Jista’ l-Ministru jinforma lill-Kamra x’pożizzjoni qed jieħu l-Ministeru għat-Turiżmu fil-konfront ta’ x’għandu jsir fil-futur mis-sit fejn kien hemm topera l-lukanda Jerma Palace f’Wied-il-Għajn?
Response (ZAMMIT LEWIS, EDWARD)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi s-sit minn fejn topera il-lukanda in kwistjoni tifforma parti miż-żona turistika tan-nofs in-nhar li dan il-Gvern qed jagħti prijorita bħala żona turistika importanti sabiex tiġi stimulata l-ekonomija turistika.
Ministeru għat-Turiżmu — xogħlijiet lill-individwu
Question
Jista' l-Ministru jgħid x'xogħlijiet ingħataw lill-individwu li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament mill-Ministeru u mill-entitajiet, aġenziji, awtoritajiet, korporazzjonijiet kollha li jaqgħu taħt ir-responsabilità tiegħu bejn Settembru 1998 u Marzu 2013, sena b’sena (inkluż ħatriet f’bordijiet, anki ta’ Segretarju) ? Jista’ jgħid fiex kien jikkonsisti x-xogħol u kemm kien il-ħlas li sar f’kull każ? Jista’ jgħid jekk kull biċċa xogħol ingħatatx wara sejħa għall-offerti jew jekk hux permezz ta’ direct order?
Response (ZAMMIT LEWIS, EDWARD)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-informazzjoni mitluba qed titpoġġa quddiem il-Mejda tal-Kamra
Jista' l-Ministru jpoggi fuq il-Mejda tal-Kamra l-kuntratt li ġie iffirmat dan l-aħħar bejn l-Awtorità Maltija għat-Turiżmu (MTA) u l-player tal-Inter Javier Zanetti ?
Response (ZAMMIT LEWIS, EDWARD)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni li qed jitlob hija ta’ natura sensittiva u għalhekk ma tistax tingħata.
Jista’ l-Ministru jinforma lill-Kamra kemm hemm diretturi ġenerali, diretturi u assistenti diretturi li rriżenjaw jew tneħħew fil-Ministeru u fid-dipartimenti li jaqgħu taħt ir-responsabilità tiegħu minn Marzu 2013 sal-ġurnata tal-lum? Jista’ jindika r-raġuni għar-riżenja tagħhom u l-pożizzjoni li kienu jokkupaw?
Response (ZAMMIT LEWIS, EDWARD)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi l-informazzjoni mitluba qed titpogga quddiem il-Mejda tal-Kamra
mifcJista’ l-Ministru jinforma lill-Kamra x’passi ġew meħuda mill-Ministeru tul din is-sena sabiex Wied il-Għajn jingħata iktar importanza fl-istrateġija dwar it-turiżmu?
Response (ZAMMIT LEWIS, EDWARD)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li risposta ingħatat mill-predeċessur tiegħi għall-Mistoqsija Parlamentari Numru 7784. Nixtieq ntenni illi Wied il-Għajn huwa parti integrali miż-Żona Turistika tan-Nofs in-Nhar minn kif ġie mwaqqaf il-Kumitat Nazzjonali għaż-Żoni Turistiċi. Dawn il-kumitati qed jiffoka fuq ir-riżorsi għal manutenzjoni u skeda ta’ tindif xierqa għal dan is-sajf li ġej. Madankollu il-Gvern qed jifforma pjanijiet oħra għal azzjonijiet fit-tul.
Ministeru għat-Turiżmu — xogħlijiet lill-individwu
Question
Jista’ l-Ministru jgħid x’xogħlijiet ingħataw lill-individwu li d-dettalji tiegħu qed jingħataw separatament mill-Ministeru u mill-entitajiet, aġenziji, awtoritajiet, korporazzjonijiet kollha li jaqgħu taħt ir-responsabilità tiegħu bejn l-1998 u Marzu 2013, sena b’sena (inkluż ħatriet f’bordijiet)? Jista’ jgħid fiex kien jikkonsisti x-xogħol u kemm kien il-ħlas li sar f’kull każ? Jista’ jgħid jekk kull biċċa xogħol ingħatatx wara sejħa għall-offerti jew jekk hux b’direct order?
