Legislature:
Category:
Reset
Active:
Leg 9 PQ #29242 Sitting 628 2001-10-30 Oral · Final From: CHARLES MANGION To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Impjegati

Question

1 Jista' l-Ministru jgħid kemm huwa n-numru ta' impjegati kollha grad bi grad u dipartiment b' dipartiment, li huma ingaġġati bħala konsulenti, part timers, casuals jew b' xi kuntratt ta' xogħol fid-dipartimenti li jaqgħu taħt id-dikasteru tiegħu? 2 Kemm huwa l-ħlas/remunerazzjoni li qiegħed jirċievi kull impegat? 3 Min awtorizza tali impieg? 4 Hemm xi benefiċċji oħra marbuta ma' tali impieg? 5 Hemm minnhom xi impjegati li uffiċjalment spiċċaw mis-servizz tal-Gvern bl-eta'?

Response (GALEA, LOUIS)

L-informazzjoni mitluba għadha qed tinġabar u tweġiba tingħata f'xi Seduta oħra.
Leg 9 PQ #28993 Sitting 627 2001-10-29 Oral · Final From: EVARIST BARTOLO To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Taħriġ lill-Għalliema

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'taħriġ hemm maħsub li jingħata lill-għalliema għat-tfassil tal-karti ta' l-eżamijiet?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li se jsir taħriġ minn issa sa Diċembru 2001 għas-Subject Co-ordinators ġodda u l-Assistenti Kapijiet ta' l-iskejjel kollha dwar dan ix-xogħol u aspetti oħra ta' l-eżamijiet.
Leg 9 PQ #28994 Sitting 627 2001-10-29 Oral · Final From: EVARIST BARTOLO To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Kurrikolu Nazzjonali

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'laqgħat qed isiru mal-għalliema biex jinfurmawhom dwar il-proċess tal-implimentazzjoni tal-Kurrikolu Nazzjonali?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li ma waqfux il-laqgħat fl-iskejjel differenti fejn il-Kap u l-għalliema irċevew tagħrif dwar l-impliementazzjoni tal-Kurrikulu Nazzjonali u ddiskutew ukoll x'se tkun il-parteċipazzjoni tagħhom. Dawk li wasslu dan it-tagħrif kienu ħafna drabi membri jew tad-Dipartiment tal-Kurrikulu jew tal-Fakulta` ta' l-Edukazzjoni.
Leg 9 PQ #29029 Sitting 627 2001-10-29 Oral · Final From: EVARIST BARTOLO To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

MT Nuzzo / Junior Lyceum Dun Ġużepp Brighella

Question

Jista' l-Ministru jgħid għaliex l-istudenti bniet u subien li jmorru l-iskola sekondarja MT Nuzzo u l-Junior Lyceum Dun Ġużepp Brighella l-Ħamrun qegħdin jinġarru fuq l-istess private (rotta Sliema - Ħamrun) u qed ikun hemm ħafna taħwid sakemm jaslu?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li studenti bniet u subien li jmorru l-iskola sekondarja MT Nuzzo u l-Junior Lyceum Dun Ġużepp Brighella l-Ħamrun ilhom jivjaġġaw fuq l-istess private (rotta Sliema - Ħamrun) għal numru ta' snin. Fuq din il-private hemm għalliema inkarigati u ma jirriżultax li jkun hemm taħwid. Fi kliem din l-għalliema dawn is-subien dejjem iġibu ruħhom sewwa u b'edukazzjoni kbira.
Leg 9 PQ #29030 Sitting 627 2001-10-29 Oral · Final From: EVARIST BARTOLO To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Skejjel — Settijiet tat-TV

Question

Jista' l-Ministru jara li jittieħdu passi biex dawk l-iskejjel li qed jixtru sett TV għal kull klassi jiġu eżentati milli jkollhom iħallsu għal-liċenzja għal kull erba' klassijiet? Peress li huma stabbilimenti edukattivi jistgħu jiġu eżentati minn dawn il-ħlassijiet?

