Jista' l-Ministru jara li ħaddiema ta' l-Enemalta jibdlu bozza tat-triq fit-Triq Melita, Raħal Ġdid peress li ilha ġimgħat sħaħ ma tinxtgħelx?
Response (BONNICI, JOSEF)
It-talba ta' l-Onorevoli Interpellant ġiet mgħoddija lill-Korporazzjoni Enemalta sabiex issir l-investigazzjoni relattiva u jekk ikun il-każ tittieħed l-azzjoni meħtieġa.
Jista' l-Ministru jara li tinbidel bozza fi Triq Burial, Raħal Ġdid faċċata tal-Hypogeum peress li ilha ġimgħatejn ma tinxtgħelx?
Response (BONNICI, JOSEF)
It-talba ta' l-Onorevoli Interpellant ġiet riferita lill-Korporazzjoni Enemalta sabiex issir il-verifika neċessarja u jekk ikun il-każ tittieħed l-azzjoni relattiva.
Jista' l-Ministru jgħid x'multi għandhom l-Enemalta u l-Water Services Corporation?
Jikkonferma l-Ministru li waħda minnhom hija li f'każ li ħlas isir b'cheque u jkun hemm xi żball fih, il-konsumatur jiġi mmultat Lm25?
Fejn ikun hemm żball ġenwin ikun possibbli li l-multa tinħafer?
Jista' l-Ministru jgħid meta se jitwaħħlu numru ta' lampi f'Ħal Għaxaq li diġa' huma approvati mill-Enemalta?
Response (BONNICI, JOSEF)
It-talba ta' l-Onorevoli Interpellant ġiet riferuta lill-Korporazzjoni Enemalta sabiex issir l-investigazzjoni relattiva u jekk ikun il-każ tittieħed l-azzjoni neċessarja.
Jista' l-Ministru jgħid għal-liema skop inkera big screen f'Ġunju li għadda mill-Ministeru?
Jista' jinforma lill-Kamra: (a) mingħand min inkera dan l-big screen; (b) kemm sewa lill-ministeru; (ċ) min iffirma għalih fil-ministeru; u (d) fejn intuża dan il-big sceren u x'ġie muri fuqu?
Response (BONNICI, JOSEF)
Tajjeb jingħad li mhux l-ewwel darba li jkun meħtieġ li jinkera xi tip ta' apparat bħal dak imsemmi mill-Onorevoli Interpellant jew ta' tip ieħor minħabba xi attivita' li tinżamm fil-Ministeru.
Fil-fatt il-big screen li qed issir riferenza għalih kien ġie użat meta saret il-preżentazzjoni dwar l-Operations Review.
Dan l-apparat, flimkien ma' apparat ieħor relatat, kien inkera mingħand id-ditta Studio 7 għas-somma globali ta' Lm358.80c. L-apparat intuża fil-post fejn saret din il-preżentazzjoni jiġifieri fil-Berġa ta' Aragona. Qabel inkera dan l-apparat kienet intalbet stima ta' l-ispiża involuta, liema stima kienet ġiet iffirmata mill-persuna responsabbli għall-ko-ordinazzjoni ta' l-uffiċċju fi ħdan il-Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi.
Jista' l-Ministru jinfurmani x'passi ttieħdu mill-Ministru dwar l-ilment ta' nuqqas ta' wash hand basin fil-biċċerrija li tressaq mill-Meat Sellers Association nhar il-21 ta' Settembru 2000?
X'inhija s-sitwazzjoni llum dwar dan l-ilment?
Response (BONNICI, JOSEF)
Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għall-aħħar parti tat-tweġiba li tajt għall-mistoqsija numru 21134 waqt is-Seduta numru 436.
Jista' l-Ministru jgħid x'ikkawża l-qtuħ tal-provvista tad-dawl matul is-Sibt filgħaxija 11.11.2000 u t-Tnejn filgħodu 13.11.2000 f'diversi lokalitajiet ta' Malta u Għawdex?
