. Dan ix-xogħol qiegħed fil-lista ta' xogħlijiet li jridu jsiru.

Tigne' — Club houses

Question

Jista’ il-Ministru jgħid min se jieħu l-club houses li jinsabu f’Tigne` u li jiffurmaw parti mill-istess proġett u li kellhom jgħaddu għand l-għaqdiet li kienu jiffurmaw parti mill-Assoċjazzjoni Sportiva Tigne`?

Response (MUGLIETT, JESMOND)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li t-tweġiba tingħata f'seduta oħra.

Ħ'Attard — Triq Emvin Cremona

Question

Jista' il-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 12900 u jgħid jekk l-aħħar parti ta' Triq Emvin Cremona li tmiss ma' Triq P. P. Reubens, f'Ħ'Attard hemmx ħsieb li ta' l-inqas tingħata wiċċ asfalt biex jitnaqqsu t-trabijiet kbar li hemm fiha? Jista' jgħid kemm hu ppjanat li tiġi l-ispiża?

Response (MUGLIETT, JESMOND)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi l-parti ta’ Triq Emvin Cremona li tmiss ma’ Triq P.P.Ruebens, f’Ħ’Attard hija mniżżla fil-lista ta’ toroq li jridu jiġu mibnija u asfaltati mid-Direttorat. L-istima preliminari ta’ din il-parti tat-Triq tammonta għal madwar Lm6,200. Ix-xogħol f’din it-triq isir skond il-prijoritajiet li jirriżulta mill-programm tad-Direttorat.

Chadwick Lakes — Aċċess għall-għelieqi

Question

Jista' il-Ministru jara għaliex l-aċċess għall-bdiewa li għandhom l-għelieqi fl-inħawi taċ-Chadwick Lakes baqa' magħluq u ma jistgħux jidħlu għall-għelieqi tagħhom min-naħa tal-Mosta imma jridu jmorru jduru mar-roundabout ta' l-Imtarfa min-naħa taċ-ċimiterju tas-suldati? Jista' jara li tiġi riżolta din il-problema ta' moħqrija żejda għall-bdiewa, barra spejjeż żejda u ħin mitluf?

Response (MUGLIETT, JESMOND)

Ninsab infurmat li rappreżentanti tal-Awtorita' tat-Trasport iltaqgħu ma' xi wħud mill-bdiewa, liema bdiewa rriżulta li kellhom problema ta’ aċċess għal ġo l-għelieqi tagħhom fl-inħawi ta’ Chadwick Lakes. Fil-jiem li ġejjin l-Awtorita' se tippreżenta soluzzjoni biex il-bdiewa li jkunu ġejjin mill-inħawi tal-Imġarr u l-Mosta jkunu jistgħu jaċċedu għall-egħlieqi fl-inħawi ta’ Chadwick Lakes mingħajr ma jkollhom imorru jduru mar-roundabout li tagħti għall-Imtarfa.

Imtarfa bypass

Question

Jista' il-Ministru jikkonsidra li l-Imtarfa bypass tiddawwal kollha, inkluż il-parti ta' fejn fil-preżent għaddej ix-xogħol fuq il-parti ta' ħdejn iċ-ċimiterju ta' l-Ingliżi?

Response (MUGLIETT, JESMOND)

Ninsab infurmat li meta kienet kostruwita l-by pass tal-Imtarfa kienet ġiet installata l-infrastruttura meħtieġa taħt il-livell tat-triq il-ġdida biex ikunu jistgħu jitwaħħlu l-arbli tad-dawl mingħajr ma ssir ħsara permezz ta’ skavar. Bħalissa qed isiru diskussjonijiet mall-korporazzjoni Enemalta biex jibda l-proċess tat-twaħħil ta’ dawn l-arbli. F’dak li jirrigwarda il-parti ta’ ħdejn iċ-Ċimiterju tal-Ingliżi, l-Awtorita' tghat struzzjoni lill-kuntrattur li qed jopera f’dawk l-inħawi biex d-dawl tat-triq ikun installat bħalha parti mill-pjan ta’ maniġġjar tat-traffiku.

