Legislature:
Category:
Reset
Active:

Ministeru għall-Enerġija u s-Saħħa — direct orders

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm ingħataw direct orders mill-entitajiet li jiffurmaw parti mid-dekasteru tiegħu mit-30 ta’ Settembru 2013 sal-1 ta’ Ottubru 2014? Jista’ jgħid f’kull każ għaliex ġie deċiż li tinħareġ direct order?

Response (MIZZI, KONRAD)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-informazzjoni għadha qed tinġabar.

Applikazzjonijiet għal Emergency Ambulance Respondent

Question

B’referenza għas-sejħa għall-applikazzjoni għall-post ta’ Emergency Ambulance Respondent, jista’ l-Ministru jgħid kemm hemm postijiet vakanti għal dan il-post f’Malta u Għawdex separatament?

Response (MIZZI, KONRAD)

Nirreferi għar-risposta li ngħatat għall-mistoqsija parlamentari 10977

Angiograms

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm saru angiograms xahar b’xahar minn Jannar 2011 sa Settembru 2014?

Response (MIZZI, KONRAD)

Ninsab infurmat li n-numru ta’ angiograms rreġistrati li saru xahar b’xahar fl-Isptar Mater Dei jidher fit-tabella hawn taħt. Dawn il-figuri jinkludu proċeduri li jkunu ippjanati minn qabel (Elective) kif ukoll dawk li jkunu ta’ natura urġenti (Emergency). Xahar20132014 Jannar /206 Frar/168 Marzu154180 April192185 Mejju172198 Ġunju168222 Lulju204184 Awwissu204130 Settembru160147 Ottubru196/ Novembru163/ Diċembru152/ Totali17651620

Dipartiment tal-Kardjoloġija — discharges

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien hemm discharges fid-Dipartiment tal-Kardjoloġija f’Settembru 2014 u jqabbel dan ma’ Settembru 2013?

Response (MIZZI, KONRAD)

F’Settembru 2013 kien hemm 272 discharge, filwaqt li f’ Settembru 2014, kien hemm 267.

Studenti ggradwati fil-podjatrija — impjieg

Question

Jista’ l-Ministru jgħid sa meta se jiġu ngaġġati dawk kollha li ggradwaw fil-podjatrija din is-sena?

Response (MIZZI, KONRAD)

L-ingaġġ tal-gradwati se jsir fil-ġimgħat li ġejjin skont l-esiġenzi tas-servizz.

Studenti ggradwati fil-fiżjoterapija — impjieg

Question

Jista’ l-Ministru jgħid sa meta se jiġu ngaġġati dawk kollha li ggradwaw fil-fiżjoterapija din is-sena?

Response (MIZZI, KONRAD)

L-ingaġġ tal-gradwati se jsir fil-ġimgħat li ġejjin skont l-esiġenzi tas-servizz.

Studenti ggradwati fl-occupational therapy — impjieg

Question

Jista’ l-Ministru jgħid sa meta se jiġu ngaġġati dawk kollha li ggradwaw fl-occupational therapy din is-sena?

Response (MIZZI, KONRAD)

L-ingaġġ tal-gradwati se jsir fil-ġimgħat li ġejjin skont l-esiġenzi tas-servizz.

Studenti ggradwati fil-radjografija- impjieg

Question

Jista’ l-Ministru jgħid sa meta se jiġu ngaġġati dawk kollha li ggradwaw fir-radjografija din is-sena?

Response (MIZZI, KONRAD)

L-ingaġġ tal-gradwati se jsir fil-ġimgħat li ġejjin skont l-esiġenzi tas-servizz.

Applikazzjoni għal Dawl — każ ta' individwu

Question

Jista' l-Ministru jara li l-każ tal-individwu li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament peress li mhemmx dawl fit-triq?

