Legislature:
Category:
Reset
Active:

Anzjani — Meals on Wheels

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm hu n-numru ta' anzjani li qed jirċievi s-servizz ta' Meals on Wheels u f' liema lokalitajiet f' Malta u Għawdex?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li n-numru ta' Anzjani li qed jirċievu s-servizz tal-Meals on Wheels huwa ta' 1278, iżda dawn ma jieħdux kollha l-ikel kuljum. Fil-fatt l-ammont ta' ikel li jitqassam huwa medja ta' 131 ikla kuljum. Is-servizz jingħata kull fejn jiġi mitlub u llum il-ġurnata infirex mal-maġġoranza tal-Bliet u Rħula f'Malta kollha.

Home Help/Care

Question

Jista' l-Ministru jgħid xi flus intefqu fis-sena 2000 fid-Day Centres? X' inhu n-numru ta' anzjani l qed jirċievu s-servizz ta' Home Help/Care mis-sena 2000 sallum? Jista' jgħid ukoll jekk twaqqafx xi bord biex imexxi dan l-istess servizz offrut jiġifieri s-servizz tal-Home Help/Care u jekk fl-affirmattiv kif inhu kompost dan il-bord?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li fis-sena 2000 intefqu Lm38560 fuq id-Day Centres. Ninfurmah ukoll li n-numru ta' persuni li qed jirċievu s-servizz tal-Home Help/Care hu ta' 2797. Hemm Bord ta' l-Allokazzjoni tas-Servizz li hu kompost minn Chairperson u żewġ membri.

Kumpens għal esproprjazzjoni

Question

Jista' l-Ministru jgħid meta ser jingħata l-kumpens dovut lil Antonia Schembri u Mary Cutajar ta' 123 St. Joseph Street Paola, u dan għall-post li kellhom f' 93 Triq San Gwann Bormla u ġie esproprjat mill-gvern?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Nitlob lill-Onor Interpellant jirreferi l-Mistoqsija tiegħu lill-Ministru konċernat.

Termini ta' Impjieg

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk persuna b' kuntratt definit tistax jkollha l-impjieg terminat qabel mingħajr ebda raġuni valida? X' Ghandha tagħmel persuna li tħoss li ġralha hekk, fejn għandha tirrikorri?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni qiegħda tinġabar u risposta ser tingħata f'xi Seduta oħra.

Akkomodazzjoni Soċjali

Question

Jista' l-Ministru jgħid fhiex waslet it-talba H0016122 għall-akkomodazzjoni soċjali, għaliex il-persuna u żewġ uliedha żgħar qed jgħixu ġo dar fejn joqogħdu 12-il ruħ meta din ma tesgħax aktar min 6 persuni?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Jien infurmat illi l-applikazzjoni H16122 qed tiġi kkunsidrata flimkien ma' l-oħrajn kollha li hemm pendenti, u fid-dawl tan-numru limitat ta' postijiet disponibbli għad-Dipartiment għall-Akkomodazzjoni Soċjali.

Installar ta' Lift

Question

Jista' l-Ministru jgħid meta il-persuna li qed insemmi separatament se tieħu il-flus mid-dipartiment konċernat talli intalbet il-lift ġewwa darha wara li din l-installazjoni ġiet approvata?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ninsab infurmat li l-persuna ndikata mill-Onor. Interpellant ingħatat appuntament għas-27 ta' Settembru 2001 biex jiġi ffirmat il-kuntratt u jsir il-ħlas dovut.

SKA

Question

Jista' l-Ministru jgħid billi l-persuna li qed insemmi separatament hija marida u anzjana u ħadd majista imurilha l-uffiċju tas-sigurta' soċjali tad-distrett, jista' jara illi xi uffiċjali tad-dipartiment imur għand din il-persuna biex jara jekk hiex intitolata għall-karta ir-roża u l-SKA?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li d-Dipartiment ser jieħu passi biex jinvestiga l-każ tal-persuna msemmija, u wara tkun tista' tingħata aktar informazzjoni dwar dan.

