Legislature:
Category:
Reset
Active:

Universita'

Question

Jista' il-Ministru jgħid jekk l-universita' għandhiex il-ħsieb li xi korsijiet ma jiftħux kull sena? Jista' jgħid liema huma dawn il-korsijiet? Jista' jgħid ukoll liema huma l-korsijiet li diġa' mhux qed jiftħu ta' kull sena? B'mod partikolari, jista' jgħid jekk għas-sena akkademika li jmiss u dik ta' wara l-kors tat-tobba u l-avukati hux se jilqgħu studenti sabiex jibdew l-istudji tagħhom?

Response (GALEA, LOUIS)

It-tagħrif mitlub għadu qed jinġabar u tweġiba tingħata f'xi Seduta oħra.

ETC — Job experience scheme

Question

Jista' il-Ministru jgħid kif qed taħdem il-job experience scheme ta' l-ETC? Jista' jgħid ukoll kemm qed jieħdu sehem f'din l-iskema? Kif qed jiġi mkejjel is-suċċess ta' din l-iskema?

Response (GALEA, LOUIS)

Infromat li l- Job Experience Scheme hija skema li ġiet maħluqa mill- Korporazzjoni bl-iskop li tagħti esperjenza ta’ xogħol lil żgħażagħ li jew qatt ma jkunu ħadmu jew inkella qatt ma ħadmu fil-linja li għaliha jkunu qed ifittxu xogħol. Din l-iskema toffri 13-il ġimgha esperjenza għal 20 siegha fil-ġimgħa. Matul dawn il-ġimgħat min iħaddem ma joħroġ xejn filwaqt li l-ETC toffri Lm 15- il lira fil- ġimgħa lill-parteċipant. Din titħaddem billi l-Korporazzjoni tirċievi talba minn min iħaddem u skond l- esiġenzi u l- post tax-xogħol il-Korporazzjoni tibgħat lil dak iż-żagħżugħ jew żagħżugħa li skond hi jkunu l- iktar addatti. Matul it 13– il ġimgha l- Korporazzjoni tara li dak li qed jipparteċipa qed jieħu l-esperjenza meħtiega. B’ hekk meta tispiċċa l- iskema u l- parteċipant jintbgħat f’ opportunita ta’ xogħol , ikun jista juri li kellu esperjenza fix- xogħol mixtieq minnu. Mill-1 t’ Ottubru 2004 sa l-aħħar ta’ Ġunju 2005 kien hemm 27 ġuvni u 26 tfalja li ħadu sehem f’ din l- iskema. Matul is-sena finanzjarja Ottubru 2003 u Settembru 2004 kien hemm 75 persuna li pparteċipaw. Informat li madwar 70% ta’ dawk li jipparteċipaw jibqgħu fl- impjieg jew ma l-istess imgħallem li miegħu ikunu ħadu l-esperjenza, jew isibu xogħol immedjatament wara li tispicca l- iskema .

National reform programme

Question

Jista' il-Ministru jgħid jekk in-national reform programme hux lest jew le? Jekk fl-affermattiv, jista' ipoġġi kopja ta' dan il-programm fuq il-mejda tal-Kamra?

Response (GALEA, LOUIS)

Il-proċess ta' National Reform Programmhu responsabbilita' ta' Kumitat tal-Kabinett li hu mmexxi mill-Ministru tal-Kompetittivita' u Komunikazzjoni.

Nies maqtugħa mir-reġistru tax-xogħol

Question

Jista' il-Ministru jirrispondi mistoqsija parlamentari 13445 u jgħid kemm ġew maqtugħa nies kull sena mill-ewwel parti tar-reġistru tax-xogħol matul dawn l-aħħar ħames snin?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li n-numru ta' nies maqtugħa mill-ewwel u t-tieni parti tar-reġistru matul dawn l-aħħar ħames snin huwa hekk :- Sena Numru ta' nies Jannar-Diċembru 2000 1,494 2001 1,478 2002 1,203 2003 858 2004 1,492 2005(sa Ġunju) 1,052

Entitajiet privati — Użu minn faċilitajiet ta' l-universita'

Question

Jista' il-Ministru jgħid jekk entitajiet privati, inklużi NGOs, jistgħux jagħmlu użu minn faċilitajiet ta' l-universita' f'isimhom? Jekk fl-affermattiv, liema huma dawn il-faċilitajiet? Jekk l-entitajiet li jagħmlu użu minn dawn il-faċilitajiet jistgħux jiċċarġjaw flus? Jekk ir-risposta hija fl-affermattiv, x'inhi l-proċedura biex wieħed jagħmel użu minn dawn il-faċilitajiet?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li l-faċilitajiet li toffri l-Universita' għall-użu ta' entitajiet privati inklużi NGO's huma l-kiri ta' swali u teatri. Għal dan is-servizz l-Universita' titħallas ċerti rati. Fil-każ ta' NGO's li jipprovaw li l-użu ta' dawn il-faċilitajiet jkunu għal skopijiet ta' benefiċjenza jkun hemm reduzzjoni fir-rati tal-ħlas. Informat ukoll li l-Universita' ma timponix kundizzjonijiet fuq dawn l-entitajiet dwar xi flus jiċċarġjaw. Biex tuża l-faċilitajiet ta' l-Universita' l-entitajiet ikunu jridu jagħmlu talba lir-Rettur ta' l-Universita'.

