Legislature:
Category:
Reset
Active:

Servizz Ċivili — Ħaddiema Msiefrin fuq xogħol

Question

Jista' il-Prim Ministru jirrispondi mistoqsija parlamentari 10033 u cioe' jgħid kemm impjegati tal-gvern siefru fuq xogħol matul is-sena 2004? F'liema pajjiż marru? Kemm minnhom ivvjaġġaw economy class u kemm minnhom business class/club class? Kemm siefru aktar minn darba, darbtejn, tliet darbiet, erba' darbiet u aktar? Kemm ħadu allowances? Kemm kienet l-ispiża totali għall-Gvern Malti? Kemm total ta' ġranet damu msiefra?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għat-tweġiba li ngħatat għall-Mistoqsija Parlamentari Numru 10033.

Dipartimenti tal-gvern — Direttivi dwar l-użu tal-lingwa Maltija

Question

Ghaliex minkejja d-direttivi moghtija lill-Kapijiet tad-Dipartimenti dwar l-uzu tal-lingwa Maltija (twegiba għall-mistoqsija parlamentari 6128, Seduta 141 tal-21 ta' Gunju 2004) id-decizjonijiet sew tal-bord tal-kummissjonarji specjali kif ukoll dawk ta' l-appelli quddiem il-qrati qed jigu ppubblikati b'ilsien barrani? Jista' jieħu passi biex id-direttivi li joħorġu mill-uffiċċju tal-prim ministru jkunu fil-fatt attwati?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ninsab infurmat li d-deċiżjonijiet tal-Bord ta’ l-Appell tal-Kummissjonarji Speċjali tad-Dipartiment tat-Taxxi Interni dejjem ikunu ppublikati bil-Malti. Huwa biss meta jkunu nvoluti barranin, jew fuq talba speċifika ta’ l-appellant, li d-deċiżjoni tkun ippubblikata bl-Ingliż. Għalhekk ma jistax jingħad li direttivi dwar l-użu tal-Malti mhux qed jiġu attwati.

Pensjoni taż-żmien

Question

Jista' il-Prim Ministru jara li t-talba ta' l-anzjana li dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament li qiegħda titlob tiex tieħu l-pensjoni taż-żmien li ħadmet, tiġi milqugħa? Tista' din l-anzjana tiġi informata bl-aħħar żviluppi?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Jien infurmat li l-persuna ndikata qatt ma kienet pensjonanta tat-Teżor.

Pensjoni taż-żmien

Question

Jista' il-Prim Ministru jirrispondi mistoqsija parlamentari 13456 u jara li t-talba ta' l-anzjana li dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament li qiegħda titlob tiex tieħu l-pensjoni taż-żmien li ħadmet, tiġi milqugħa? Tista' din l-anzjana tiġi informata bl-aħħar żviluppi?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għar-risposta li ngħatat għall-Mistoqsija Parlamentari Numru 13456.

Bank Ċentrali — Monetary policy advisory council

Question

Jista' il-Prim Ministru jgħid kemm-il laqgħa tal-monetary policy advisory council attenda s-Sur Gordon Cordina għall-bank ċentrali minn Novembru 2001 sal-lum, billi inti għedt li huwa responsabbli għat-tbassir ekonomiku u tal-projections għal dan il-kunsill? Kien hemm xi rapporti li pprepara s-Sur Cordina li ġew ppreżentati lill-membri waqt il-laqgħat ta' l-MPAC? Il-preżentazzjoni ta' projections dwar l-ekonomija li jagħmel is-Sur Cordina kull kemm jagħmilhom, kull xahar, tliet xhur, darbtejn f'sena, jew darba fis-sena? Kif jiġu ppreżentati dawn il-projections lill-MPAC? Jagħmilhom is-Sur Cordina innifsu jew jippreżentahom permezz ta' rapport? Dawn il-projections huma differenti minn dawk li jippreżenta l-bank fil-pubblikazzjonijiet tiegħu u jekk iva, jista' iqiegħed kopja ta' dawn il-projections tas-Sur Cordina li jiġu diskussi fl-MPAC fuq il-medja tal-Kamra?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għar-risposta tiegħi għal Mistoqsija Parlamentari Numru 13376, u ngħid li meta wieħed ‘jassisti u jagħti parir’ lill-Monetary Policy Advisory Council mhux bilfors ikun attenda l-laqgħat ta’ l-istess Kunsill. M’hijiex il-prattika li s-Sur Gordon Cordina, bħala konsulent tal-Bank Ċentrali ta’ Malta, jattendi laqgħat tal-Monetary Policy Advisory Council.

