Ċentri ta’ matul il-Jum – attivitajiet soċjali – ikel mqassam
Question
Jista’ l-Ministru jara li waqt attivitajiet soċjali li jsiru fiċ-ċentri ta’ matul il-jum jiġi evitat li jitqassam ikel li ma jagħmilx ġid għas-saħħa tal-anzjani?
Response (FARRUGIA, MICHAEL)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li fic-Ċentri kollha ta’ Matul il-Jum jiġi nkoraġġut u provdut regolarment ikel bnin u li huwa tajjeb għas-saħħa filwaqt li f’atttivitajiet Soċjali xi drabi jiġi provdut ukoll ikel tradizzjionali.
Djar tal-Anzjani – pazjenti/residenti bil-Hepatitis B
Question
Jista’ l-Ministru jgħid jekk hemmx pazjenti/residenti preżentement fid-djar tal-anzjani li qed ibatu mill-kundizzjoni tal-Hepatitis B? Jekk iva, jista’ jindika f’liema djar jinsabu?
Response (FARRUGIA, MICHAEL)
Ninforma lil Onor. Interpellant li l-informazzjoni mitluba ghadha qed tingabar u ghal daqs tant it-twegiba tinghata f'seduta ohra
Ħal Tarxien – Triq Fieres u Triq Dun Ġwann Mamo — garaxxijiet
Question
Jista’ l-Ministru jgħid jekk hemmx garaxxijiet vojta fi Triq Fieres u fi Triq Dun Ġwann Mamo f’Ħal Tarxien? Liema huma?
Response (FARRUGIA, MICHAEL)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li fiż-żewġ toroq imsemmija (Triq il-Fieres u Triq Dun Ġwann Mamo Ħal-Tarxien) l-Awtorità tad-Djar m’għanda l-ebda garaxx.
B'referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 13333 jista' l-Ministru jgħid x'kien ir-riżultat peress li meta l-individwu kkunttatja lill-Awtorità tad-Djar, infurmawh li mhemmx indikazzjoni li l-każ qed jiġi diskuss?
Response (FARRUGIA, MICHAEL)
Ninforma lil Onor. Interpellant li l-informazzjoni mitluba ghadha qed tingabar u ghal daqs tant it-twegiba tinghata f'seduta ohra.
European Aid Programme – Tqassim ta’ ikel – tender
Question
B’referenza għat-tender “Call for Partner Organisation – Call for Volunatary Organisation and/or Public Bodies to become Partners to the Ministry for the Family and Solidarity for the Distribution of Food Packages under the Fund for the European Aid to the Most Deprived” li ħarġet fit-28 ta’ Novembru 2014, jista’ l-Ministru jgħid jekk dan it-tender ġiex evalwat u jekk iva, min huma l-organizzazzjonijiet li rebħu dan it-tender?
Response (FARRUGIA, MICHAEL)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi l-evalwazzjoni għadha mhix konkluża u għaldaqstant m’inix f’pożizzjoni għalissa li nagħti aktar informazzjoni f’dan ir-rigward.
Jista’ l-Ministru jara l-każ tal-persuna li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament peress li dan il-każ jeħtieġ attenzjoni urġenti skont kif jirriżulta mill-assessment li sar mis-social worker datat 21 ta’ Marzu 2014 mibgħut lill-Awtorità tad-Djar?
Response (FARRUGIA, MICHAEL)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li s-social assessment li qed issir referenza għalih sar fis-17 ta’ Novembru 2014 sabiex tiġi determinata l-prijorita’ tal-każ. Dan il-kaz qed jingħata l-attenzjoni meħtieġa.
Ministeru għall-Familja u Solidarjetà Soċjali – konsulenti ġodda
Question
B’referenza għat-tweġiba għall-mistoqsija parlamentari 13306, jista’ l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tal-kuntratti tal-konsulenti msemmija li għadhom bil-kuntratt sal-lum?
