Legislature:
Category:
Reset
Active:

Kunsill tal-Psikologi

Question

Tista' il-Ministru ġentilment tinforma lill-Kamra meta nħatar il-kunsill tal-Psikologi? Kemm hu t-terminu tal-ħatra tagħhom? Minn min hu kompost? X'esperjenza għandhom kull membru tal-kunsill fil-qasam tal-psikoloġija?

Response (CRISTINA, DOLORES)

Il-Board dwar il-Professjoni tal-Psikoloġija f'Malta ġie mwaqqaf b'seħħ mill-1 ta' Frar 2005. Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tan-notifika tal-Gazzetta tal-Gvern li turi kif hu kompost u l-perijodu tal-ħatra. Ic-Chairperson u l-membri tal-Bord jissodisfaw il-kriterji meħtieġa, inkluż l-esperjenza fejn rikjesta, skond il-provedimenti ta' l-artikolu 4(1) ta' l-Att ta' l-2004 dwar il-Professjoni tal-Psikoloġija.

Awtorita' tad-djar

Question

Tista' il-Ministru tara li tiġi kkonsidrata t-talba ta' persuna - id-dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament - li għamlet quddiem l-awtorita' tad-djar biex l-istess awtorita' tapplika quddiem il-MEPA minħabba li l-persuna ndikata m'għandhiex il-mezzi finanzjarji biex tapplika hi stess?

Response (CRISTINA, DOLORES)

Ninsab infurmata li l-Awtorita' tad-Djar ma tistax tiffinalizza l-pagament għax-xogħlijiet li saru mill-persuna ndikata mill-Onor. Interpellant qabel ma din tipproduċi kopja tal-permess mill-MEPA li l-persuna kellha tapplika għalih biex isiru dawn ix-xogħlijiet. Ninsab infurmata ukoll li mhix il-policy ta' l-Awtorita' li tapplika jew tħallas għall-permessi li jkunu meħtieġa għall-irranġar ta' proprjeta' privata mikrija lill-inkwilin taħt l-iskema 5, li hi l-iskema li applikat taħtha l-persuna ndikata. Meta jkun hemm bżonn ta' permessi mill-MEPA biex isiru xogħlijiet taħt din l-iskema, il-persuna konċernata trid tqabbad perit u tħallas għal dawn is-servizzi u spejjeż oħra relatati hi stess.

Sigurta' Soċjali — Benefiċċju soċjali

Question

Tista' il-Ministru tara għaliex il-persuna - id-dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament - li hi anzjana nqatgħalha l-benefiċċju supplimentari?

Response (CRISTINA, DOLORES)

Ninsab infurmata li d-Dipartiment tas-Sigurta' Soċjali nforma bil-miktub lill-persuna ndikata mill-Onor. Interpellant dwar il-każ tagħha.

Sigurta' Soċjali — Servizzi soċjali

Question

Tista' il-Ministru tgħid għaliex il-persuna - id-dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament - qed tallega li qed tirċievi inqas servizzi soċjali milli suppost?

Response (CRISTINA, DOLORES)

Ninsab infurmata li d-Dipartiment tas-Sigurta' Soċjali nforma bil-miktub lill-persuna ndikata mill-Onor. Interpellant dwar il-każ tagħha.

Sigurta' Soċjali — Benefiċċji soċjali

Question

Tista' il-Ministru tara li jiġi nvestigat il-każ ta' persuna - id-dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament - li jidher li l-benefiċċji soċjali li qed tirċievi mhumiex dawk kollha li hija ntitolata għalihom skond il-kontribuzzjonijiet li kienet ħallset fil-passat?

Response (CRISTINA, DOLORES)

Ninsab infurmata li d-Dipartiment tas-Sigurta' Soċjali nforma bil-miktub lill-persuna ndikata mill-Onor. Interpellant dwar il-każ tagħha.

Dipartiment ta' l-akkomodazzjoni soċjali — Talba għal post tal-gvern

Question

Tista' il-Ministru tgħid x'possibbilta' hemm li l-applikant quddiem id-dipartiment għall-akkomodazzjoni soċjali - dettalji dwaru qed jintbagħtu separatament - jieħu post tal-gvern?

Response (CRISTINA, DOLORES)

Jien infurmata li l-applikazzjoni qed tiġi kkunsidrata flimkien m'oħrajn simili.

Awtorita' tad-djar

Question

Tista' il-Ministru tara li tiġi kkonsidrata t-talba li persuna - id-dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament - għandha quddiem l-awtorita' tad-djar biex l-istess awtorita' tapplika f'isimha quddiem il-MEPA minħabba li l-applikanta m'għandhiex il-mezzi finanzjarji biex tapplika hi stess?

