Legislature:
Category:
Reset
Active:

Kunsilli lokali – kuntratti għat-tindif, ġbir ta’ skart u xogħol ieħor konness ma’ upkeep

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsijiet parlamentari 27741 u 27909 u jgħid kemm hu l-kuntratt/i preżenti ta’ kull kunsill lokali għal tindif, ġbir ta’ skart u xogħol ieħor kollu konness ma’ upkeep u tindif fil-lokalitajiet u kemm hu l-ammont ta’ flus li l-Gvern jagħti speċifikament għal dan l-iskop lil kull kunsill lokali?

Response (BONNICI, OWEN)

Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra tabella li turi l-valur tal-kuntratt/i preżenti ta’ kull Kunsill Lokali għall-tindif, ġbir ta’ skart u xogħol ieħor konness ma’ upkeep u tindif fil-lokalitajiet. Magħha qed inpoġġi wkoll tabella oħra li turi l-ammonti ta’ flus li l-Gvern ta lill-Kunsilli Lokali fis-sena 2016 speċifikament għall-knis tat-toroq, tindif rural u maniġġjar tal-iskart.

Wardens – admistration fee imħallsa mill-kunsilli lokali

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsijiet parlamentari 27740 u 27910 u jgħid kemm jitħallas bħala administration fee kull kunsill lokali tax-xogħol li jagħmel biex jiġu ordnati u jitħallsu l-wardens għal xogħlijiet privati mir-residenti?

Response (BONNICI, OWEN)

Is-servizz ta’ traffic management illi jingħata mill-Kunsilli Lokali huwa servizz li l-operatur Guard and Warden huwa obbligat li joffri skond it-tender agreement illi sar mal-Kumitati Reġjonali. Il-Kunsilli Lokali ma jitħallsu l-ebda administration fee mill-operatur.

Kunsilli Lokali – aġenti segretarju eżekuttivi

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsijiet parlamentari 27743 u 27907 u jgħid liema huma l-kunsilli lokali li għadhom b’aġent segretarju eżekuttiv? Jista’ jgħid fejn wasal kull każ biex kull kunsill lokali jkollu s-segretarju eżekuttiv tiegħu?

Response (BONNICI, OWEN)

Qed inpoggi fuq il- Mejda tal- Kamra l- Informazzjoni mitluba.

Heritage Malta – allokazzjoni ta’ marki lill-parteċipanti

Question

B'referenza għas-sejħa HM 28/7/2016 ta’ Heritage Malta, jista’ l-Ministru jgħid fuq liema kriterji Heritage Malta ħa tallokka l-marki lill-parteċipanti? Jista’ jgħid kemm-il marka ħa tingħata fuq kull kriterju msemmi?

Response (BONNICI, OWEN)

Nirreferi lill-Onor. Interpellant għad-dokument imsemmi fil-mistoqsija, liema dokument huwa wieħed pubbliku, fejn hemm spjegat il-kriterji x’inhuma. Qed inpoggi fuq il- mejda tal- kamra d-dokument msemmi. Infurmat ukoll li kull kriterja imsemmija qed tigi allokata l- istess massimu ta’ marki.

Heritage Malta – Training Needs Analysis

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm-il eżerċizzju ta' Training Needs Analysis għamlet Heritage Malta minn Jannar 2014 s’issa? Jista’ jgħid f' liema perjodu u f'liema dipartimenti saru dawn?

Response (BONNICI, OWEN)

Ninsab infurmat li wara analiżi interna, fil-perjodu msemmi, fost oħrajn saru / qed isiru dawn il-korsijiet biex jindirizzaw ħiliet partikulari ta’ impjegati tal-Agenzija: First Aid għal selezzjoni generali ta’ impjegati: 2016; People Development Programme għal Senior Executives u Management: 2016; Quality Customer Service għal Visitor Services: 2016; Business planning, Entrepreneurship, Stakeholder Modelling għal Executives u Kuraturi: 2016; Total Station Training għal kuraturi u periti: 2016 ; Food Handling għal Visitor Services Gozo: 2016. Ma kien hemm l-ebda forma ta’ training formali matul is-sena 2014- 2015.

Heritage Malta – pjan ta’ reklutaġġ

Question

Jista’ l-Ministru jgħid x'inhu l-pjan ta' reklutaġġ ġewwa Heritage Malta għas-sentejn li ġejjin? Jista’ jinkludi kemm-il persuna ħa tirtira fiż-żmien imsemmi kif ukoll kemm il-persuna Heritage Malta ħa tingaġġa u f’liema grad?

Response (BONNICI, OWEN)

Ninsab infurmat li matul l-2017 huwa programmat li jirtiraw sitt persuni, filwaqt li matul l-2018 ma għandu jirtira ħadd. Il-pjan ta’ reklutaġġ tal-2017 qiegħed jinħadem.