Response (ZAMMIT LEWIS, EDWARD)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-informazzjoni mitluba ser titpoġġa quddiem il-Mejda tal-Kamra
Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 8923 u ċjoè b'referenza għall-mistoqsija parlamentari 8847, peress li t-tweġiba ma hija xejn ċara, jista' jagħti d-data ta' meta l-persuna kkonċernata ġiet ingaġġata fl-impjieg ġo l-Istati Uniti u jagħti d-data ta' meta l-bord tal-Awtorità ta' Malta dwar it-Turiżmu ddiskutiet u kkonfermat dan l-ingaġġ? Ġaladarba dan huma fondi pubbliċi, l-poplu għandu dritt ikun mgħarraf kemm se tkun l-ispiża kumplessa ta' dan l-eżerċizzju jiġifieri l-kuntratt tal-persuna kkonċernata kif ukoll kull spiża oħra li tammonta għall-mijiet ta' eluf? Kemm huwa t-target number ta' arrivals ġodda minn dan is-suq għall-2014 u 2015?
Response (ZAMMIT LEWIS, EDWARD)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-persuna kkonċernata ġiet ingaggjata fl-impjieġ ġewwa l-Istati Uniti tal-Amerika fl-1 ta’ Marzu 2014. Din ġiet diskussa fil-laqgħa tal-Board tal-Awtorità ta’ Malta dwar it-Turiżmu nhar id-19 ta’ Diċembru 2013. L-ispiża involuta konessa mal-persuna kkonċernata li ġiet indirizzata mil-Onor. Interpellant hija fuq l-istess linja ta’ persuni oħra li ġew appuntati mill-amministrazzjoni precedenti biex jirrapreżentaw lill-Awtorità ta’ Malta dwar it-Turiżmu fis-swieq speċifiċi barra minn xtutna.
B’referenza għall-mistoqsija parlamentari 8970, peress li r-risposta mhix eżatta jista’ l-Ministru jgħid jekk erbgħa mill-ħames ħaddiema tal-Assessment Bord għandhomx it-tfal tagħhom jaħdmu l-Air Malta u li hemm tnejn fil-ground handling li għandhom xogħol ġol-ministeri? Jista’ l-Ministru jgħid jekk dawn humiex affarijiet inġusti speċjalment fis-sitwazzjoni tal-Air Malta llum? Jista’ jgħid jekk dan l-aġir inġust hux qed jipperikola x-xogħol tal-ħaddiema tal-Air Malta?
Response (ZAMMIT LEWIS, EDWARD)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li r-risposta għall-Mistoqsija Parlmentari 8970 hija waħda eżatta. L- Air Malta m’għandhiex informazzjoni li hemm tnejn fil-ground handling li għandhom xogħol fil-Ministeri. Il-Manager tal-Passenger Handling u Ground Operations segwa l-proċess mill-bidu sa l-aħħar sabiex jiżgura aġir ġust. Dwar is-sitwazzjoni tal-Air Malta llum li qed tirreferi għaliha fil-mistoqsija parlamentari, ikun opportun li ssaqsi lill-kollegi tiegħek tal-Oppozizzjoni dwar kif l-Air Malta qiegħda f’tali sitwazzjoni u min ipperikola x-xogħol ta’ dawn il-ħaddiema.
Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar x'kien is-sehem tal-Awtorità ta' Malta għat-Turiżmu fl-organizzazzjoni tal-Fireworks Festival li ġie organizzat f'San Pawl il-Baħar fl-2012?
