Legislature:
Category:
Reset
Active:
Leg 9 PQ #13157 Sitting 237 2000-02-08 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru tas-Saħħa

Saħħa — Pazjenti mibgħuta barra għal kura

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm kien in-numru ta' pazjenti Maltin u Għawdxin li ntbagħtu għall-kura barra minn Malta matul l-1999? Kemm mill-pazjenti kienu taħt il-35 sena u kemm minnhom kienu tfal?

Response (DEGUARA, LOUIS)

1. Matul is-sena 1999 intbagħtu 256 pazjent għall-kura barra minn Malta. 2. Taħt il-35 sena kien hemm 161 li minnhom 105 kienu tfal.
Leg 9 PQ #13465 Sitting 237 2000-02-08 Oral · Final From: MARIE LOUISE COLEIRO To: Ministeru tas-Saħħa

Sptar San Luqa — Lipid Clinic

Question

B'referenza għall-mistoqsija parlamentari numru 11405 dwar id-dewmien fl-appuntamenti għal lipid clinic fl-Isptar San Luqa, jista' l-Ministru jwieġeb?

Response (DEGUARA, LOUIS)

Nirreferi l-Onor. Interpellant għar-risposta li tajt f'seduta 202.
Leg 9 PQ #13669 Sitting 237 2000-02-08 Oral · Final From: JASON AZZOPARDI To: Ministeru tas-Saħħa

Sptar Monte Carmeli — Impjegat

Question

Jista' l-Ministru jinforma lill-Kamra x'passi ttieħdu wara li kien deher rapport f'ġurnal lokali, madwar sentejn ilu, fejn ġiet murija attendance sheet ta' mpjegat fl-isptar Monte Carmeli, vojta u diġa' ffirmata mis-supritendent nnifsu? Kienet saret investigazzjoni? Jekk iva, meta?

Response (DEGUARA, LOUIS)

L-informazzjoni qagħda qed tinġabar u tingħata f'seduta oħra.
Leg 9 PQ #13670 Sitting 237 2000-02-08 Oral · Final From: JASON AZZOPARDI To: Ministeru tas-Saħħa

Saħħa — Impjegati

Question

Jista' l-Ministru jinforma lill-Kamra kemm hemm impjegati li huma preżentament sospiżi minn mad-diviżjoni wara li tressqu quddiem il-qorti b'akkużi miġjuba kontrihom mill-pulizija? Jista' jgħid f'kull każ x'inhi l-akkuża, il-grad ta' l-impjegat u meta tressaq il-qorti?

Response (DEGUARA, LOUIS)

Risposta tingħata f'seduta oħra.
Leg 9 PQ #13673 Sitting 237 2000-02-08 Oral · Final From: SILVIO PARNIS To: Ministeru tas-Saħħa

Saħħa — Mediċini

Question

Jista' l-Ministru jara li jiġu approvati mediċini "special item" lil persuna li d-dettalji tagħha qed jintbagħtu separatament u għaliex dan l-anzjan għandu dħul baxx?

Response (DEGUARA, LOUIS)

Il-mediċina ``Omeprazole'' m'hiex fuq il-formularju, imma tinxtara għal pazjenti individwali. Id-dipartiment għandu ordnat din il-mediċina u l-aġent għandu jissuplixxiha matul din il-ġimgħa.
Leg 9 PQ #12469 Sitting 236 2000-02-08 Oral · Final From: JOSEPH CUSCHIERI To: Ministeru tas-Saħħa

Sptar Monte Carmeli — Trasferimenti

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm ingħataw trasferimenti mis-16 ta' Settembru, 1999 sal-4 ta' Jannar, 2000 lill-ħaddiema ta' l-Isptar Monte Carmeli? Jista' l-Ministru jagħti r-raġuni għaliex saru dawn it-trasferimenti każ b'każ? Jista' l-Ministru jgħid huwiex il-ħsieb li jsiru aktar trasferimenti fil-futur qarib fil-post tax-xogħol imsemmi?