Xogħol taħt l-eta'

Question

Jista' l-Ministru matul Ġunju - Lulju -Awissu u Settembru separatament jagħti dettalji dwar kemm il-persuna taħt l-eta' tal-liġi inqabdet taħdem? F' liema xogħol? X' passi ittieħdu?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ninsab infurmat li matul Ġunju, Lulju u Awwissu 2001, l-Ispetturi tal-Korporazzjoni ta' l-Impjieg u Taħriġ sabu jaħdmu erbatax-il tifel u tifla ta' eta' minuri. Minn dawn, tlettax kienu qed jaħdmu fis-settur turistiku u wieħed fis-settur tal-ġarr ta' l-għamara. L-istatistika dwar ix-xahar ta' Settembru 2001 għad trid tiġi kompilata. Il-passi li qed jittieħdu mill-Korporazzjoni f'dawn il-każijiet huma dawk kontemplati fil-liġi.

Pensjoni

Question

Jista' l-Ministru jara għaliex l-anzjan ta' 72 sena li l-partikularijiet tiegħu jinsabu annessi separatament ma hax żieda kif ħadu anzjani oħra u l-anqas żieda mat-teżor? Jista' dan l-anzjan jiġi infurmat bil-miktub dwar is-sitwazzjoni tiegħu?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi 'l-persuna minnu ndikata qed titħallas korrett u kif suppost skond l-Att dwar is-Sigurta' Soċjali 1987 (Kap 318). Inżid ngħid li l-istess persuna ġiet infurmata bil-miktub dwar dan.

Day and Night Centres

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk hemmx il-ħsieb li jinfetħu aktar Day Centres f' Malta u Għawdex? Jista' jgħid ukoll jekk hemmx il-ħsieb ta' xi Night Centres ħalli l-anzjani li għadhom jgħixu weħedhom ikollhom moħhom mistrieħ matul il-lejl?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-ftuħ tad-Day Centres għall-anzjani jsir skond il-bżonnijiet tal-lokalita' partikolari u b'arranġamenti jsiru mill-Kunsill Lokali. Il-kunċett ta' Night Centres għadu qed jiġi kkunsidrat.

Kera

Question

Jista' l-Ministru jinvestiga il-każ tal-persuna li d-dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament billi din għollewlha il-kera minn Lm 60 fis-sena għal Lm 180 fis-sena għas-sena 2000 taħt il-kategorija 'E' meta hi kienet qed taħdem biss part time u għalkemm kellha lil bintha taħdem?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ninsab infurmat li l-kera tal-persuna ndikata ġiet riveduta korrettement skond id-dħul li ddikkjarat hija stess.

Assistenti Każwali

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm huwa n-numru ta' Assistenti Kazwali sal-lum, kemm hemm minnhom li qegħdin jagħtu servizz fid-djar ta' diversi anzjani, jagħtu servizz fid-djar ta' l-anzjani tal-gvern, jagħtu servizz fid-Day centres u jagħtu servizz x' imkien ieħor?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li sallum in-numru ta' Assistenti Każwali huwa 477, li minnhom - 318 qegħdin fil-Komunita' 39 qegħdin fid-Day Centres 54 qegħdin fil-Homes 66 oħrajn

Installazzjoni tal-Lifts

Question

Jista' l-Ministru jgħid fl-istallazzjoni tal-lifts, jista' jingħata prijorita' fil-każ ta' Block 4 Housing Estate Floriana minħabba li hemm persuna li kellu jagħmel bilatual leg amputation?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ninsab infurmat li l-każ indikat mill-Onor. Interpellant qed jingħata l-prijorita' mitstħoqqa.

Persuni b'Diżabilita'

Question

Jista' l-Viċi Prim Ministru jwieġeb l-mistoqsija parlamentari nru. 27994?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Il-Kummissjoni Nazzjonali Persuni b'Diżabilita' ġiet infurmata mill-Malta Football Association li, wara bdil fl-isponsors, ma setghetx tkompli tagħti l-istess konċessjonijiet li kienet tagħti qabel lill-persuni b'diżabilita' li għandhom il-karta ta' l-identita' speċjali maħruġa mill-Kummissjoni. L-MFA iddeċidiet li tagħti dawn il-konċessjonijiet: 1. għall-logħob internazzjonali il-prezz għal post wara l-lasta jkun ridott għal Lm1, ghal postijiet oħra l-prezz ikun dak regolari; 2. għall-logħob tal-premier league il-prezz ikun ridott għal Lm1.50; 3. għall-logħob ta' diviżjonijiet oħra il-prezz ikun ridott għal Lm1; 4. persuni li jużaw siġġu tar-roti u persuna li takkumpanjhom ma jħallsu xejn għall-logħob kollu organiżżat mill-MFA.