Żvilupp Urban u t-Toroq — Studenti li jagħmlu xogħol fis-sajf

Question

Jista' il-Ministru jgħid jekk hemmx kumpanniji, entitajiet u dipartimenti li jaqgħu taħtu li se jimpjegaw studenti għas-sajf? Jekk fl-affermattiv liema huma, kemm se jiddaħħlu u kif se jintgħażlu?

Response (MUGLIETT, JESMOND)

Ninsab infurmat li l-Ministeru għall-Iżvilupp Urban u t-Toroq applika għal student mill-Universita’ ta’ Malta u għal student b’work placement mill-MCAST. Filwaqt li l-Awtorita’ dwar it-Trasport se timpjega dsatax-il student (19) mill-Universita’ ta’ Malta għas-sajf ta’ 2005 u ma applikatx għal work placements mill-MCAST. Dawn ser jintgħażlu b’konformita’ ma’ l-OPM Circular No 13/2005 – University Students’ Summer Work Opportunities 2005 u OPM Circular No. 24/2005 – Student Work Placements with Malta College of Arts, Science and Technology (MCAST).

Testijiet għal-liċenzja tas-sewqan

Question

Jista' il-Ministru jgħid kemm saru testijiet għal-liċenzja tas-sewqan din is-sena u kemm weħlu?

Response (MUGLIETT, JESMOND)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-mejda tal-Kamra.

Żvilupp Urban u t-Toroq — Ħaddiema/uffiċjali

Question

Matul l-ewwel xhur tas-sena, jista' il-Ministru jgħid kemm kien in-numru ta' ħaddiema/uffiċjali, eċċ. f'entitajiet li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu li tkeċċew/ġew sospiżi mix-xogħol jew immultati xi penali?

Response (MUGLIETT, JESMOND)

Ninsab infurmat li fl-ewwel xhur tas-sena ma kien hemm ħadt li tkeċċa fil-Ministeru għall-Iżvilupp Urban u t-Toroq u f'entitajiet li jaqgħu taħtu. Mill-Awtorita' dwar it-Trasport kien hemm wieħed li ġie u għadu sospiż b'nofs paga, ieħor li ġie sospiż b'nofs paga għal xhar u impjegat ieħor li tnaqqsitlu ġurnata paga.

San Ġwann — Naxxar Road

Question

Jista' il-Ministru jgħid għalfejn hemm dan id-dewmien kollu biex l-ADT tipproċċessa t-talba tal-kunsill lokali ta' San Ġwann biex isiru l-pelican lights maġenb l-iskola fi Vjal Rihan, Naxxar Road? Jista' il-Ministru jara li jsiru dawn il-pelican lights minħabba l-periklu li hemm għat-tfal u l-ġenituri li jkunu jridu jaqsmu għall-iskola?

Response (MUGLIETT, JESMOND)

Ninsab infurmat li minn riċerka li saret fir-records tad-Direttorat għall-Immaniġġjar tat-Traffiku irriżulta li t-talbiet tal-Kunsill Lokali ta’ San Ġwann datati 27 ta’ Ottubru 2003 u 11 ta’ Gunju 2004, kienu biex il-Belisha Crossings eżistenti ħdejn il-flats tal-Gvern isiru Pelican Crossing. Din it-talba ġiet milqugħa u l-installazzjoni ta’ din il-Pelican Crossing qiegħda nkluża fil-lista’ ta’ prijorita ta’ l-Awtorita dwar it-Trasport għall-implimentazzjoni. Bil-għan sabiex tittejjeb is-sigurta’ fil-viċinanzi ta’ l-iskola fuq imsemmija huwa propost li z-zebra crossing eżistenti kantuniera ma’ Vjal in-Naspli tkun imressqa aktar lejn l-iskola u li s-central strip tiġi estiża t-tul tat-triq.

Żvilupp Urban u Toroq — Konsulenti

Question

Jista' il-Ministru jirrispondi mistoqsija parlamentari 10602 u jagħti lista ta' konsulenti jew kumpanniji ta' konsulenza, lokali jew barranin, li l-ministeru, inkluż il-korporazzjonijiet pubbliċi kollha li jaqgħu taħtu, għamel użu minnhom matul l-2004? Fiex kienu jikkonsistu s-servizzi li ngħataw f'kull każ u kemm kienu l-ħlasijiet? Jista' jgħid kemm għad baqa' ħlasijiet li jridu jsiru?