Dipartiment ta' l-Edukazzjoni — Direttur Ġenerali

Question

Jista' il-Ministru jikkonferma jekk kienx jaf b'inizjattiva ta' ġbir li sar fost l-impjegati tad-dipartiment ta' l-edukazzjoni biex jinxtara rigal għad-direttur ġenerali li kien wasal biex jirtira? Jista' il-Ministru jgħid jekk huwiex konxju tal-fatt li min kien qed jiġbor il-flus beda jniżżel l-ismijiet ta' dawk li rrifjutaw li jagħtu l-flus? Jista' jgħid jekk tali ġbir huwiex konformi mar-regolamenti ta' l-Estacode fid-dawl ta' ċirkulari li ħarġet aktar qabel li tipprojbixxi tali ġbir fost l-impjegati?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li l-ġbir li sar fost l-impjegati, kien biex isiru 'drinks' fl-okkażjoni ta' l-irtirar tas-Sur Charles Mizzi minn Segretarju Permanenti, u mhux għad-Direttur Ġenerali. Informat ukoll li ma kien hemm l-ebda lista ta' ismijiet ta' dawk li ma tawx flus.

Junior lyceum ta' Raħal Ġdid

Question

Jista' il-Ministru jgħid kemm kienet l-average mark ta' kull suġġett fl-eżamijiet finali tal-junior lyceum ta' Raħal Ġdid ta' l-istudenti li jattendu Form 3? Jista' jgħid għaliex f'numru sostanzjali ta' suġġetti bażiċi l-marka kienet baxxa ħafna?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li t-tabella tal-kumpilazzjoni tal-marki għada qed timtela mill-iskola. Malli din tasal l-Educational Assessment Unit wieħed ikun jista' jagħti din l-informazzjoni. Informat ukoll li la darba għadhom ma ħarġux ir-riżultati mhux f'pożizzjoni li jingħataw kummenti fuq il-marki ta' suġġetti bażiċi jew suġġetti oħra.

Santa Venera — Skejjel tal-gvern

Question

Jista' il-Ministru jgħid x'xogħlijiet saru fl-iskejjel tal-gvern f'Santa Venera mill-1994 "il hawn u kemm sewa kull xogħol li sar? X'inhu x-xogħol u kemm huwa stmat li jammonta x-xogħol proġettat li jsir fil-futur qarib?

Response (GALEA, LOUIS)

Peress li l-Mistoqsija waslitilna nhar il-Ġimgħa, it-tagħrif mitlub qed jinġabar u tweġiba tingħata f'xi Seduta oħra.

Ħal Qormi — Skejjel tal-gvern

Question

Jista' il-Ministru jgħid x'xogħlijiet saru fl-iskejjel tal-gvern ta' Ħal Qormi mill-1994 'il hawn u kemm sewa kull xogħol li sar? X'inhu u kemm huwa stmat li jammonta x-xogħol proġettat li jsir fil-futur qarib?

Response (GALEA, LOUIS)

Peress li l-Mistoqsija waslitilna nhar il-Ġimgħa, it-tagħrif mitlub qed jinġabar u tweġiba tingħata f'xi Seduta oħra.

Ħal Kirkop — Skejjel tal-gvern

Question

Jista' il-Ministru jgħid x'xogħlijiet saru fl-iskejjel tal-gvern ta' Ħal Kirkop mill-1994 'il hawn u kemm sewa kull xogħol li sar? X'inhuwa u kemm huwa stmat li jammonta x-xogħol proġettat li jsir fil-futur qarib?

Response (GALEA, LOUIS)

Peress li l-Mistoqsija waslitilna nhar il-Ġimgħa, it-tagħrif mitlub qed jinġabar u tweġiba tingħata f'xi Seduta oħra.

Ħal-Luqa — Skejjel tal-gvern

Question

Jista' il-Ministru jgħid x'xogħlijiet saru fl-iskejjel tal-gvern ta' Ħal-Luqa mill-1994 'il hawn u kemm sewa kull xogħol li sar? X'inhuwa u kemm huwa stmat li jammonta x-xogħol proġettat li jsir fil-futur qarib?

Response (GALEA, LOUIS)

Peress li l-Mistoqsija waslitilna nhar il-Ġimgħa, it-tagħrif mitlub qed jinġabar u tweġiba tingħata f'xi Seduta oħra.