Response (ZAMMIT LEWIS, EDWARD)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi fis-sena 2012 kien gie organizzat is-Simpozju Internazzjali (ISF) tal-loghob tan-nar gewwa Malta bis-sehem ta’ numru kbir ta’ delegati internazzjonali. Kien hemm numru ta’ tadidiet bejn l-MTA u l-ISF sabiex Malta setghet tospita dan is-Simpozju li jitaqa darba kull sentejn.
Jista' l-Ministru jgħid jekk hemmx ħaddiema tal-Air Malta tal-flight services li qegħdin fuq unpaid leave u fl-istess ħin ġew imqabda jaħdmu f'sezzjoni oħra tal-kumpanija eżattament fil-flight operations, u b'hekk qed jieħdu renumerazzjoni ta' cockpit services meta dawn mhux suppost jagħmlu dan?
Response (ZAMMIT LEWIS, EDWARD)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi fl-Air Malta hemm żewġ ħaddiema Cabin Crew li talbu għal Unpaid Leave sabiex ikunu jistgħu jizviluppaw il-karriera tagħhom. Il-ftehim kollettiv jinkludi klawsola li jistgħu jingħataw Unpaid leave. Barraminnhekk, dawn il-ħaddiema kwalifikaw sabiex l-Air Malta titrenjahom għal Junior First Officers b’kuntratt definit u jitħallsu l-istess bħal kandidati oħra fl-istess rwol.
Ministeru għat-Turiżmu — xogħlijiet lill-individwu
Question
Jista’ l-Ministru jgħid x’xogħlijiet ingħataw lill-individwu li d-dettalji tiegħu qed jingħataw separatament mill-Ministeru u mill-entitajiet, aġenziji, awtoritajiet, korporazzjonijiet kollha li jaqgħu taħt ir-responsabilità tiegħu bejn l-1998 u Marzu 2013, sena b’sena (inkluż ħatriet f’bordijiet)? Jista’ jgħid fiex kien jikkonsisti x-xogħol u kemm kien il-ħlas li sar f’kull każ? Jista’ jgħid jekk kull biċċa xogħol ingħatatx wara sejħa għall-offerti jew jekk hux b’direct order?
Response (ZAMMIT LEWIS, EDWARD)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra
B’referenza għall-mistoqsija parlamentari 8880, jista’ l-Ministru jikkonferma li 11-il impjegat ġew imwaqqfa mix-xogħol? Dawn ingħataw raġuni għaliex ġie tterminat l-impjieg tagħhom? Peress li mill-Assessment Board jidher li hemm ukoll erbat itfal tagħhom stess jaħdmu part-time jista’ l-Ministru jgħid jekk l-impjieg ta’ dawn ġiex renewed? Dawk li sabu impjieg fil-ministeri ġew ukoll impjegati part-time? Kemm huma dawn f’numru u f’liema ministeri jaħdmu?
Response (ZAMMIT LEWIS, EDWARD)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-ħdax il-impjegat ġew imwaqqfa mix-xogħol billi skont il-liġi tterminalhom l-kuntratt tal-impjieg tagħhom. Għalhekk ma kien hemm l-ebda terminazzjoni tal-impjieg. Hemm tfal ta’ supervisors li qed jaħdmu part-time u li l-kuntratt tagħhom ġie estiż. L-assessment sar minn nies li m’humiex qrabat ta’ dawn il-persuni sabiex tiġi aċċertata l-oġġettività ta’ dawn il-persuni. Hemm persuna waħda li marret taħdem fil-Ministeru għall-Familja u Solidarjetà Soċjali.
