Legislature:
Category:
Reset
Active:
Leg 9 PQ #16030 Sitting 296 2000-05-17 Oral · Final From: ADRIAN VASSALLO To: Ministeru ta' l-Intern

Pulizija — Reati

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm ittellgħu persuni l-qorti din is-sena u s-sena l-oħra talli wettqu xi reat waqt logħob sportiv? X'kien ir-reat u fejn sar?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat li t-tagħrif mitlub mill-Onorevoli Interpellant hu kif jidher fuq it-Tabella li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra.
Leg 9 PQ #15804 Sitting 295 2000-05-17 Oral · Final From: JOSEPH CUSCHIERI To: Ministeru ta' l-Intern

Pulizija — Sliema - HSBC

Question

Jista' l-Ministru jagħti lista tal-pulziija li kienu duty mal-fergħa ta' l-HSBC ta' High Street, Sliema (Plaza complex) u Volksbank (Lombard) ta' 63 Triq Dingli, Sliema, bejn 1 ta' Diċembru, 1999 u l-15 ta' April, 2000?

Response (BORG, TONIO)

Ma nħossx li dettalji personali dwar is-servizz imsemmi fil-Mistoqsija għandhom jiġu ppublikati.
Leg 9 PQ #15897 Sitting 295 2000-05-17 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru ta' l-Intern

PA — Investigazzjonijiet

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm huwa n-numru ta' każi rrapportati lill-Awtorita' ta' l-Ippjanar dwar abbużi fuq xogħlijiet ta' kostruzzjoni u li fil-mument għadhom qed jiġu nvestigati? Meta huwa maħsub li jitlestew dawn l-investigazzjonijiet u liema minn dawk il-każi qed jiġu kkonsidrati ta' priorita'?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat li n-numru ta` każi rraportati lill-Awtorita` ta` l-Ippjanar u li qegħdin jiġu nvestigati hu ta` 4,311. Ix-xogħol fuq l-investigazzjoni ta` dawn il-każi huwa proċess kontinwu. Ninsab infurmat ukoll li bħalissa hemm 1,154 każ ieħor li qed jiġu kkunsidrati bħala prijorita`. Azzjoni diretta dwar dawn il-każijiet tittieħed mill-Awtorita` ta` l-Ippjanar kważi kull ġimgħa.
Leg 9 PQ #15898 Sitting 295 2000-05-17 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru ta' l-Intern

Pulizija — Impjegati

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm kien in-numru ta' pulizija li telqu u/jew spiċċaw mill-korp matul l-ewwel erba' xhur tas-sena? Kemm kien in-numru ta' pulizija ġodda li daħlu fil-korp matul l-istess perijodu u kemm saru transfers fl-istess perijodu?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat li matul l-ewwel erba` xhur ta` din is-sena spiċċaw mis-servizz 29 membru tal-Korp tal-Pulizija, filwaqt li daħlu 76 membri ġodda. Ninsab infurmat ukoll li fl-istess perijodu kien hemm 107 membru tal-Korp li tbiddlilhom ix-xogħol tagħhom fid-diversi sezzjonijiet tal-Korp tal-Pulizija.
Leg 9 PQ #15899 Sitting 295 2000-05-17 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru ta' l-Intern

Pulizija — Hold ups

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm kien in-numru ta' hold ups irrapportati mill-pulizija matul l-ewwel erba' xhur tas-sena? Kemm tammonta ċ-ċifra ta' flus irrapportata misruqa u kemm weġgħu persuni f'dawn il-hold ups? Kemm tressqu persuni l-qorti konnessjoni ma' dawn il-hold ups?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat li matul l-ewwel erba` xhur tas-sena 2000, ġew irrappurtati lill-Pulizija 12-il-każ ta` hold up, li fihom huwa rrappurtat li nsterqu madwar Lm12,045 u 250 Mark Ġermaniż, filwaqt li weġgħu żewġ persuni. Ninsab infurmat ukoll li 3 persuni ġew imressqa l-Qorti in konnessjoni ma` dawn il-hold ups.
Leg 9 PQ #15900 Sitting 295 2000-05-17 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru ta' l-Intern

Pulizija — Serqiet

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm kien in-numru ta' serqiet irrapportati lill-pulizija matul l-ewwel erba' xhur tas-sena? Kemm kien in-numru ta' karozzi misruqa? Kemm minn dawn il-każijiet kienu jinvolvu serq ta' oġġetti u flus mid-djar privati tal-pubbliku? Kemm huwa l-valur globali tal-oġġetti misruqa rrapportati lill-pulizija?