Kemm kienet tiswa l-ħsara kawżata u kif affettwat lis-sidien ta' stabilimenti kummerċjali?
Response (BONNICI, JOSEF)
Il-qtugħ fil-provvista tad-dawl li kien hemm fil-għaxija tas-Sibt 11 ta' Novembru u fil-għodu tat-Tnejn 13 ta' Novembru kienet kawżata minn splużjoni ta' "circuit breaker" tat-33KV. Kaġun ta' din l-isplużjoni, wieħed mis-switchboards tat-33 KV kellu jintefa għal kollox. Peress li ċerti nħawi ta' Malta jieħdu l-parti l-kbira tal-provvista minn dan is-switchboard, ma kienx possibbli li dawn l-inħawi titwasslilhom il-provvista sħiħa, u għalhekk id-dawl kellu jiġi sospiż f'xi ħinijiet meta d-domanda kienet qawwija wisq.
Għadu ma ġiex stabbilit bl-eżatt kemm ġiet tiswa din il-ħsara.
Jista' l-Ministru jinfurmani x'follow up saret dwar l-ilment ta' LM 2 li skond il-Meat Sellers Association huma żejda u ta' piż fuq il-membri tagħha?
X'inhija l-pożizzjoni llum?
Response (BONNICI, JOSEF)
Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għall-aħħar parti tat-tweġiba li tajt għall-mistoqsija numru 21134 waqt is-Seduta numru 436.
Jista' l-Ministru jinfurmani x'passi ttieħdu dwar l-ilmenti tal-Meat Sellers Association li tressaq fil-21.09.2000 dwar l-inkonvenjent tal-parking li jsibu xi xerrejja fil-Biċċerija?
X'inhija s-sitwazzjoni llum?
Response (BONNICI, JOSEF)
Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għall-aħħar parti tat-tweġiba li tajt għall-mistoqsija numru 21134 waqt is-Seduta numru 436.
Jista' l-Ministru jgħid min huma l-persuni li ġew maħtura fit-task force biex tistudja d-diffikultajiet li nqalgħu fil-produzzjoni tad-dawl tal-power station tal-Marsa? Fuq liema kriterji ġew maħtura? X'xogħol għamlet s'issa din it-task force? Meta se tlesti x-xogħol tagħha?
Response (BONNICI, JOSEF)
Dwar l-ewwel parti tal-mistoqsija, nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għat-tweġiba li tajt għat-tieni parti tal-mistoqsija numru 21493 waqt is-Seduta numru 435.
Dawn il-persuni ġew maħtura a bażi tal-kwalifiki u esperjenza li jippossjedu. Din it-Task Force studjat u qed tistudja x'hemm bżonn isir fix-short, medium u long terms. Is-soluzzjoni fix-short term diġa' qed tiġi mplimentata, waqt li x-xogħol fuq is-soluzzjonijiet tal-medium u long terms għadu għaddej. Bħalissa għadu kmieni biex wieħed jitkellem dwar data speċifika meta hu mistenni li t-Task Force tiffinalizza l-inkarigu li ngħatat.
Jista' l-Ministru jgħid kemm f'kera kuljum qiegħda tiswa t-tinda li saret fuq il-moll ta' l-Imġarr f'Għawdex biex isservi ta' shelter għall-passiġġieri?
Response (BONNICI, JOSEF)
Jiena nfurmat li din it-tinda hija proprjeta' tal-Kumpanija Gozo Channel u nxtara wara sejħa għall-offerti li saret fit-30 ta' Marzu li għadda.
Għaldaqstant mhi qed titħallas ebda kera fuq l-imsemmija tinda.
Jista’ l-Ministru jgħid, x'passi ttieħdu dwar l-ilment ta' nhar l-21.09.2000, tal-bejjiegħa tal-laħam dwar il-bejgħ taċ-ċanga lill-persuni li la għandhom Vat number u lanqas ħanut tal-laħam?
X'inhija s-sitwazzjoni dwar dan l-ilment?