Response (MUGLIETT, JESMOND)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-mejda tal-kamra.

Ħaż-Żebbuġ — Triq Mdina

Question

Jista' il-Ministru jgħid x'inhi r-raġuni għala f'Mdina Road, Ħaż-Żebbuġ - mit-triq tar-Rabat sar-roundabout ta' Cortis - mhux qegħdin jitħallew jgħaddu vetturi tqal?

Response (MUGLIETT, JESMOND)

Ninsab infurmat li s-sinjali tat-traffiku li kienu mwaħħla fi Mdina Road, liema sinjali qed jindikaw biex ma jgħaddux vetturi tqal, kienu ntenzjonati biex ma jgħaddux tali vetturi minn ġot-toroq residenzjali ta' Ħaż Żebbuġ biex jaslu fin-nofs in-nhar ta' Malta.

Ħaż-Żebbuġ — Triq Mdina - xogħlijiet

Question

Jista' il-Ministru jikkonferma li x-xogħol li qiegħed isir bħalissa f'Mdina Road, Ħaż-Żebbuġ - bejn ir-roundabout ta' Cortis u dik tas-Siġġiewi - huwa biss l-ewwel fażi tal-proġett? Jekk fl-affermattiv, fiex tikkonsisti t-tieni fażi?

Response (MUGLIETT, JESMOND)

Ninsab infurmat li x-xogħol li qed isir fi Mdina Road, Ħaż Żebbuġ, bejn ir-roundabout ta' Cortis u dak tas-Siġġiewi huwa l-ewwel fażi tal-proġett. L-iżvilupp fuq l-art li tmiss mat-triq inkwistjoni għal wisgħa ta' madwar sitt metri ser ikun friżat sabiex jekk fil-futur jirriżulta li l-passaġġ tat-traffiku jirrikjedi żieda ta' kareġġjati jkun jista' jsir dan it-twessigħ.

Ħaż-Żebbuġ — Triq Mdina

Question

Jista' il-Ministru jpoġġi fuq il-mejda tal-Kamra kopja tal-pjanta ta' Triq l-Imdina, f'Ħaż-Żebbuġ u fuqha juri fejn se jittieħed l-ilma tax-xita li jinġabar fil-culverts?

Response (MUGLIETT, JESMOND)

It-tweġiba tingħata f'seduta oħra.

Ħaż-Żebbuġ — Triq Mdina

Question

Jista' il-Ministru jpoġġi fuq il-mejda tal-Kamra pjanta ta' Mdina Road, Ħaż-Żebbuġ il-parti bejn ir-roundabout ta' Cortis u t-triq tas-Siġġiewi u juri fejn se jsiru l-pedestrian crossings? X'tip ta' crossing hu propost li jsir?

Response (MUGLIETT, JESMOND)

It-tweġiba tingħata f'seduta oħra.

ADT — Tiġdid ta' permessi ta' chauffeur driven cars

Question

Jista' il-Ministru jgħid x'inhi r-raġuni għala l-awtorita' dwar it-trasport qegħda titlob lis-sidien taċ-chauffeur driven cars kopja ta' l-irċevuti tal-VAT għax-xogħol li jkunu għamlu qabel ma jiġi mġedded il-permess tagħhom?

Response (MUGLIETT, JESMOND)

Ninsab infurmat li l-Awtorita' dwar it-Trasport għandha l-obbligu li tiżgura illi vetturi chauffeur driven ikunu qegħdin jintużaw skond kif titlob il-liġi. Għalhekk qabel it-tiġdid tal-liċenzji hija titlob lis-sidien ta' chauffeur driven cars l-irċevuti tax-xogħol li jkunu wettqu.

Triq fl-Imġarr, Għawdex

Question

Jista' il-Ministru jirrispondi mistoqsija parlamentari 12823 u jgħid meta saret l-aħħar verifika ta' l-istat tat-triq li mill-Imġarr ta' Għawdex tieħu lejn il-bqija tal-gżira peress li din għaddejja minn fuq soqfa b'ħafna ħsara lill-imħażen li hemm? X'irriżulta minn din il-verifika?

Response (MUGLIETT, JESMOND)

It-tweġiba tingħata f'seduta oħra.