Response (BORG, TONIO)

NInsab infurmat li t-tagħrif mitlub mill-Onor. Interpellant hu kif jidher fit-Tabella li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra.
Leg 9 PQ #15901 Sitting 295 2000-05-17 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru ta' l-Intern

Pulizija — Persuni mressqa l-qorti

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm kien in-numru ta' persuni li l-pulizija ressqet il-qorti b'konnessjoni ma' serqiet li saru matul l-ewwel erba' xhur tas-sena?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat li l-Pulizija ressqet quddiem il-Qorti 90 persuna b`konnessjoni ma` serqiet li twettqu matul l-ewwel erba` xhur tas-sena 2000.
Leg 9 PQ #15965 Sitting 295 2000-05-17 Oral · Final From: ADRIAN VASSALLO To: Ministeru ta' l-Intern

Pulizija — Ċitazzjonijiet

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm ingħataw ċitazzjonijiet għall-ipparkjar mill-pulizija, xahar b'xahar din is-sena?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat li t-tagħrif mitlub mill-Onorevoli Interpellant hu kif ġej : Jannar Frar Marzu April ------ ---- ----- ----- 3,717 3,785 3,520 3,371
Leg 9 PQ #15966 Sitting 295 2000-05-17 Oral · Final From: ADRIAN VASSALLO To: Ministeru ta' l-Intern

Pulizija — Anzjani - Reati

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm kien in-numru ta' anzjani li sfaw vittmi ta' xi reat, sena b'sena f'dawn l-aħħar għaxar snin?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat li mir-records disponibbli taħt forma kompjuterizzata, it-tagħrif mitlub mill-Onorevoli Interpellant huwa kif ġej : 1997 1998 1999 2000 (minn April) (sa April) 602 1,107 990 438 Dawn iċ-ċifri jinkludu kull tip ta` reat eż. Serq minn jew ta` vettura ta` persuna l` fuq minn 60 sena.
Leg 9 PQ #15968 Sitting 295 2000-05-17 Oral · Final From: ADRIAN VASSALLO To: Ministeru ta' l-Intern

Pulizija — Inċidenti kawża ta'armi tan-nar

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm weġġgħu jew mietu nies kawża ta' armi tan-nar, is-sena l-oħra u din is-sena? Kemm minn dawn kienu aċċidentali jew kawża ta' traskuraġni? Kemm kienu intenzjonati? Kemm ġew irrapportati każi waqt il-kaċċa u x'kienet l-arma li ntużat f'kull każ?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat li bejn l-1 ta` Jannar 1999 u l-14 ta` Mejju 2000, kien hemm 16-il każ li fihom persuni sofrew feriti permezz ta` arma tan-nar, filwaqt li kien hemm 11-il każ ieħor li fihom persuni tilfu ħajjithom. Minn dawn is-27 każi, kien hemm 6 każi li kienu aċċidentali, 15 kienu intenzjonati, filwaqt li 6 każi għad mhux stabbilit jekk kienux aċċidentali jew le. Ninsab infurmat ukoll li minn dawn il-każi, 8 kienu waqt il-kaċċa u li l-arma ta` l-inċident kienet senter.
Leg 9 PQ #16019 Sitting 295 2000-05-17 Oral · Final From: JOE CILIA To: Ministeru ta' l-Intern

Pulizija — Bomb threat

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm il-każ ta' bomb threat kien hemm is-sena l-oħra (1999) u mill-ewwel tas-sena sal-lum? Jista' jgħid kull każ fejn kien?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat li matul l-1999 kien hemm 91 każ ta` bomb threat, filwaqt li fis-sena 2000, sad-9 ta` Mejju, kien hemm 40 każi simili. Għal raġunijiet ovvji ma nħossx li għandhom jiġu magħmula pubbliċi d-dettalji dwar fejn kienu saru dawn il-każijiet.
Leg 9 PQ #15683 Sitting 294 2000-05-16 Oral · Final From: JOSEPH CUSCHIERI To: Ministeru ta' l-Intern

Pulizija — Container bil-Whisky

Question

Jista' l-Ministru jirrispondi l-mistoqsija parlamentari numru 13515, li oriġinarjament saret lill-Ministru tal-Ġustizzja u Gvern Lokali u li ġiet riferuta lilek u cioe': Jista' jgħid jekk ġiex preżentat, u jekk ġie preżentat meta, fil-qorti l-każ dwar container li minflok ilma kien fih whisky ta' persuna li ismu qiegħed jintbagħat separatament? Jista' jgħid f'liema stadju wasal dan il-każ?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat illi l-proċeduri kriminali fil-każ li rrefera għalih l-Onor. Interpellant għadhom pendenti quddiem il-Qorti.
Leg 9 PQ #15893 Sitting 294 2000-05-16 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru ta' l-Intern