Heritage Malta — attivitajiet

Question

Jista’ l-Ministru jgħid x'attivitajiet ħa tagħmel Heritage Malta għas-70 sena anniversarju mill-mewt ta' Antonio Sciortino? Jista’ jgħid kemm hemm fondi allokati għal dawn l-attivitajiet?

Response (BONNICI, OWEN)

Ninsab infurmat illi Heritage Malta għadha qed tikkunsidra tagħmilx xi attività għall-anniversarju msemmi, iżda din qed isir fil-kuntest tal-fatt illi issa l-Mużew Nazzjonali tal-Arti hu magħluq u l-forzi kollha huma kkonċentrati fuq il-proġett tal-MUZA.

Heritage Malta – Senior Executives (Architect) – Jobplus permit

Question

B'referenza għas-sejħa esterna li ħarġet Heritage Malta għall-pożizzjoni ta' Senior Executives (Architect) - Jobplus permit: 421/2016, jista’ l-Ministru jgħid jekk il-persuna magħżula hux ser titħalla tagħmel xogħol privat għal rasha wara l-ħin tax-xogħol?

Response (BONNICI, OWEN)

Ninsab infurmat illi l-persuna li eventwalment tintagħżel sabiex timla dan il-post ikollha l-istess obbligi u drittijiet li għandhom l-impjegati kollha tal-agenzija.

Heritage Malta – external posts

Question

B'referenza għall-mistoqsija parlamentari 17469 kif ukoll għas-sejħa ta' Senior Executives (Architect) - Jobplus permit: 421/2016, jista’ l-Ministru jgħid għaliex il-postijiet ġodda ta' impjiegi ġewwa Heritage Malta mhux qed ikunu mniżżla fil-website tal-istess Aġenzija? Jista’ jgħid għalfejn din is-sejħa ma ħarġitx interna biex periti interessati jkunu jistgħu japplikaw għall-post?

Response (BONNICI, OWEN)

L-Onor. Interpellant għandu raġun jagħmel din il-mistoqsija u ninfurmah illi Heritage Malta se tassigura li avviżi dwar external posts ikunu inklużi fil-website tal-agenzija. Fir-rigward tas-sejħa msemmija ta’ Senior Executive Architect, ninsab infurmat illi dan ma huwiex impjieg ġdid iżda replacement back to back. Barra minn hekk, din is-sejħa ma ħarġitx internament peress li ma hemmx kandidati potenzjali interni li setgħu jimlew din il-posizzjoni.

Heritage Malta — Forti Sant’Iermu - interpretazzjoni

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk Heritage Malta għandhiex ħsieb iżżid l-interpretazzjoni fis-Sezzjoni Waħda u Sitta ġewwa l-Forti Sant’Iermu?

Response (BONNICI, OWEN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi Heritage Malta diġa għaddejja bi proċess ta’ titjib fl-interpretazzjoni fl-ewwel sezzjoni; kwantu għall-interpretazzjoni f’sezzjoni sitta, li tikkonsisti fi preżentazzjonijiet awdjoviżivi qosra, ninsab infurmat illi din hi kompluta kif inhi.

Heritage Malta – Curatorial School — ħaddiema

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm-il ħaddiema ta' Heritage Malta attendew il-Curatorial School ta' din is-sena li ġiet organizzata mill-Valletta 18? Jista’ jgħid x'għamlet Heritage Malta sabiex tħeġġeġ lill-ħaddiema tagħha jipparteċipaw f'dawn l-attivitajiet ferm importanti u interessanti?

Response (BONNICI, OWEN)

Ninsab infurmat illi fl-2015 kien hemm erba’ impjegati ta’ Heritage Malta li attendew għall-Curatorial School, filwaqt li din is-sena attendew tnejn. Dawk kollha li dan il-kors seta’ kien rilevanti għalihom, setgħu japplikaw sabiex jattendu.

Heritage Malta – esportazzjoni tal-prodotti tagħha

Question

B'referenza għas-sejħa HM 28/7/2016 ta’ Heritage Malta, jista’ l-Ministru jgħid jekk Heritage Malta għandhiex ħsieb li tibda tesporta l-prodotti tagħha? Jekk fil-pożittiv, jista’ l-Ministru jgħid jekk sarx feasibility study fuq dan is-suġġett u jekk sar, iqiegħed kopja tiegħu fuq il-Mejda tal-Kamra?

Response (BONNICI, OWEN)

Ninsab infurmat illi preżentement Heritage Malta ma għandhiex ħsieb li tibda tesporta l-prodotti tagħha, għalkemm wieħed ma jistax jeskludi li dan forsi jseħħ fil-futur.