Response (MIZZI, KONRAD)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-Enemalta m’għandha l-ebda applikazzjoni pendenti għal dwal ġodda f’dawn l-inħawi. Talbiet għal dwal ġodda f’żoni pubbliċi għandhom isiru lil Kunsill Lokali tal-lokalità kkonċernata.

kont tad-dawl u ilma — każ ta' individwu minn Raħal Ġdid

Question

Jista' l-Ministru jara li jsir kuntatt mal-persuna minn Raħal Ġdid u lid-dettalji dwarha qed jingħataw separatament peress li għandha problema fuq kont tad-dawl u ilma?

Response (MIZZI, KONRAD)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-każ ġie mistħarreġ u sar kuntatt mal-persuna kkonċernata.

waiting list għall-operazzjoni ta' knee replacement — każ ta' persuna minn Ħal-Għaxaq

Question

Jista' l-Ministru jara l-każ tal-persuna minn Ħal Għaxaq li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament dwar waiting list għall-knee replacement?

Response (MIZZI, KONRAD)

Il-każ qed jiġi investigat.

Panelli fotovoltajċi u panelli solari – ġenerazzjoni ta’ elettriku

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm hu stmat li qegħdin jiġġeneraw elettriku l-panelli fotovoltajċi u panelli solari kollha bħalissa f’Malta u Għawdex? L-ammont ta’ panelli se jibqa’ jiżdied indefinittivament jew se jkun hemm xi limitu tal-ammont totali ta’ panelli f’pajjiżna?

Response (MIZZI, KONRAD)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-informazzjoni għadha qed tinġabar.

Sptar Mater Dei – Hospital Activity Report

Question

Jista’ l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-Hospital Activity Report tal-Isptar Mater Dei għax-xahar ta’ Lulju?

Response (MIZZI, KONRAD)

Ir-rapport mitlub fih kontenut ta' natura kummerċjali.

Sptar Mater Dei – Hospital Activity Report

Question

Jista’ l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-Hospital Activity Report tal-Isptar Mater Dei għax-xahar ta’ Awwissu?

Response (MIZZI, KONRAD)

Ir-rapport mitlub fih kontenut ta' natura kummerċjali

Sptar Mater Dei – Hospital Activity Report

Question

Jista’ l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-Hospital Activity Report tal-Isptar Mater Dei għax-xahar ta’ Settembru?

Response (MIZZI, KONRAD)

Ir-rapport mitlub fih kontenut ta' natura kummerċjali

Sptar Mater Dei – Persuni li daħlu b’Overdose

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm daħlu persuni fl-Isptar Mater Dei jbatu minn overdose xahar b’xahar matul is-sena 2014?

Response (MIZZI, KONRAD)

In-numru ta’ każijiet ta’ overdose li ddaħħlu fl-Isptar Mater Dei bħala pazjenti bejn Jannar u Settembru ta’ din is-sena kienu bħal ma jidhru hawn taħt: Jannar 24 Frar 21 Marzu 35 April 39 Mejju 29 Ġunju 31 Lulju 37 Awwissu 42 Settembru 30

Dipartiment tad-Dentristrija – lista ta’ ħlasijiet

Question

Jista’ l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-lista tal-ħlasijiet għal servizzi li jingħataw lill-pazjenti fid-Dipartiment tad-Dentistrija?

Response (MIZZI, KONRAD)

Is-servizzi kollha mogħtija mid-dipartiment tad-dentistrija huma bla ħlas.

GU Clinic – lista ta’ servizzi

Question

Jista’ l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-lista ta’ servizzi li jingħataw mill-GU Clinic u jindika għal liema servizzi jintalab ħlas u ta’ kemm hu l-istess ħlas mitlub?

Response (MIZZI, KONRAD)

Is-servizzi kollha ġewwa l-GU clinic jingħataw bla ħlas.

Problema ta' ġrieden — każ ta' individwu

Question

Jista' l-Ministru jara li tiġi kkuntattjatha l-persuna li d-dettalji tal-każ tagħha qed jintbagħtu separatament peress li għandha problema bi ġrieden?

Response (MIZZI, KONRAD)

Il-każ qed jiġi investigat.