Response (DEGUARA, LOUIS)

Mis-16 ta' Settembru 1999 sal-4 ta' Jannar 2000 saru 33 trasferimenti lill-ħaddiema tal-isptar Monte Carmeli. Minnhom 11 intalbu mill-impjegati stess. Il-bqija saru u jibqgħu isiru skond l-esiġenzi tas-servizz.
Leg 9 PQ #13307 Sitting 236 2000-02-08 Oral · Final From: JOE CILIA To: Ministeru tas-Saħħa

Sptar Monte Carmeli — Serq ta' siment/luminati

Question

Jista' l-Ministru jiċħad jew jikkonferma rapporti li dehru fuq ix-Xandir u fil-ġurnal il-"KullĦadd" tad-9 ta' Frar, 2000 (kopja tiegħu qed tintbagħat separatament) rigward serq ta' siment u luminati mill-Isptar Monte Carmeli? Veru li uffiċjal inkarigat mill-istess sptar kien jaf b'dan is-serq u żamm kollox mistur? Jekk fl-affermattiv, se jittieħdu passi kontra kull min kien involut?

Response (DEGUARA, LOUIS)

Niġbed l-attenzjoni ta` l-Onor. interpellant li waqt li din id-domanda saret fis-26 ta` Jannar qed tirreferi għal rapporti fil-gurnal `Kulħadd` tad-9 ta` Frar 2000. Ġejt ukoll infurmat li mhux se jkun hemm ħarġa tal-gurnal imsemmi fid-9 ta` Frar. Barra minnhekk il-kopja mibgħuta mad-domanda hija data 9 ta`
Leg 9 PQ #13549 Sitting 236 2000-02-08 Oral · Final From: MARIO GALEA To: Ministeru tas-Saħħa

Saħħa — Operazzjonijiet

Question

Jista' l-Ministru jgħid: (i) jekk hemmx il-ħsieb li d-Dipartiment tas-Saħħa jużax kliniċi jew sptarijiet privati għal kura jew operazzjonijiet għal perjodu temporanju u/jew permanenti? (ii) Jekk ir-risposta hi fl-affermattiv, id-Dipartiment tas-Saħħa se jibda jew qed jagħmel xi trattattivi ma' xi sptarijiet jew kliniċi privati? (iii) Jekk ir-risposta għall-mistoqsija numru (ii) hi fl-affermattiv, liema huma dawk il-kliniċi u/jew sptarijiet privati? (iv) x'passi qed jieħu, jekk hu l-każ, id-Dipartiment tas-Saħħa, biex jassigura li ma jkunx hemm diskriminazzjoni bejn sptar u ieħor jew klinika u oħra? Se joħorġu tenders jew isiru trattativi jew jintalbu quotations minn sptarijiet u/jew kliniċi privati jew se jsiru negozjati diretti - dejjem jekk hu l-każ?

Response (DEGUARA, LOUIS)

Waqt li l-Gvern huwa favur il-koperazzjoni mas-settur privat, qiegħed jiġi studjat l-aħjar mod kif dan iseħħ.
Leg 9 PQ #13550 Sitting 236 2000-02-08 Oral · Interim From: MARIO GALEA To: Ministeru tas-Saħħa

Sptar San Luqa — MRI

Question

Issa li l-Gvern iddeċieda li jixtri MRI għall-Isptar San Luqa, jista' l-Ministru ġentilment jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-ispecifications tal-makna? X'funzjonijiet se jkollha l-MRI u kif se jtejjeb is-servizzi tas-saħħa?

Response (DEGUARA, LOUIS)

L-informazzjoni qed tinġabar, risposta tingħata f`seduta oħra.
Leg 9 PQ #13592 Sitting 236 2000-02-08 Oral · Final From: FRANCIS AGIUS To: Ministeru tas-Saħħa

Saħħa — Tobba

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'kienet it-tweġiba għal domanda ta' tobba li jaħdmu fil-privat, pero' jistgħu jagħmlu xogħol part-time fil-health centres, sabiex tittaffa l-problema ta' nuqqas ta' tobba?