Response (FARRUGIA, MICHAEL)
Ninforma lill-Onor Interpellant li l-informazzjoni qed tingabar u ghal daqs tant it-twegiba tinghata f’seduta ohra.
B’referenza għat-tweġiba għall-mistoqsija parlamentari 7873, jista’ l-Ministru jgħid jekk kienx hemm tibdil fil-lista ta’ arbitri mil-lista msemmija? Jista’ jgħid min huma l-arbitri l-ġodda jekk hemm? Jista’ jgħid kemm huwa l-ħlas ta’ dawn l-arbitri?
Response (FARRUGIA, MICHAEL)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li t-terminu tal-Uffiċċju tad-disa’ Arbitri preżenti jiskadi fit-2 ta’ Frar, 2015.
Il-lista l-gdida tal-Arbitri ser tithabbar aktar ‘l quddiem
Kull Arbitru jitħallas onoraria ta’ €2329.36 fis sena u €25.62 għal kull seduta.
B'referenza għat-tweġiba għall-mistoqsija parlamentari 12493 u r-risposta sussegwenti fejn kont ġejt informat li l-inkwilina kkonċernata ngħatat struzzjonijiet mill-Awtorità tad-Djar sabiex tagħmel it-tiswijiet meħtieġa mmedjatament u peress li jidher li s'issa għadhom ma nbdew l-ebda xħgħlijiet u riżultat t'hekk nieżel ammont ta' ilma fl-appartament ndikat bil-konsegwenzi li jġib miegħu, jista l-Ministru jinvestiga dan il-każ?
Response (FARRUGIA, MICHAEL)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li reġgħet saret spezzjoni minn uffiċjali tal-Awtorita’ tad-Djar fejn ġie kkonfermat li, minkejja l-istruzzjonijiet li ingħatat l-inkwilina kkonċernata, għadha m’għamlitx it-tiswijiet meħtieġa fil-kamra tal-banju tagħha, b’konsegwenza li qed jixxarrab il-ħajt u s-saqaf tal-appartamnet ta’ taħt. Il-każ ser jiġi mgħoddi lill-uffiċċju legali biex tintbagħat ittra uffiċċjali lill-inkwilina li hija responsabbli biex tagħmel it-tiswijiet.
Awtorità tad-Djar — blokka mingħajr dawl fil-komun
Question
Jista' l-Ministru jara għaliex il-blokka li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament taħt l-Iskema tal-Awtorità tad-Djar, ilha x-xhur mingħajr dawl
elettriku fil-komun tal-istess blokka? Jista' jirrimedja s-sitwazzjoni mingħajr aktar dewmien?
Response (FARRUGIA, MICHAEL)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-każ imsemmi jitratta dwar appartamenti ta’ sidien privati li ġew mikrija mill-Awtorita’ tad-Djar taħt Skema Kiri. L-Awtorita’ qed tagħmel pressjoni fuq is-sid u qed tieħu l-passi neċessarji sabiex jiġi nstallat id-dawl u l-lift fil-komun tal-blokka mill-aktar fis possibbli.
Jista’ l-Ministru jgħid min ħa d-deċiżjoni li jittrasferixxi lill-individwu li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament mill-kariga li huwa kien ilu jokkupa għal dawn l-aħħar snin fis-settur tal-fostering?
Response (FARRUGIA, MICHAEL)
Ninforma lil Onor. Interpellant li l-informazzjoni mitluba għadha qed tinġabar u għal daqstant it-tweġiba tingħata f'seduta oħra
Il-Mellieħa – Ċentru ta’ Matul il-Jum – nuqqas ta’ staff
Question
Jista’ l-Ministru jara li fiċ-ċentru ta’ matul il-jum tal-Mellieħa tiġi solvuta l-problema ta’ nuqqas ta’ staff li teżisti preżentement?