Response (BONNICI, JOSEF)
Għandi għax naħseb li l-Onorevoli Interpellant qed jirreferi għall-bejgħ tal-laħam mill-biċċerija.
L-ittra li qed issir riferenza għaliha ġiet ikkupjata lill-Ministeru ta' l-Agrikoltura.
Għaldaqstant nissuġġerixxi li din il-mistoqsija ssir lill-Ministru kkonċernat.
Jista' l-Ministru jinfurmani x'passi ttieħdu dwar l-ilment taċ-ċertifikat taċ-ċanja li tressaq mill- Meat Sellers Association nhar il-21.09.2000 mill-Ministeru?
X'inhija l-pożizzjoni llum?
Response (BONNICI, JOSEF)
Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għall-aħħar parti tat-tweġiba li tajt għall-mistoqsija numru 21134 waqt is-Seduta ta' llum stess.
Jista' l-Ministru jinfurmani x'passi ħa dwar l-ilmenti tal-Meat Sellers Association li saru nhar il-21 ta' Settembru, 2000 li fiċ-chillers fejn jitpoġġa l-majjal qed ikun hemm ilma jintenn ma' l-art?
X'passi ttieħdu u x'inhija s-sitwazzjoni llum?
Response (BONNICI, JOSEF)
Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għall-aħħar parti tat-tweġiba li tajt għall-mistoqsija numru 21134 waqt is-Seduta ta' llum stess.
Jista’ l-Ministru jinfurmani x'passi ħa dwar l-ilmenti tal-Meat Sellers Association li din l-għaqda f'isem il-bejjiegħa tal-laħam resqet dwar nuqqas ta' ndafa fil-Biċċerija nnifisha fil-21.9.2000?
X'inhija s-sitwazzjoni llum?
Response (BONNICI, JOSEF)
Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għall-aħħar parti tat-tweġiba li tajt għall-mistoqsija numru 21134 waqt is-Seduta ta' llum stess.
Jista' l-Ministru jgħid fiex waslet id-diskussjoni bejn il-Bord tad-Diretturi tal-Korporazzjoni Enemalta fuq is-sussidju għal dawk li jarmaw it-toroq matul il-festi tal-Milied?
Jaħseb se jingħata sussidju ieħor? Jekk iva, lil min?
Response (BONNICI, JOSEF)
Jiena nfurmat li l-Bord tad-Diretturi tal-Korporazzjoni, iddeċieda li din is-sena ma jingħata ebda sussudju lil dawk li matul il-festi tal-Milied jarmaw it-toroq.
Jista' l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra, l-ismijiet tal-passiġġiera kollha li mbarkaw fuq il-linja ta' l-ajru Air Malta limitatament għat-titjiera numru KM725 minn Casablanca (Marokk) għal Malta fix-xhur ta' Settembru, Ottubru u Novembru 2000?
Response (BONNICI, JOSEF)
L-informazzjoni li qed jitlob l-Onorevoli Interpellant hija ta' natura kunfidenzjali u għaldaqstant ma narax raġuni għaliex din għandha ssir pubblika.
Jista' l-Ministru jara li Girdle Road, bejn il-Fgura u Ħaż-Żabbar tkun mixgħula bil-lejl peress li din hija arterja ewlenija u d-dlam li hemm huwa lok għal perikoli u abbużi?
Response (BONNICI, JOSEF)
It-talba ta' l-Onorevoli Interpellant ġiet mgħoddija lill-Korporazzjoni Enemalta sabiex wara li ssir l-investigazzjoni neċessarja, jekk ikun il-każ, tittieħed l-azzjoni meħtieġa.
Jista' l-Ministru jindaga għaliex wire ta' l-Enemalta live li ilu jiġi rrapportat diversi drabi għadha ma tteħditx azzjoni fuqu? Dan jinsab ħdejn l-Evergreen, Triq il-Ferrovija, Santa Venera.
Response (BONNICI, JOSEF)
Jiena nfurmat li l-ħsara li għalih qed issir riferenza issewwiet.