Eżamijiet tal-junior lyceum

Question

Jista' il-Ministru ġentilment jagħti l-overall pass rate fl-eżami tal-junior lyceum għas-snin 1996 u 1997?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li studenti li għaddew mill-eżami tad-dħul fl-ewwel sena fil-Junior Lyceum kien hekk : 1996 - 52.85% 1997 - 52.11% Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra stqarrija pubblikata dwar is-suġġett.

Kors tat-telecommunication, electronic and engineering

Question

Jista' il-Ministru jgħid x'se jiġri mill-kors tat-telecommunication, electronic, engineering ta' l-istudenti li jinsabu fir-raba' sena li qed isir fl-MCAST? Jista' jgħid ukoll jekk hux se jkunu jistgħu jsiru r-resits?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li l-kors tat-Telecommunications Electronic Engineering kien iwassal għall-eżamijiet City & Guilds 2720 li ġew offruti għall-aħħar darba f'Ġunju 2005. Din id-deċiżjoni kienet meħuda minn City & Guilds Londra qabel l-2002. Mhux se jkun hemm aktar eżamijiet għal din il-kwalifika u għalhekk m'hemmx aktar resits. L-istudenti msemmija bdew il-kors taħt id-Diviżjoni ta' l-Edukazzjoni u komplew l-aħħar sentejn ma' l-MCAST. Il-kors fit-Telecommunications and Electronics Engineering kien iwassal lill-istudenti għat-Technician Certificate numru 2720-01 biex wara jkomplu għat-Technician Diploma (numru 2420-02) fl-aħħar snin tal-kors għall-Advised Technician Diploma (numru 2720-03). Dawn l-eżamijiet waqfu jiġu offruti minn City and Guilds hekk kif ġej: 2720-01 TECHNICIAN CERTIFICATE - May 2003 2720-02 TECHNICIAN DIPLOMA - June 2004 2720-03 ADVANCED TECHNICIAN DIPLOMA - June 2005 Kif jidher minn dan, l-aħħar sessjoni ta' l-eżamijiet ta' City & Guilds f'dan is-suġġett kien Ġunju 2005. Dawn l-eżamijiet mhux qed ikunu offruti aktar minn City & Guilds u għaldaqstant ma jistgħux isiru reġistrazzjonijiet mal-Bord għal dawn is-suġġetti. Qed isiru sforzi biex dawn l-eżamijiet jiġu offruti f'Diċembru 2005 għall-istudenti li jeħlu f'Ġunju. Fil-preżent l-istitut ta' l-Inġenerija Elettrika u Elettronika m'għandux studenti fir-raba sena tal-kors imsemmi. Fl-2002 dan il-kors ġie sostitwit mill-EDEXCEL/BTEC National Diploma in Telecommunications.

Edukazzjoni, Żgħażagħ u Impjiegi — PSC

Question

Jista' il-Ministru jgħid kemm hu n-numru ta' każi li fil-preżent tressqu quddiem il-public service commission? Kemm ilha l-aktar talba li hija pendenti?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li fil-preżent ma hemmx każi ta' dixxiplina li jinvolvu impjegati tad-Diviżjoni ta' l-Edukazzjoni u li huma pendenti quddiem il-Public Service Commission.

Junior Lyceum Tal-Ħandaq — Eżami ta' l-Istorja

Question

Minħabba li rċevejt numru ta' ilmenti minn ġenituri, jista' il-Ministru jgħid jekk hux minnu jew le li l-eżami ta' l-Istorja tal-Form 4 fil-Junior Lyceum Tal-Ħandaq irriżulta li partijiet sostanzjali minn dak li ħareġ fl-eżami ma ġiex magħmul fil-klassi matul is-sena skolastika?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li l-ilment imqanqal ma jirriżultax. L-eżami ta' l-Istorja tal-Form IV li għalih irrefera l-Onorevoli Interpellant kien l-eżami annwali għal-Junior Lyceums kollha. Il-karta ta' dan l-eżami kienet konformi mas-sillabu. In-nuqqas ta' lmenti mill-Junior Lyceums l-oħra jixdhu dan. Informat ukoll li skond informazzjoni li għandi kien hemm problema fil-Junior Lyceum tal-Ħandaq li kienet f'eżerċizzju wieħed u mhux f'partiiet sostanzjali tal-karta.

Marsaxlokk — Bini ta' sala fl-iskola primarja

Question

Jista' il-Ministru jgħid, wara li nħareġ il-permess mill-MEPA għall-bini ta' sala fl-iskola primarja ta' Marsaxlokk, meta se tiġi mibnija din l-istess sala?

Response (GALEA, LOUIS)

Ix-xogħol fuq din is-sala ikun jista' jibda wara li jsiru il-proċeduri meħtieġa konnessi mal-kuntratti involuti fil-bini u tagħmir tagħha.