Pulizija — Inċidenti tat-traffiku

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm kien in-numru ta' kollużjonijiet ta' traffiku rrapportati lill-pulizija matul l-ewwel erba' xhur tas-sena? Kemm kien in-numru ta' vittmi f'dawn l-inċidenti tat-traffiku u kemm minnhom kienu fatali? Kemm huwa n-numru ta' dawn il-każi li għadhom qed jiġu investigati mill-pulizija?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat li bejn Jannar u April tas-sena 2000, ġew irrapurtati lill-Pulizija 4,102 inċident tat-traffiku li fihom korrew 375 persuna. Fil-każ ta` 5 persuni minn dawk li korrew, l-inċident kien fatali u l-investigazzjonijiet tal-Pulizija dwar dawn għad m`humiex konklużi.
Leg 9 PQ #15894 Sitting 294 2000-05-16 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru ta' l-Intern

Pulizija — Klandestini

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm kien in-numru ta' klandestini li daħlu Malta fl-ewwel erba' xhur tas-sena? Minn liema nħawi ta' Malta daħlu u x'nazzjonalita' kellhom? X'passi ta' sigurta' ħadet il-pulizija f'kull każ?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat li fl-ewwel erba` xhur ta` din is-sena, kien hemm każ wieħed li seħħ fil-25 ta` April, fejn 7 klandestini daħlu Malta, fl-inħawi ta` l-Imtaħleb. Dawn kienu kollha ta` nazzjonalita` Eġizzjana u, skond stqarrijiet li għamlu, nġiebu Malta permezz ta` lanċa tas-sajd misjuqa minn tlett baħrin Tunisini u Alġerini. Malli l-Pulizija rċeviet l-informazzjoni dwar l-isbark ta` dawn il-barranin, mill-ewwel sar 'patrol' fuq l-art u fuq il-baħar, bl-assistenza tal-Forzi Armati ta` Malta. Il-lanċa tas-sajd li wasslet lil dawn il-klandestini ma nstabitx.
Leg 9 PQ #15895 Sitting 294 2000-05-16 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru ta' l-Intern

Dipartiment ta' l-Artijiet — Espropriazzjoni ta' art

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm kien in-numru ta' persuni li tħallsu għall-art li kienet ġiet esproprjata mill-gvern matul l-ewwel erba' xhur tas-sena? Kemm kien l-ammont ta' flus imħallsa u kemm kienu ilhom pendenti każ każ?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat li t-tagħrif mitlub mill-Onor. Interpellant hu kif jidher fit-Tabella li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra. L-ammont ta` Lm1.2 miljuni mħallsa oriġinaw hekk : Lm600,000 mill-Estimi, Lm224,000 mill-fondi ta` l-Awtorita` tad-Djar, u Lm414,000 mill-'below the line' account tad-Dipartiment ta` l-Artijiet li jkun ġabar mid-Dipartimenti, entitajiet jew persuni li jkunu talbu l-esproprijazzjoni.
Leg 9 PQ #15896 Sitting 294 2000-05-16 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru ta' l-Intern

Dipartiment ta' l-Artijiet — Ċnus

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm kien in-numru ta' ċnus tar-raba' tal-bdiewa li tħallsu u/jew ġew mifdija mill-bdiewa matul l-ewwel erba' xhur tas-sena?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat li n-numru ta` kirjiet u ċnus tar-raba li tħallsu mill-bdiewa matul l-ewwel erba` xhur tas-sena 2000 hu ta` 276. Ninsab infurmat ukoll li ma kien hemm l-ebda fidi ta` ċnus f`dawn l-erba` xhur.
Leg 9 PQ #15986 Sitting 294 2000-05-16 Oral · Final From: JOE CILIA To: Ministeru ta' l-Intern

Pulizija — Muturi

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm bżonn ta' muturi għall-Korp tal-Pulizija wara li dan l-aħħar deher avviż fil-gazzetta tal-Gvern għall-fornitura tal-istess? Jekk id-data ta' l-għeluq għalqet, jista' l-Ministru jgħid fejn wasal il-proċess?