Rapport dwar l-ekonomija lokali u globali

Question

Jista' il-Prim Ministru jqiegħed fuq il-mejda tal-Kamra r-rapporti dwar l-updates li għamel is-Sur Cordina dwar l-ekonomija lokali u globali? Jista' iqiegħed fuq il-mejda tal-Kamra r-rapporti tar-riċerka, jew almenu xi summary jew addirittura t-titli tar-rapporti ta' riċerka, li għamel is-Sur Cordina minn Novembru 2001 sal-lum?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li konsulenza ma tfissirx preparazzjoni ta’ rapporti u riċerka biss. Rapporti u konsulenza f’dan is-sens huma ntiżi biex il-bank jaqdi l-funzjoni tiegħu ta’ moneteraġġ tal-qagħda ekonomika tal-pajjiż, fis-sens wiesa’, u li fl-aħħar jikkontribwixxi għall-konklużżjonijiet tal-Bank Ċentrali li mbagħad jiġi ppubblikat fl-Economic Review kull tlett xhur.

Bank Ċentrali — Konsulenza

Question

Jista' il-Prim Ministru jikkonferma jekk kors li se jagħti s-Sur Cordina lill-membri ta' l-istaff tal-bank ċentrali huwiex se jitħallas apparti mill-ħlas ta' konsulenza li qed jingħata?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li s-Sur Gordon Cordina ġie mitlub mill-Bank Ċentrali ta’ Malta li jagħti kors lill-membri ta’ l-istaff, intitolat “The Maltese Economy – Present State and Future Prospects”. Dan il-kors ser jingħata barra mill-ftehim tal-konsulenza.

Bank Ċentrali — Quarterly review

Question

Fl-aħħar ħarġa tal-quarterly review tal-Bank Ċentrali, ġie ppubblikat artiklu intitolat House Prices in Malta - An economic analysis mill-Prof. Joe Falzon, Wendy Zammit u l-Perit Dennis Camilleri. Dawn kemm tħallsu tas-servizzi tagħhom individwalment? Huwa minnu li l-Perit Camilleri, li ġie ppreżentat bħala co-author ta' dan l-istudju, ma kkontribwixxiex direttament għar-rapport kif indikat u ma ntuża xejn minn dak li huwa kien ippreżenta lill-bank ċentrali fis-sena 2003 dwar dan is-suġġett?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Għar-riċerka wiesgħa fuq is-suġġet tad-djar, li saret fuq medda ta’ sitt xhur u li nkludiet kontribuzzjoni diretta fl-imsemmi artiklu, il-Professur J Falzon tħallas is-somma ta’ Lm2,368. Iż-żewġ kontributuri l-oħra ma rċevew l-ebda ħlas bħala kumpens għall-kontribuzzjoni tagħhom. Il-Perit Camilleri ilu nvolut fl-istess proġett għal dawn l-aħħar sentejn u nofs. Fil-fatt l-ewwel draft ta’ dan l-artiklu li nkiteb minnu kien parti integrali fl-iżvilupp tal-proġett u ta’ l-artiklu.

Sajd minn vapuri Maltin

Question

Billi issa t-Tuneżini u l-Libjani qed jimpedixxu vapuri tas-sajd Maltin milli jistadu f'ibħra li huma qed iżommu għalihom, jaqbel il-Prim Ministru illi l-forzi armati Maltin għandhom jieqfu milli joffru għajnuna lill-bastimenti ta' dawn il-pajjiżi jew ta' pajjiżi oħra illi għandhom permess jistadu f'dawn l-ibħra f'każ ta' diffikulta? Ma jidhirlux il-Prim Ministru illi ġaladarba dawn qed jgħidu li dawn l-ibħra huma tagħhom, allura għandhom jerfgħu kull responsabbilta' oħra li tmur ma' din id-dikjarazzjoni?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Jien nifhem li l-Onorevoli Interpellant qed jissuġġerixxi li Malta ma tonorax l-obbligu tagħha skond Konvenzjonijiet Internazzjonali. Jekk dan hu li qed jifhem l-Onorevoli Interpellant, ma naqbilx.