Response (GALEA, LOUIS)

Il-materja diġa` qed tiġi konsidrata mill-Bord kompetenti li s'issa m'għandux din id-diskrezzjoni u għaldaqstant qed jiġi konsidrat tibdil fir-Regolamenti u l-impatt tagħhom.
Leg 9 PQ #29059 Sitting 627 2001-10-29 Oral · Final From: JOE CILIA To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Universita' ta' Malta

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm daħlu persuni fl-Universita' ta' Malta fil-bidu ta' dan ix-xahar? Kemm minnhom hemm studenti full time u kemm minnhom studenti part-time? Kemm minnhom huma rġiel u kemm minnhom huma nisa? Liema fakultajiet huma l-iktar poplari fl-Universita'

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li l-istudenti li daħlu fl-Universita` din is-sena huwa dan li ġej: Undergraduate Full-time Part-time Irġiel Nisa Total Irġiel Nisa Total 748 1060 1809 152 139 291 Postgraduate Full-time Part-time Irġiel Nisa Total Irġiel Nisa Total 79 123 202 143 99 242 Il-Fakultajiet li fihom l-aktar li daħlu studenti kienu l-Fakulta` ta' l-Economics, Management & Accountancy, il-Fakulta` ta' l-Edukazzjoni u l-Istitut għall-Ħarsien tas-Saħħa u l-Fakulta` ta' l-Arti.
Leg 9 PQ #29120 Sitting 627 2001-10-29 Oral · Final From: CARMELO ABELA To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Marsa Sports Ground

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk ix-xogħol li qed isir mal-boundary tal-Marsa Sports Ground hux kopert bil-permessi neċessarji? Jista' l-Ministru jgħid ukoll min qed jagħmel dan ix-xogħol?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li d-Dipartiment għandu l-permessi kollha meħtieġa biex isir ix-xogħol fil-Marsa Sports Ground. Ix-xogħol ġie allokat lil Polidano Group wara li ħarġet sejħa għat-tenders. Il-ħamrija skavata mis-sit, flimkien ma' xi siġar li tneħħew mill-istess post qegħdin jitpoġġew biswit Triq Aldo Moro biex ikun żgurat li ma ssirx ħsara lil dawn is-siġar u ma tinħeliex ħamrija.
Leg 9 PQ #29125 Sitting 627 2001-10-29 Oral · Final From: JEAN PIERRE FARRUGIA To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Autism

Question

Jista' l-Ministru jgħid x' opportunitajiet joffru d-dipartimenti taħt ir-responsabbilta' tiegħek għal tfal b' Autism?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li studenti bil-kundizzjoni ta' awtiżmu jiġu rreferuti lill-Istatementing Moderating Panel sabiex jiġi stabbilit x'għajnuna tista' tingħata għal kull student. Ġeneralment dawn l-istudenti jkollhom l-appoġġ ta' KGAs li jgħinuhom waqt il-ħin ta' l-iskola. Biex dan ikun jista' jseħħ il-KGAs għandhom id-dmir li jirrikmandaw Programm Edukattiv Individwali. Id-Diviżjoni ta' l-Edukazzjoni qiegħda wkoll tikkunsidra passi oħra biex ittejjeb dan l-appoġġ. Fil-każ ta' persuni bi bżonnijiet speċjali bħal fil-każ ta' Awtiżmu, id-Dipartiment ta' l-Eżamijiet jimxi mar-regoli tal-Bords konċernati ta' l-eżamijiet għall-arranġamenti li jistgħu jkunu permissibbli. Informat ukoll li t-tfal li huma autistic qegħdin jingħataw l-opportunita` li jipparteċipaw fil-programm ta' Skolasport kemm fi klassijiet normali kif ukoll fi klassijiet speċjali skond il-grad ta' awtiżmu.
Leg 9 PQ #29127 Sitting 627 2001-10-29 Oral · Final From: JEAN PIERRE FARRUGIA To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Fifth Formers

Question

Jista' l-Ministru jgħid peress li l-Fifth Formers m' għandhomx it-tielet (l-aħħar) term wara l-Għid, hux aċċettabbli li l-iskejjel privati jżommu l-flus għal tliet terms għall-Fifth Formers?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li l-iskejjel kollha kkonfermaw li l-lezzjonijiet, inklużi dawk tal-Form 5, jibqgħu sejrin, taħt forma jew oħra, wara l-Għid, u għalhekk ma jidhirx li hemm xi raġuni għaliex dawn l-iskejjel ma għandhomx jitolbu ħlas għat-tielet term.
Leg 9 PQ #29144 Sitting 627 2001-10-29 Oral · Final From: CARMELO ABELA To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

EUPU

Question

Jista' l-Ministru jpoġġi kopja tar-rapport ta' l-EUPU fuq il-Mejda tal-Kamra?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li kopja ta' dan ir-rapport intbagħtet lil kull Onor. Membru fl-indirizz residenzjali. Ser inpoġġi kopja fuq il-Mejda tal-Kamra.
Leg 9 PQ #29149 Sitting 627 2001-10-29 Oral · Final From: RITA LAW To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Eżami tal-Matrikola

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm kien hemm tfajliet u ġuvintur li rreġistraw għall-eżami tal-Matrikola tal-Matematika f' Mejju 2000 u f' Mejju 2001, għal paper 2A u paper 2B? X' kienu l-grades tar-riżultati li ġabu l-istudenti f' dawn iż-żewġ eżamijiet? Kemm kien hemm tfajliet u kemm kien hemm ġuvintur li ġabu dawn il-grades għaż-żewġ eżamijiet separatament?