Response (CRISTINA, DOLORES)

Ninsab infurmata li l-Awtorita' tad-Djar qed tistenna lill-persuna ndikata mill-Onor. Interpellant tibgħat l-informazzjoni mitluba permezz ta' ittra li ġġib id-data tat-3 ta' Frar 2005.

Sigurta' Soċjali — Anzjana li nbidlitilha l-helper

Question

Tista' il-Ministru tara l-problema li hemm ta' anzjana - dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament - li tbidlitilha l-helper biex forsi terġa' tieħu l-istess helper li kellha peress li kienu draw lil xulxin?

Response (CRISTINA, DOLORES)

Nitlob lill-Onor. Interpellant jirreferi l-Mistoqsija tiegħu lill-Ministru konċernat.

Awtorita' tad-Djar — Sussidju

Question

Tista' il-Ministru tara li mara armla - dettalji dwarha qed jintbagħtu separatment - li qed tistenna sussidju mill-awtorita' tad-djar tingħata risposta minħabba l-bżonn urġenti ta' dan is-sussidju?

Response (CRISTINA, DOLORES)

Ninsab infurmata li l-Awtorita' tad-Djar ma għandha ebda applikazzjoni pendenti minn xi persuna li toqgħod fl-indirizz indikat mill-Onor. Interpellant. Għalhekk nitlob lill-Onor. Interpellant jgħaddili, anki b'mod kunfidenzjali, aktar dettalji tal-persuna konċernata biex inkun nista' ninvestiga aktar.

Benefiċċji Soċjali — Pensjoni ta' l-ETa'

Question

Tista' il-Ministru tgħid x'kien in-numru ta' persuni li bbenefikaw mill-pensjoni ta' l-eta', sena b'sena matul il-perjodu 2000-2004, u x'kienet l-ispiża totali dwar dan il-benefiċċju kull sena?

Response (CRISTINA, DOLORES)

Ninsab infurmata li t-tagħrif mitlub hu kif jidher fit-Tabella li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra.

Sigurta' Soċjali — Pensjoni tal-wens

Question

Tista' il-Ministru tgħid kemm kien hemm persuni li fl-aħħar tas-sena 2004 kienu qed jirċievu: a) il-pensjoni tal-wens; u b) l-SAF? X'ammonti ta' flus ħallas id-dipartiment tas-sigurta' soċjali fuq dawn iż-żewġ benefiċċji soċjali rispettivament matul is-sena 2004?

Response (CRISTINA, DOLORES)

Ninsab infurmata li t-tagħrif mitlub qed jinġabar u tweġiba tingħata f'xi Seduta oħra.

Awtorita' tad-djar — Applikazzjoni bil-file no. H18410

Question

Peress li jien informat li l-applikant ta' file no. H 18410 ġiet bla saqaf, tista' il-Ministru tara li din l-applikanta tiġi nformata dwar fiex waslet din l-applikazzjoni, anke jekk ir-risposta tkun fin-negattiv?

Response (CRISTINA, DOLORES)

Jien infurmata li l-applikazzjoni qed tigi kkunsidrata flimkien m'oħrajn simili.

Familja u Solidarjeta' Soċjali — Mobile phones

Question

Tista' il-Ministru tgħid kemm nefaq il-ministeru tagħha fuq mobile phones fix-xhur ta' Novembru u Diċembru li għaddew (2004)?

Response (CRISTINA, DOLORES)

Ninsab infurmata li n-nefqa totali fix-xhur ta' Novembru u Diċembru 2004 għal sejħiet fuq mobile phones minn uffiċjali tal-Ministeru, Dipartimenti u entitajiet li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħi kienet ta' Lm3,579.14.

Djar — Reviżjoni tal-kera

Question

Tista' il-Ministru tgħid meta mistennija ssir reviżjoni tal-kera ta' l-inkwilini ta' l-appartamenti - id-dettalji dwarhom qed jintbagħtu separatament - billi dawn preżentement qed iħallsu madwar Lm272 u Lm227 kera fis-sena rispettivament?

Response (CRISTINA, DOLORES)

Ninsab infurmata li s-sussidji fuq il-postijiet indikati mill-Onor Interpellant inħadmu sew skond il-kuntratti ffirmati mill-inkwilini meta ngħataw il-postijiet.

Familja u Solidarjeta' Soċjali — Kontijiet tat-Telephone

Question

Tista' il-Ministru tgħid kemm tħallsu flus f'kontijiet tat-telephone ta' residenzi ta' uffiċjali governattivi bejn Jannar 2003 u Diċembru 2004? Min huma l-persuni li huma intitolati għal ħlas tat-telephone privat fir-residenza tagħhom? Kemm huwa l-ammont ta' ħlas li dawn huma intitolati għalih kull xahar?