Response (DEGUARA, LOUIS)

Fil-preżent in-numru ta` tobba li jaħdmu fil-privat u qed jaħdmu xogħol part-time fiċ-Ċentri tas-Saħħa huma tmienja.
Leg 9 PQ #13623 Sitting 236 2000-02-08 Oral · Interim From: KARL CHIRCOP To: Ministeru tas-Saħħa

Saħħa — Coronary Artery Bypass Grafts

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm saru coronary artery bypass grafts, sena b'sena, matul dawn l-aħħar għaxar snin, kemm dawk li saru lokalment, kif ukoll dawk il-pazjenti li ġew imsiefra barra minn Malta? Kemm kellhom żmien dawn il-pazjenti, ta' liema sess kienu u jekk kien hemm, kemm minnhom mietu b'komplikazzjonijiet relatati ma' l-istess operazzjoni?

Response (DEGUARA, LOUIS)

L-informazzjoni tingħata f`xi seduta oħra.
Leg 9 PQ #13637 Sitting 236 2000-02-08 Oral · Final From: KARL CHIRCOP To: Ministeru tas-Saħħa

Sptar San Luqa — Swali

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm swali fl-Isptar San Luqa b'kollox? Kemm minn dawn jaqgħu taħt id-dixxiplini tal-mediċina, pedjatrija, kirurġija u ġinekoloġija konsekuttivament? Kemm hemm bed capacity għal kull waħda minn dawn id-dixxiplini individwali? Kemm hemm sodod fl-ITU u dan l-ammont għal kemm jista' jiġi mkabbar f'każ ta' xi emerġenza kbira?

Response (DEGUARA, LOUIS)

Ninsab infurmat l n-numru ta` fl-Isptar San Luqa huma ta` 37. Minn dawn 9 jagħmlu taħt id-dixxiplina tal-mediċina, 3 taħt il-pedjatrija, 8 taħt il-kirurġija ġenerali u uroloġija, 9 taħt kirurġija speċjalizzata u 7 ta` l-obstetrija u ġinekoloġija. Ma dawn hemm ukoll l-ITU, l-Endoscopy Unit, Day Surgery Unit, u Renal Unit. In-numru tas-sodod allokati, huma:- Swali Numru Mediċina 257 Pedjatrija 64 Kirurġija Ġenerali 229 Kirurġija Speċjalizzata 165 Obstetrija U Ġinekoloġija 149 ITU 13 Endoscopy 15 Renal Unit 24 Day Surgery Unit 16 F`kaz ta` emerġenza kbira, l-ITU jista` b`mod immedjat jiġi estiz għal 20 sodda.
Leg 9 PQ #13430 Sitting 235 2000-02-07 Oral · Final From: MARIO GALEA To: Ministeru tas-Saħħa

Saħħa — Security Officer

Question

B'riferenza għal dawk is-security officers li ġew appuntati bħala security officers fl-isptarijiet ftit taż-żmien ilu, għax kien hemm vakanzi għalihom iżda tħallew fi grad ta' hospital auxiliaries u llum reġgħu intbagħtu lura jagħmlu x-xogħol ta' hospital auxiliaries, jista'l-Ministru jgħid jekk hemmx il-ħsieb li joħorġu applikazzjonijiet interni għal hospital security officers? Jekk ir-risposta hi fl-affermattiv meta, bejn wieħed u ieħor, se joħorġu?