Ministeru għat-Turiżmu — xogħlijiet lill-Kumpanija
Question
Jista’ l-Ministru jgħid x’xogħlijiet ingħataw lill-kumpanija li d-dettalji tagħha qed jingħataw separatament mill-Ministeru u mill-entitajiet, aġenziji, awtoritajiet, korporazzjonijiet kollha li jaqgħu taħt ir-responsabilità tiegħu bejn l-2011 u Marzu 2013, sena b’sena? Jista’ jgħid fiex kien jikkonsisti x-xogħol u kemm kien il-ħlas li sar f’kull każ? Jista’ jgħid jekk kull biċċa xogħol ingħatatx wara sejħa għall-offerti jew jekk hux b’direct order??
Response (ZAMMIT LEWIS, EDWARD)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li r-risposta għal din il-mistoqsija qiegħda titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 8681 li oriġinarjament saret lill-Ministru għal Għawdex u li issa ġiet riferuta lilu u jgħid għaliex ir-radar li kien hemm ħdejn il-fanal tal-Ġurdan (Għawdex) u li kien ko-finanzjat mill-fondi tal-Unjoni Ewropea m'għadux hemm? Jista jgħid għaliex dan tneħħa? Jista jgħid x'tip ta' manutenzjoni saret fl-area fl-intorni ta' fejn kien hemm ir-radar fl-aħħar sena? Jista jgħid kif qed tiġi sorveljata ż-żona li kien ikopri dan ir-radar?
Response (ZAMMIT LEWIS, EDWARD)
Ninforma lill-Onor. Interpellant sabiex jirreferi din il-mistoqsija parlamentari lill-Ministru kkonċernat
Jista’ l-Ministru jgħid mill-10 ta' Marzu 2013 sal-lum xahar b’xahar, kemm ġew organizzati PR u media events mill-Uffiċċju tiegħu? Kemm kienet l-ispiża ta’ kull attività, kemm kienet in-nefqa fuq backdrops, dawl, sound u faċilitajiet oħra awdjoviżivi? Kemm kienet in-nefqa fuq disinn u stampar ta' materjal u kemm kienet in-nefqa totali ta’ dawn l-attivitajiet? Min kienu l-kuntratturi li ħadmu fuq dawn l-attivitajiet u jekk dawn intgħażlux wara sejħa pubblika?
Response (LEWIS ZAMMIT, EDWARD)
Ir-risposta għal din il-mistoqsija qiegħda titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra
B'referenza għall-mistoqsija parlamentari 8847, peress li t-tweġiba ma hija xejn ċara, jista' l-Ministru jagħti d-data ta' meta l-persuna kkonċernata ġiet ingaġġata fl-impjieg ġo l-Istati Uniti u jagħti d-data ta' meta l-bord tal-Awtorità ta' Malta dwar it-Turiżmu ddiskutiet u kkonfermat dan l-ingaġġ? Ġaladarba dan huma fondi pubbliċi, l-poplu għandu dritt ikun mgħarraf kemm se tkun l-ispiża kumplessa ta' dan l-eżerċizzju jiġifieri l-kuntratt tal-persuna kkonċernata kif ukoll kull spiża oħra li tammonta għall-mijiet ta' eluf? Kemm huwa t-target number ta' arrivals ġodda minn dan is-suq għall-2014 u 2015?
Response (LEWIS ZAMMIT, EDWARD)
Ninsab infrumat li l-informazzjoni mitluba qed tinġabar u għaldaqstant tweġiba tingħata f'xi seduta oħra
Jista' l-Ministru jikkonferma li fit-31 ta' Marzu, 11-il ħaddiem partikolari li jaħdmu part-time fl-Air Malta mhux se jiġġedilhom il-kuntratt? X'wassal għal din id-deċiżjoni?
Response (LEWIS ZAMMIT, EDWARD)
Ninsab infurmat illi wara li l-kumpanija qieset iċ-ċirkostanzi kollha rilevanti, kemm dawk illi jikkonċernaw l-individwi indikati kif ukoll il-bżonnijiet tagħha stess, għażlet illi teżerċita d-drittijiet tagħha fil-kuntest tal-provvedimenti tal-liġi dwar kuntratti għal żmien definit.