Response (CRISTINA, DOLORES)

Ninsab infurmata li l-ammont ta' flus imħallsa dwar kontijiet tat-telephone tar-residenzi ta' uffiċjali governattivi li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħi, fis-sentejn indikati mill-Onor. Interpellant, kien ta' Lm20,575.26. Il-persuni li huma ntitolati għal dan il-ħlas huma dawk li jokkupaw kariga politika, uffiċjali għolja fis-segretarjat privat fil-Ministeru, uffiċjali pubbliċi minn direttur il fuq li għandhom performance contract, u chairpersons u diretturi ta' entitajiet governattivi. Dawn il-kategoriji ta' persuni huma ntitolati għal ħlas tas-sejħiet kollha lokali u, minbarra l-ewwel kategorija, il-kategoriji l-oħra huma ntitolati għal ħlas ta' sejħiet għal barra minn Malta sakemm dawn ikunu fuq xogħol uffiċjali.

Djar — Manutenzjoni f'residenza privata

Question

Tista' il-Ministru tgħid meta l-persuna - id-dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament - anzjan li jgħix waħdu f'bini substandard se jingħata l-għajnuna li applika għaliha biex jirranġawlu l-bieb tal-bitħa?

Response (CRISTINA, DOLORES)

Ninsab infurmata li l-Awtorita' tad-Djar qed tipproċessa l-applikazzjoni għall-għajnuna taħt Skema 5, billi tivverifika l-informazzjoni mogħtija mill-persuna ndikata mill-Onor. Interpellant. Hekk kif tiġi verifikata din l-informazzjoni l-persuna konċernata tiġi nfurmata direttament mill-Awtorita' dwar l-ammont ta' flus li ser tingħata.

Aġenzija Sedqa — Programmi dwar id-droga u l-alkoħol fl-iskejjel

Question

Tista' il-Ministru tgħid matul din is-sena x'inhi tagħmel l-aġenzija Sedqa biex twassal il-messaġġ tagħha fuq droga u alkoħol fl-iskejjel kemm dawk ta' l-istat kif ukoll dawk tal-knisja u indipendenti? Hemm xi programmi partikolari għal skejjel speċifiċi?

Response (CRISTINA, DOLORES)

Ninsab infurmata li t-tagħrif mitlub hu kif jidher fit-Tabella li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra.

Awtorita' tad-Djar — Skema care & repair

Question

Tista' il-Ministru tara li anzjana li għandha 'il fuq minn 90 sena - id-dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament - tibda tibbenifika mill-iskema care & repair ta' l-awtorita' tad-djar?

Response (CRISTINA, DOLORES)

Ninsab infurmata li l-Awtorita' tad-Djar ma rċeviet ebda talba mill-persuna ndikata mill-Onor. Interpellant biex tibbenefika mill-inizjattiva tal-Care and Repair. B'dankollu, ser issir spezzjoni biex jiġi stabbilit jekk din il-persuna tistax tibbenefika minn din l-inizjattiva.

Awtorita' tad-djar — Stallazzjoni ta' lift

Question

Tista' il-Ministru tgħid fejn wasal il-proċess minn naħa ta' l-awtorita' tad-djar biex jiġi stallat lift bir-riferenza HAV 3/2003?

Response (CRISTINA, DOLORES)

Ninsab infurmata li bħalissa għaddej il-proċess ta' evalwazzjoni ta' l-offerti mid-Dipartiment tal-Kuntratti wara li nħarġet is-sejħa għall-offerti għall-istallar tal-lift li għamel referenza għalih l-Onor. Interpellant.

Refuġjati

Question

Tista' il-Ministru tgħid liema studji saru u x'miżuri għandhom jittieħdu f'Malta sabiex jiġu ntegrati fi ħdana persuni ta' pajjiżi oħra li jiġu milqugħa hawn bħala refuġjati? Tista' tgħid leima huma dawk il-persuni tekniko-legali u soċjo-antropoloġiku li taw kontribut f'dawn l-istudji u jekk sarux xi programmi ta' taħriġ kemm għall-Maltin u kemm lill-barranin sabiex din l-integrazzjoni tista' isseħħ?

Response (CRISTINA, DOLORES)

Ninsab infurmata li ma ġie kkommissjonat ebda studju dwar is-suġġett li għamel referenza għalih l-Onor. Interpellant. Ninsab infurmata wkoll li f'Awwissu 2004, l-Aġenzija Appoġġ organizzat seminar, mifrux fuq erbat ijiem, għal dawk li b'xi mod huma nvoluti fix-xogħol ma' l-immigranti rregolari biex jiġi kkordinat ix-xogħol bejn id-diversi setturi. Dan is-seminar kien jinkludi taħdidiet minn kelliema kwalifikati fuq suġġetti relatati mar-refuġjati.