Response (BORG, TONIO)

Kif diġa` kelli l-okkażżjoni ngħid fit-Tweġiba għall-Mistoqsija Parlamentari Nru. 7798, hemm ħtieġa li jkun hemm aktar muturi disponibbli għat-Taqsima tat-Traffiku tal-Pulizija. Fil-fatt, kif jaf l-Onorevoli Interpellant, fil-Gazzetta tal-Gvern ta` l-10 ta` Marzu 2000, ħarġet sejħa għall-offerti għax-xiri ta` muturi. F`din is-sejħa li għalqet fil-11 ta` April 2000, huwa ppjanat li jinxtraw seba` muturi għat-Taqsima tat-Traffiku kif ukoll għaxar muturi żgħar biex jaqdu l-ħtiġijiet ta` trasport ġenerali tal-Korp. Il-proċess tat-tender imsemmija qiegħed fi stadju ta` aġġudikazzjoni.
Leg 9 PQ #16071 Sitting 294 2000-05-16 Oral · Final From: CARMELO ABELA To: Ministeru ta' l-Intern

Pulizija — Klieb fuq il-bejt

Question

Jista' l-Ministru jara li jittieħdu passi biex karozzi tal-linja ma jitħallewx għal ħinijiet twal ipparkjati fi Triq Bjaġju Galea minflok jinżammu f'garaxx intiż apposta għal dan il-għan li jinsab fi Triq Dun Karm Sant? Jista' l-Ministru jara wkoll li jittieħdu passi biex ma jinżammux klieb fuq il-bejt tad-djar "Imon E'Risa" u "Romantika" fi Triq Dun Karm Sant f'Ħal Tarxien li mhux qed iħallu r-residenti fl-inħawi jistrieħu bl-inbieħ, u minkejja li jsiru rapporti u jmorru l-pulizija, ma jiftħulhomx u l-affarijiet qed jieqfu hemm?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat li minn spezzjonijiet li għamlet il-Pulizija fit-triq imsemmija mill-Onor. Interpellant, ma nstabx li kien hemm karozzi ipparkjati bi ksur tar-regolamenti tat-traffiku. Dwar it-tieni parti tal-Mistoqsija, infurmat li ma jirriżultax li kien hemm xi ilment formali mal-pulizija mill-ġirien, kif huwa meħtieġ skond il-liġi, sabiex il-Pulizija tkun tista` tipproċedi. Pero` infurmat ukoll li s-sidien ġew imwissija sabiex jieħdu ħsieb il-klieb tagħhom.
Leg 9 PQ #14776 Sitting 293 2000-05-16 Oral · Final From: JOSEPH CUSCHIERI To: Ministeru ta' l-Intern

PA — Applikazzjoni

Question

Peress li quddiem l-Awtorita' ta' l-Ippjanar ġiet sottomessa applikazzjoni bin-numru 06092/99 bl-iskop li art proprjeta' tal-gvern biswit il-Westin Dragonara Hotel f'San Ġiljan tiġi żviluppata u nikkwota l-applikazzjoni: "to sanction external parking area", jista' l-Ministru jgħid jekk huwiex il-ħsieb tal-gvern li jagħti l-indikata art għall-iżvilupp mitlub? Jista' jgħid xi proċeduri qed jintużaw u se jintużaw fil-futur biex tiġi pproċessata din it-talba?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat li saru diversi talbiet ghal art imsemmija mill-Onor. Interpellant, pero` ghada ma ttiehdet l-ebda decizjoni mit-Taqsima Proprjeta` tal-Gvern favur it-trasferiment taghha lil terzi. Il-proceduri li dejjem jintuzaw fl-ipprocessar ta` kull talba li ssir lid-Dipartiment imsemmi huma dawk elenkati fl-Att dwar it-Trasferimenti ta` Proprjeta` tal-Gvern. Ghal dak li jirrigwardja l-Awtorita` ta` l-Ippjanar, ninsab infurmat li l-procedura ta` kif l-applikazzjoni msemmi ser tkun processata, hi dik li normalment tintuza biex jigu processati applikazzjonijiet ta` zvilupp. Id-Dipartiment tal-Artijiet jikkonsidra jekk jaghtix din l-art jew le wara li l-Awtorita` ta` l-Ippjanar tipprocessa din it-talba.
Leg 9 PQ #15384 Sitting 293 2000-05-16 Oral · Final From: JOSEPH CUSCHIERI To: Ministeru ta' l-Intern

Pulizija — Delitti

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm f'dawn l-aħħar 15-il sena seħħew attentati ta' delitti omiċidjali u anke delitti omiċidjali b'armi li huma liċenzjati to keep?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat li matul dawn l-ahhar hmistax-il-sena kien hemm 14-il kaz ta` attentat ta` omicidju u 7 kazi ta`