Heritage Malta — sales

Question

B'referenza għas-sejħa HM 28/7/2016 ta’ Heritage Malta, jista’ l-Ministru jgħid jekk hemmx ħsieb li Heritage Malta ser tiggarantixxi ammont ta' sales lil min ser ikun qed jipprovdi dan is-servizz?

Response (BONNICI, OWEN)

Nirreferi lill-Onor. Interpellant għad-dokument imsemmi, li huwa wieħed pubbliku. Kull offerta tiġi diskussa fuq il-merti tagħha u skont il-mudell propost, kif spjegat fid-dokument.

Heritage Malta – parteċipazzjoni għaż-żgħażagħ u intreprendituri

Question

B'referenza għas-sejħa HM 28/7/2016 ta’ Heritage Malta, jista’ l-Ministru jgħid x'se tagħmel Heritage Malta sabiex tinkoraġġixxi żgħażagħ u intreprendituri ġodda sabiex jipparteċipaw f'din is-sejħa?

Response (BONNICI, OWEN)

Ninsab infurmat illi s-sejħa li għaliha qed jirreferi l-Onor. Interpellant kienet waħda pubblika u għaldaqstant kull min kien interessat, kellu l-possibiltà li japplika.

Heritage Malta – membri tal-ġurija — kompetenzi

Question

B'referenza għas-sejħa HM 28/7/2016 ta’ Heritage Malta, jista’ l-Ministru jgħid min se jkunu l-membri tal-ġurija, x'inhuma l-kompetenzi tagħhom fis-suġġett ta' product developed, u x'se jsir sabiex Heritage Malta tassigura li m’hemm l-ebda konflitt ta' interess bejn xi membru tal-ġurija u xi bidder?

Response (BONNICI, OWEN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi bħal f’kull proċess ieħor simili, il-membri kollha tal-ġurija jridu jiddikjaraw li ma għandhom l-ebda kunflitt ta’ interess qabel jibdew jevalwaw l-offerti. Ninsab infurmat illi l-membri tal-ġurija għandhom esperjenza vasta ta’ amministrazzjoni ta’ mużewijiet u prodotti abbinati mal-esperjenza tal-viżitatur. Dispost li ngħaddi l-ismijiet tal-membri privatament lill-Onor. Interpellant.

Kunsilli lokali – kuntratti għat-tindif, ġbir ta’ skart u xogħol ieħor konness ma’ upkeep

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 27741 u jgħid kemm hu l-kuntratt/i preżenti ta’ kull kunsill lokali għall tindif, ġbir ta’ skart u xogħol ieħor kollu konness ma’ upkeep u tindif fil-lokalitajiet u kemm hu l-ammont ta’ flus li l-Gvern jagħti speċifikament għal dan l-iskop lil kull kunsill lokali?

Response (BONNICI, OWEN)

Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba li tajt għall-mistoqsija parlamentari 27741.

Wardens – admistration fee imħallsa mill-kunsilli lokali

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 27740 u jgħid kemm jitħallas bħala administration fee kull kunsill lokali tax-xogħol li jagħmel biex jiġu ordnati u jitħallsu l-wardens għal xogħlijiet privati mir-residenti?

Response (BONNICI, OWEN)

Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba li tajt għall-Mistoqsija Parlamentari 27740.

Kunsill Lokali ta’ Ħal Luqa – talbiet għall-għajnuna mill-Gvern Ċentrali

Question

Jista' l-Ministru jgħid liema kienu t-talbiet għall-għajnuna mill-Kunsill Lokali ta' Ħal Luqa lill-Gvern Ċentrali għall-proġetti jew kull assistenza oħra?

Response (BONNICI, OWEN)

Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba.

Kunsill Lokali ta’ Ħal Qormi – talbiet għall-għajnuna mill-Gvern Ċentrali

Question

Jista' l-Ministru jgħid liema kienu t-talbiet għall-għajnuna mill-Kunsill Lokali ta' Ħal Qormi lill-Gvern Ċentrali għall-proġetti jew kull assistenza oħra

Response (BONNICI, OWEN)

Il-Kunsill Lokali ta’ Ħal Qormi talab lill-Onor. Interpellant sabiex jispeċifika ż-żmien li qed jirreferi għalih fil-mistoqsija tiegħu.

Kunsilli Lokali — Insurances

Question

B’referenza għall-mistoqsija parlamentari 27791, jista’ l-Ministru jgħid kemm kull kunsill lokali jħallas għal kull tip ta’ polza ta’ insurance li għandu? Jista’ jgħid għal kull kunsill lokali individwali, kemm sar ħlas għas-snin 2013, 2014, 2015 u 2016?

Response (BONNICI, OWEN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li nkun nista’ npoġġi l-informazzjoni mitluba fuq il-Mejda tal-Kamra hekk kif tinġabar l-informazzjoni mingħand il-Kunsilli Lokali kollha.