Response (DEGUARA, LOUIS)

Ser jinħarġu l-applikazzjonijiet interni għal Security Guards fi żmien qasir.
Leg 9 PQ #13479 Sitting 235 2000-02-07 Oral · Final From: LOUIS BUHAGIAR To: Ministeru tas-Saħħa

Dipartiment tas-Saħħa — Konsulenti

Question

B'referenza għall-mistoqsija parlamentari numru 13128, jista' l-Ministru jieħu l-inkarigu li jsib l-informazzjoni kollha mitluba billi din hija fl-interess tal-Kamra u billi tirrigwardja policy li qed ikollha impatt importanti fit-tmexxija tas-servizzi tas-saħħa kif jista' jidher aktar 'l quddiem?

Response (DEGUARA, LOUIS)

Waqt li nsostni l-pożizzjoni spjegata fir-risposta oriġinali, nitlob lill-Onor. Interpellant ġentilment jindikali x'impatt importanti fit-tmexxija tas-servizzi tas-saħħa qed jirreferi għalih.
Leg 9 PQ #13480 Sitting 235 2000-02-07 Oral · Final From: DOLORES CRISTINA To: Ministeru tas-Saħħa

Sptarijiet — Twelid

Question

Jista' l-Ministru jagħti ċ-ċifra ta' induced births u ta' caesarean sections li saru fl-Isptar San Luqa tul il-15-il sena li għaddew? X'perċentaġġ ta' twelid totali fl-Isptar San Luqa jikkostitwixxu dawn iċ-ċifri?

Response (DEGUARA, LOUIS)

Ninsab infurmat li d-Dipartiment ta' l-Informazzjoni fuq is-Saħħa għandu nformazzjoni għas-snin 1994, 1995, 1996, 1997 u 1998 mogħtija mill-Isptar Karin Grech lill-Maternity Information System. L-informazzjoni miġbura mill-ewwel ta' Jannar sa l-aħħar ta' Ottubru 1999 kienu mogħtija lin-National Obstetric Information System ta' l-istess Dipartiment. Sena Numru ta' % ta' Twelid % ta' twelid Induced Induced permezz ta' permezz ta' Births Births Caesarean Caesarean Section Section ________________________________________________ _____________ 1994 837 19 762 17 1995 935 21 770 17 1996 618 15 734 17 1997 908 23 750 19 1998 907 24 736 20 1999 (Jan-Oct) 1064 35 700 23 ______________________________________________ ________________
Leg 9 PQ #13481 Sitting 235 2000-02-07 Oral · Final From: DOLORES CRISTINA To: Ministeru tas-Saħħa

Sptarijiet — Twelid

Question

Jista' l-Ministru jagħti ċ-ċifri ta' trabi li twieldu tul is-sena li għaddiet fl-Isptar San Luqa, fi sptarijiet privati u fi djar privati? F'kull każ x'kienet il-mortality rate tat-trabi u ta' l-ommijiet?

Response (DEGUARA, LOUIS)

Nixtieq ninforma lill-Onorevoli Nterpellant li l-istatistiċi uffiċjali nazzjonali tat-twelid jaqgħu taħt id-dekasteru tal-Ministru ta' l-Intern, li huwa responsabbli għar-Reġistrazzjoni Ċivili. Pero', ninsab infurmat ukoll li minn Jannar sa Novembru 1999 kien hemm 3,692 twelid fl-isptar Karin Grech, sptarijiet privati u djar li ġew irrapportati lin-National Obstetric Information System (NOIS) tad-Dipartiment ta' l-Informazzjoni fuq is-Saħħa. Minn dawn, 3,303 kienu twelid ġo l-Isptar Karin Grech, 379 ġo sptarijiet privati u 10 fid-djar. Kien hemm 32 ``still birth'' fl-Isptar Karin Grech. Mietu 18-il tarbija matul l-ewwel xahar ta' ħajja, 16 minnhom kienu twieldu l-Isptar Karin Grech u tnejn fi Sptarijiet privati. Dan jagħti rata ta' ``neonatal mortality'' ta' 5 minn kull 1000 wild ħaj kemm għall-Isptar Karin Grech u kif ukoll għall-Isptarijiet privati.
Leg 9 PQ #13495 Sitting 235 2000-02-07 Oral · Interim From: FRANCIS AGIUS To: Ministeru tas-Saħħa

Sptar San Luqa — Oftalmija

Question

Jista' l-Ministru jgħid meta se jkun jista' jintuża l-apparat magħruf bħala Digital Fundal Fluorescein Angiogram fid-dipartiment ta' l-oftalmija fl-Isptar San Luqa, liema apparat hu tant meħtieġ għal dijanjosi dejjem iktar aħjar?