Kunsilli Lokali – persuni li jagħmlu xogħol ta’ avukat
Question
Jista’ l-Ministru jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra lista ta’ persuni li jagħmlu xogħol ta’ avukat mal-kunsilli lokali ta’ Birkirkara, is-Swieqi, Santa Venera, il-Belt Valletta, Ħal Lija, San Ġiljan, Tas-Sliema, San Pawl il-Baħar, in-Nadur u r-Rabat (Għawdex)? Jista’ jqiegħed il-kuntratti tagħhom fuq il-Mejda tal-Kamra? Jekk m’hemm l-ebda kuntratt, jista’ jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra xi kitba oħra li jista’ jkun hemm u jgħid il-kriterji li ntu¿aw biex jintgħa¿lu il-persuni kkonċernati u kemm jitħallsu fix-xahar u/jew fis-sena?
Response (VELLA, KARMENU)
Nirreferi mill-ġdid lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba li tajt għall-Mistoqsija Parlamentari numru 6134 għall-ewwel parti u l-aħħar parti tal-mistoqsija tiegħu.
Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-bqija tal-informazzjoni mitluba, kif miġbura mingħand il-Kunsilli Lokali. Intant infurmat ukoll li d-Dipartiment għall-Gvern Lokali qed jindaga ċertu informazzjoni li ngħata mingħand uħud mill-Kunsilli Lokali rispettivi għal din il-Mistoqsija Parlamentari.
Jista’ l-Ministru jgħid x’xogħlijiet ingħataw lill-kumpanija li d-dettalji tagħha qed jingħataw separatament mill-Ministeru u mill-entitajiet, aġenziji, awtoritajiet, korporazzjonijiet kollha li jaqgħu taħt ir-responsabilità tiegħu bejn Settembru 1998 u Dicembru 2010, sena b’sena? Jista’ jgħid fiex kien jikkonsisti x-xogħol u kemm kien il-ħlas li sar f’kull każ? Jista’ jgħid jekk kull biċċa xogħol ingħatatx wara sejħa għall-offerti jew jekk hux b’direct order?
Response (VELLA, KARMENU)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li minn tfittxija li saret fost l-entitatjiet kollha li jaqgħu taħt dan il-Ministeru, jirriżulta li l-AirMalta biss tat xogħlijiet lill-kumpanija Ganado Sammut Advocates fil-perjodu in kwistjoni. Mill-informazzjoni disponibbli li tmur lura mill-2002, jirriżulta li bejn l-2005 u l-2010 din il-kumpanija ingħatat xogħlijiet għal servizzi ta’ konsulenza permezz ta’ Direct Order u tħalset is-somma totali ta’ €7,229. Il-ħlasijiet għal dawn is-servizzi huma maqsuma kif jidhru fit-tabella t’hawn taħt:
Ħlasijiet
Servizzi mogħtija
Awissu 2005
€149
Legal fees re Rules & Procedure in connection with Central Representative Council
Ottubru 2010
€2,360
Legal fees Analysis of Trust – Opinion re Land
Diċembru 2010
€4,720
Professional fees – Advice to the Board of Directors re Director’s report
Total
€7,229
Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar kemm kien in-numru ta' plots (open plots) li matul l-aħħar sentejn kellhom ħitan li jagħlqu l-istess plots li ttellgħu (inbnew) mill-Kunsill Lokali ta' San Pawl il-Baħar u l-Mellieħa rispettivament? Fejn jinsabu (f'liema toroq) dawn il-plots li nagħlqu mill-kunsill lokali msemmija f'dan il-perijodu? Kemm ġie jiswa dan ix-xogħol?
Response (VELLA, KARMENU)
Infurmat li matul l-aħħar sentejn il-Kunsilli Lokali tal-Mellieħa u ta’ San Pawl il-Baħar ma bnew l-ebda ħitan ma’ open plots fil-lokalitajiet rispettivi tagħhom.