Karozzi importati mill-Japan

Question

Jista' il-Prim Ministru jgħid kemm titħallas taxxa meta persuna ġġib karozza second hand mill-Japan?

Response (GONZI, LAWRENCE)

It-taxxa li titħallas meta ġġib karozza second hand mill-Japan hija: CUSTOMS DUTY VAT PASSENGER CARDS 10% 18% COMMERCIAL VEHICLES 22% 18% It-taxxa ta’ reġistrazzjoni għandha titħallas fil-Licensing Division.

Karozzi second hand mill-Japan

Question

Jista' il-Prim Ministru jgħid kemm inġabu karozzi second hand mill-Japan fl-2000, 2001, 2002, 2003, 2004 u 2005? Kemm tħallsu taxxi b'kollox?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li t-tweġiba tinsab fit-tabella li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra.

Karozzi second hand mill-Japan

Question

Jista' il-Prim Ministru jgħid min jista' idaħħal karozzi second hand mill-Japan? X'inhi l-proċedura min-naħa ta' l-Istat Malti?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Kull persuna reġistrata mal-VAT tista’ timporta karozzi għar-raġunijiet kummerċjali. Sabiex dan iseħħ għandhom jiġu ppreżentati Import Licence, il-Commercial Invoice, il-Log Book flimkien mad-dokumenti tas-Shipping fil-ħin li l-oġġetti jkunu qed jiġu ddikjarati lid-Dwana. Id-dazju jitħallas biss fuq il-valur ta’ l-oġġetti li jaslu d-Dwana. Dawn l-oġġetti jkunu suġġeti għall-ispezzjoni u valutazzjoni mid-Dwana. Il-VAT tiġi mħallsa fuq id-Duty-Paid Price.

Paris club

Question

Jista' il-Prim Ministru jgħid jekk pajjiżna huwiex membru tal-Paris club ta' nazzjonijiet li għandhom jieħdu flus mir-Russja? Malta għamlet xi talba biex tiġbor xi flus li kellha tieħu għall-bini ta' vapuri lir-Russi, wara li dan l-aħħar ir-Russja ħallset $US 15biljun f'dejn li kienet għamlet l-Unjoni Sovjetika u li tħallsu lill-pajjiżi membri tal-Paris club?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li t-tagħrif mitlub għadu qed jinġabar u t-tweġiba tingħata f’xi seduta oħra.

VAT Department

Question

Jista' il-Prim Ministru jara li l-persuna li dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament, ikollha tweġiba mid-dipartiment tal-VAT u jgħid jekk il-każ issa hux solvut u konkluż?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li l-każ għadu qiegħed jiġi mistħarreġ.

VAT Department

Question

Jista' il-Prim Ministru jara li l-persuna li dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament, ikollha tweġiba mid-dipartiment tal-VAT u jgħid jekk il-każ issa hux solvut u konkluż?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li l-każ għadu qiegħed jiġi mistħarreġ.

AFM — Immigrazzjoni illegali

Question

Jista' il-Prim Ministru jgħid kemm nefqet flus l-armata fuq l-immigrazzjoni illegali din is-sena? Jista' jagħti breakdown u jelenka eżattament fuqxiex u kif intnefqu?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Jien infurmat li sat-30 ta’ Ġunju 2005 l-ispiża fuq iż-żamma ta’ immigranti irregolari telgħet għal Lm495,948, mqassma kif ġej: Pagi ta’ uffiċjali u suldati mħaddma fuq amministrazzjoni ġenerali, sigurtà, kċejjen, sewqan u trasport ta’ immigranti irregolari:- Lm376,445 Ikel:- Lm77,140 Xiri ta’ bedding u bżonnijiet ta’ iġjene personali:- Lm21,107 Upkeep u maintenance tal-postijiet fejn jinżammu l-immigranti rregolari:- Lm9,387 Materjal tat-tindif:- Lm4,895 Ilma u elettriku:- Lm4,186 Trasport (konsum ta’ fuel):- Lm1,706 Medication:- Lm680 Gas u pitrolju għat-tisjir ta’ l-ikel:- Lm402 Barra mill-ispejjeż imsemmija hawn fuq, il-Forzi Armati jonfqu ħafna flus u jużaw riżorsi umani fuq tfittxija u salvataġġ ta’ immigranti. Hu diffiċli ħafna li wieħed jikkwantifika dawn l-ispejjeż peress li ċ-ċirkostanzi ta’ kif tibda tfittxija u kif jitwettaq salvataġġ mhux dejjem ikunu l-istess.