Response (DEGUARA, LOUIS)

L-informazzjoni qed tinġabar, risposta tingħata f`seduta oħra.
Leg 9 PQ #13497 Sitting 235 2000-02-07 Oral · Final From: FRANCIS AGIUS To: Ministeru tas-Saħħa

Ċentri tas-Saħħa — Tindif

Question

Jista' l-Ministru jgħid xi pjanijiet għandu d-Dipartiment fil-long term rigward il-metodu ta' tindif fil-Health Centres tal-Gvern?

Response (DEGUARA, LOUIS)

Fil-preżent hemm żewġ Health Centres li jitnaddfu mill-kuntrattur u ieħor ser jingħata lill-kuntrattur fi żmien qasir. Iċ-Ċentri tas-Saħħa l-oħra huma imnaddfa mill-impjegati tad-Dipartiment. Il-policy hija flessibli u tiġi addottata skond iċ-ċirkostanzi tal-mument.
Leg 9 PQ #13567 Sitting 235 2000-02-07 Oral · Final From: SILVIO PARNIS To: Ministeru tas-Saħħa

Pilloli ISTIN

Question

Jista' l-Ministru jgħin fil-każ tas-sinjura li għandha bżonn il-pilloli ISTIN 5mg li nqatgħu mid-dipartiment u li l-partikolaritajiet tagħha qed jintbagħtu separatament minn din il-mistoqsija?

Response (DEGUARA, LOUIS)

Riċentement inġibditli l-attenzjoni mill-Legal Advisor tad-Diviżjoni li nformazzjoni tingħata biss jekk il-persuna li dwarha qed issir id-domanda parlamentari tagħti l-kunsens espress tagħha bil-miktub. Il-kunsens irid jispeċifika liema nformazzjoni għandha tingħata. Tali kunsens għandu jiġi mgħoddi lid-Diviżjoni tas-Saħħa mad-domanda.
Leg 9 PQ #13578 Sitting 235 2000-02-07 Oral · Final From: KARL CHIRCOP To: Ministeru tas-Saħħa

Saħħa — Dipartiment tad-Dermatoloġija

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'inhi l-proċedura uffiċjali ta' kif jingħataw l-appointments fl-out-patients fid-dermatoloġija? Huwa veru li t-tickets of reference tal-GPs li jkollhom il-pazjenti qed jinġabru mir-receptionists, imbagħad l-appuntament jintbagħat lill-pazjent, u li ġeneralment ikun xhur wara?

Response (DEGUARA, LOUIS)

Ninforma lill-Onorevoli Nterpellant li pazjenti li jippreżentaw ruħhom b' Ticket of Referral immarkat Urġenti mit-tabib jinqdew dakinhar stess. It-Tickets of Referral mhux urġenti jivvetjhom Konsulent li jaqsamhom f' erba' kategoriji hekk imsejha `Ta' Rutina',`Ta' Malajr',`Felul' u `Skin Tags'. Pazjenti `Ta' Malajr' narawhom wara ġimgħa. Għall-kategoriji l-oħra hemm `waiting list'. Bħal issa `Felul' jistennew bejn wieħed u ieħor tlett ġimgħat waqt li l-`waiting list' ta' każijiet ta' `Rutina' hija bejn wieħed u ieħor ħames ġimgħat. `Skin Tags' għandhom l-inqas prijorita'.