Response (GALEA, LOUIS)

L-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Leg 9 PQ #28959 Sitting 626 2001-10-24 Oral · Final From: EVARIST BARTOLO To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Kurrikulu Nazzjonali

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'sens jagħmel li fit-twaqqif ta' focus groups dwar il-Kurrikulu Nazzjonali ġie njorat għal kollox il-qasam tal-matematika li huwa meqjus essenżjali u bażiku fl-edukazzjoni tas-seklu 21?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li ma sarux 'Focus Group' għal suġġett partikolari għajr fejn qed isir żvilupp partikolari bħal fit-Teknoloġija u fix-Xjenza Ko-ordinata. Hemm tliet 'Focus Groups', dawk ta' l-Edukazzjoni Bikrija, Edukazzjoni Primarja u Edukazzjoni Sekondarja li se jieħdu ħsieb sewwa tal-firxa u bilanċ fil-Kurrikulu kif ukoll għal oqsma speċifiċi bħal ma huma t-tagħlim tal-Matematika u dak tal-lingwi barranin. Waqt li m'hemmx 'Focus Group' għall-Matematika se jkun hemm pjan apposta kif ukoll proġetti speċifikament għat-tagħlim tal-Matematika kif ser ikun hemm g[al suġġetti oħra.
Leg 9 PQ #28972 Sitting 626 2001-10-24 Oral · Interim From: EVARIST BARTOLO To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Instructors

Question

Jista' l-Ministru jgħid fejn qegħdin jgħallmu llum l-instructors li qabel kienu jgħallmu fl-iskejjel tas-snajja: 1) Salvatore Dimech 2) Dun Ġwann Mamo 3) Stefano Zerafa 4) Ġilormu Cassar 5) Umberto Colosso F'liema skejjel intbagħtu jgħallmu? X'suġġetti ġew imqabbda jgħallmu f'kull każ?

Response (GALEA, LOUIS)

L-informazzjoni mitluba qed tinġabar u tweġiba tingħata f'xi Seduta oħra.
Leg 9 PQ #28990 Sitting 626 2001-10-24 Oral · Final From: EVARIST BARTOLO To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Skola Helen Keller — Qrendi

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk hemm xi pjan biex studenti neqsin mis-smiegħ fl-Iskola Helen Keller tal-Qrendi jintbagħtu fi skejjel oħra? Meta se jseħħ dan il-pjan? F'liema skejjel se jintbagħtu? X'għajnuna ġdida se jkollhom fl-iskejjel fejn se jintbagħtu? Xi pjan ta' transizzjoni hemm biex studenti ta' Helen Keller imorru fi skejjel oħra?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li għadhom qed isiru studji preliminari dwar is-suġġett.
Leg 9 PQ #28991 Sitting 626 2001-10-24 Oral · Final From: EVARIST BARTOLO To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Subject Co-Ordinators

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm inħatru subject co-ordinators fl-aħħar sena? F'liema suġġetti? Kemm minnhom irriżenjaw wara li nħatru?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li s-'subject co-ordinators' għadhom ma ġewx maħtura uffiċjalment mill-Kummissjoni għas-Servizz Pubbliku. Ir-raġuni kienet li kien hemm punt tekniku dwar "break of service" li ried jiġi ridefinit u negozjat mal-Union konċernata. Fi żmien qrib, ser joħorġu l-ħatriet uffiċjali u din id-domanda tista` tiġi mwieġba.
Leg 9 PQ #28992 Sitting 626 2001-10-24 Oral · Final From: EVARIST BARTOLO To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Skejjel tal-Gvern

Question

Jista' l-Ministru jgħid min se jfassal il-Karti ta' l-Eżami fl-eżamijiet tal-aħħar tas-sena fl-iskejjel tal-Gvern? Meta se jibdew jitfasslu mill-iskejjel infushom?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li hu maħsub li jkun hemm devoluzzjoni gradwali ta' dan ix-xogħol u responsabbilta`.
Leg 9 PQ #29021 Sitting 626 2001-10-24 Oral · Final From: CARMELO ABELA To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Studenti fis-6th Form