Monti di Pieta' — Rahan ta' deheb u fidda

Question

Jista' il-Viċi Prim Ministru jinforma lil din il-Kamra kemm ġie mirhan deheb u fidda fil-Monti di Pieta' matul dawn l-aħħar ħames snin u kemm kien hemm nies li għamlu rahan f'dan il-perijodu? Jista' jgħarraf lill-Kamra kemm sar bejgħ mill-Monti di Pieta' ta' oġġetti mirhana f'dan l-istess perijodu?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li l-kapital misluf fuq rahan mill-Monti di Pietà u n-numru ta’ transazzjonijiet (poloz ta’ rahan) fuq dan il-kapital hu kif ġej: Sena Kapital Misluf Numru ta’ Transazzjonijiet Lm 2000 356,205 7,755 2001 340,113 7,649 2002 197,089 4,964 2003 182,524 4,268 2004 185,876 4,208 Total 1,261,807 28,844 F’dan il-perijodu nġabret somma ta’ Lm15,021 minn bejgħ b’irkant ta’ oġġetti li ma nfdewx fiż-żmien stipulat.

Capital transfer duty department

Question

Jista' il-Prim Ministru jinforma lil din il-Kamra kemm hemm diretturi fid-dipartiment tal-capital transfer duty, kemm hemm membri ta' l-istaff u xi gradi li huma jokkupaw?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba mill-Onorevoli Interpellant.

OPM — Intervisti fl-SDO

Question

B'riferenza għall-interviews li kellhom isiru fit-12 ta' Lulju 2005 fl-istaff development organisation tal-OPM in konnessjoni ma' sejħa għal applikazzjonijiet riferenza SDO 108/91/V01 III dwar short courses at Ecole Nationale d'Administration 2005" (Parigi), liema interviews ġew kanċellati b'ittra tal-persuna ndikata separatament, jista' il-Prim MInistru jgħid: 1) kemm persuni applikaw għal dawn il-korsijiet? 2) min huma l-persuni li applikaw għal dawn il-korsijiet? 3) għal liema raġuni ġew ikkanċellati l-interviews li kellhom jagħżlu l-kandidati? 4) ġewx informati l-kandidati prospettivi għaliex ġie kkanċellat l-interview tagħhom? 5) liema spjegazzjoni ngħatat lill-Ecole Nationale d'Administration dwar dawn il-kanċellazzjonijiet?

Response (GONZI, LAWRENCE)

B’risposta għall-Mistoqsija Parlamentari Numru 13559 ninsab infurmat li: Applikaw ħames persuni li minnhom imbagħad irtirat waħda minn rajha: L-awtoritajiet Franċiżi ġibdu l-attenzjoni ta’ dan l-Uffiċċju għall-fatt li tnejn mill-erba’ persuni li kien fadal fil-lista kienu qabżu l-età massima (45 sena) stipulate mill-Ecole Nationale d’Administration. Għalhekk ma setgħux jikkunsidraw l-applikazzjonijiet tagħhom. In-numru ta’ nomini li riedu jintbagħtu lill-Ecole Nationale d’Administration kien ta’ tnejn, propju kemm kien fadal fil-lista u allura ma kienx hemm għalfejn issir għażla jew proċess ta’ għażla. Ta’ min wieħed jinnota li permezz taċ-ċirkulari li tagħmel din is-sejħa, dejjem tinġibed l-attenzjoni ta’ min ikun se japplika li ‘final acceptance of the nominated candidates will be at the discretion of the French authorities’. Fil-11 ta’ Lulju kienu infurmati permezz ta’ e-mail il-persuni li ma setgħetx tintlaqa’ l-applikazzjoni tagħhom.