Response (FARRUGIA, MICHAEL)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li bħalissa għaddej eżerċizzju biex jiġu indirizzati in-nuqqasijiet li akkumulaw matul is-snin, speċjalment taħt l-amministrazzjoni preċedenti.
Il-Mellieħa – Ċentru ta’ Matul il-Jum — Kompjuters
Question
Jista’ l-Ministru jara li l-faċilitajiet tal-IT fosthom kompjuters li hemm fiċ-ċentru ta’ matul il-jum fil-Mellieħa jerġgħu jibdew jagħmlu użu minnhom l-anzjani li jattendu l-istess Ċentru u dan peress li ilhom ma jinxtegħlu għal aktar minn sena?
Response (FARRUGIA, MICHAEL)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-komputers li hemm fiċ-Ċentri ta’ Matul il-Jum qegħdin għall-użu tal-anzjani. L-anzjani jiġu nkoraġġiti sabiex jagħmlu użu minnhom u għandhom il-liberta’ li jiddeċiedu li jużaw il-komputers meta u x’ħin iridu.
Il-Mellieħa – Ċentru ta’ Matul il-Jum – korsijiet tal-kompjuter
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kemm ilu ma jiġi organizzat kors tal-kompjuter fiċ-ċentru ta’ matul il-jum fil-Mellieħa meta fl-istess ċentru hemm il-faċilità fil-post ta’ numru ta’ kompjuters?
Response (FARRUGIA, MICHAEL)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li fiċ-ċentru tal-Mellieħa li l-aħħar kors tal-kompjuter li sar mall-Kunsill Lokali tal-Mellieħa sar f’Novembru 2012. Madanakollu kif diga gie mhabbar mis-Segretarjat Parlamentari fil-Mellieha wkoll ser jibdew jingħataw korsijiet tal-Informazzjoni Teknoloġika b’kollaborazzjoni mal-MCA fil-granet li gejjin.
Jista’ l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 13349 u jara li jsir kuntatt ma’ dan l-anzjan li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament rigward każ ta’ home help?
Response (FARRUGIA, MICHAEL)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi l-persuna msemmija ilha tibbenefika mis-Servizz tal-Home Help minn Marzu 2005. Din il-persuna għamlet talba t’estensjoni ta’ siegħat għal dan is-servizz fejn għad trid tiġi kkunsidrata mill-Bord tal-Allokazzjoni.
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 13334 u jara l-każ tal-persuna li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament rigward applikazzjoni għall-home help?
Response (FARRUGIA, MICHAEL)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi s-servizz tal-Home Help għall-persuna msemmija ġie approvat fis-26 ta’ Novembru 2014 u kien ippjanat li jibda fit-13 ta’ Jannar 2015. Pero, qabel l-introduzzjoni tas-servizz, id-Dipartiment ġie nfurmat li l-persuna msemmija daħlet l-sptar u li meta tiġi rrilaxxata ser tmur toqgħod għand il-familjari tagħha. Il-familjari għandhom jinfurmaw lid-Dipartiment meta u jekk il-persuna msemmija tmur tgħix fir-residenza tagħha biex b’hekk jibda jingħata s-Servizz tal-Home Help.
Jista’ l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 13324 u jara l-każ tal-individwu li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament, peress li l-inkwilini tal-appartamenti qed jilmentaw bl-ammont ta’ moffa li qed ikun fihom? Jista’ jgħid jekk hux se jsir xi xogħol biex din il-problema titranġa?
Response (FARRUGIA, MICHAEL)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi l-Awtorita’ tad-Djar hija responsabli biex taghmel xoghlojiet ta’ tiswija strutturali f’appartament li jkunu mikrija fil-waqt li l-inkwilini huma responsabli biex jaghmlu l-manutenzjoni regolari necessarja fil-post. Ghal daqs tant ix-xoghlijiet imsemmija jitqiesu bhala xoghol ta’ manutenzjoni li ghandu jsir mill-inkwilin.