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm studenti subien u bniet li qed jattendu is-6th Form tal-: 1) L-Istat 2) Tal-Knisja 3) Indipendenti Jista' jagħti in-numri mqassmin skola, skola?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li n-numru ta' l-istudenti subien u bniet li qed jattendu is-6th Form huwa dan: Subien Bniet Total Skejjel ta' l-Istat Sir Mikielanġ Refalo Għawdex 111 147 258 Giovanni Curmi HSS 560 723 1283 Institute of Business and Commerce (MCAST) 214 428 642 Junior College 1503 1118 2621 Total 2388 2416 4804 Skejjel tal-Knisja Kulleġġ San Alwiġi 116 94 210 Kulleġġ De La Salle 61 39 100 Total 177 133 310 Skejjel Indipendenti Kulleġġ St Edwards 40 36 76 Verdala International 18 10 28 Total 58 46 104 TOTAL GLOBALI 2623 2595 5218
Leg 9 PQ #29022 Sitting 626 2001-10-24 Oral · Final From: CARMELO ABELA To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Skola San Franġisk ta' Assisi

Question

Jista' l-Ministru jgħid għaliex l-iskola San Franġisk ta' Assisi f'Santa Venera iddum ma tiftaħ il-bibien tagħha? Jaf l-Ministru li kważi kulljum qabel is-sebgħa u nofs ta' filgħodu jkun hemm mat-tletin tifel jistenna barra u dan fi triq ferm traffikuża fejn anke jgħaddu trakkijiet kbar? Jista' jara li isir xi ħaġa biex il-bibien jiftħu aktar kmieni?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li ma jirriżultax li l-iskola "San Franġisk ta' Assisi" f'Santa Venera tkun magħluqa sas-sebgħa u nofs ta' filgħodu. Waħda mill-gates ta' l-iskola tkun miftuħa l-ħin kollu u l-oħra tinfetaħ bejn is-sebgħa u s-sebgħa u ħamsa ta' filgħodu.
Leg 9 PQ #29023 Sitting 626 2001-10-24 Oral · Final From: CARMELO ABELA To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Skejjel — Trasport ta Tfal

Question

Jista' l-Ministru jgħid għaliex għad hawn ħafna tfal anke ta' eta' tal-primarja li qed jitwasslu l-iskola kmieni ħafna? Jaf li hemm tfal minn diversi inħawi li qed jinġabru qabel is-7.00 ta' filgħodu u jkunu l-iskola siegħa qabel? Jkun hemm supervizzjoni f'kull skoal għall dawk li jaslu hekk kmieni? Min hu responsabbli għal dawn it-tfal la jitwasslu l-iskola?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li d-Diviżjoni ta' l-Edukazzjoni tagħmel użu minn tliet assoċjazzjonijiet għat-trasport tat-tfal ta' l-iskola. Fil-każ tat-tfal tal-Primarja ma hemm ebda rotta li ssir qabel it-tmienja neqsin kwart ta' filgħodu. Fil-każ tat-tfal tas-Sekondarja għadhom jeżistu problemi ta' xi rotot li jibdew qabel is-sebgħa għalkemm sar kull sforz biex dawn jiġu eliminati. Hemm skejjel fejn fuq talba tal-kap ta' l-iskola ssir superviżjoni ta' dawk it-tfal li jitwasslu bit-trasport qabel it-tmienja.
Leg 9 PQ #29024 Sitting 626 2001-10-24 Oral · Final From: CARMELO ABELA To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

MCAST

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm kien hemm għalliema li ġew aċċettati biex jgħallmu fl-MCAST iżda wara iddeċidew li ma jaċċettawx l-inkarigu? X'raġunijiet ingħataw? Mill-liema taqsima irtiraw? Jista' jgħid ukoll jekk kienx hemm minn ma aċċettax il-kuntratt hekk kif ġie ippresentat?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li kien hemm 25 għalliema li ġew aċċettati biex jgħallmu l-MCAST iżda dawn iddeċidew li ma jaċċettawx l-inkarigu. Ir-raġunijiet kienu preferenza ta' tagħlim fl-iskejjel tal-Gvern, impenji ta' studju, promozzjonijet fit-Taqsima ta' l-Edukazzjoni jew raġunijiet ta' natura personali. L-għalliema kollha ġew mit-Taqsima ta' l-Edukazzjoni. Il-Kuntratt ta' l-għalliema fil-gradi ta' Lettur, Assistent Lettur jew Assistent Għalliem huma kollha 'standard' u l-kundizzjonijiet kienu magħrufa qabel saru l-intervisti. Ħadd ma rrifjuta kuntratt kif kien ippreżentat lilu.