Korp tal-Pulizija – kors tal-liġi fl-Università ta’ Malta
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kemm hemm uffiċjali tal-Korp tal-Pulizija li għandhom il-permess tal-Kummissarju tal-Pulizija biex jattendu l-kors tal-liġi fl-Università ta’ Malta? Jista’ jgħid kemm minnhom qed jattendu dan il-kors fuq bażi full-time jew part-time?
Response (MALLIA, EMANUEL)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li bħalissa hemm 23 uffiċjal tal-Korp li qed jattendu l-Kors tal-Liġi. L-ebda wieħed minnhom ma jattendi fuq bażi full-time iżda dawn jattendu fuq sistema ta' 'flexi-hours' fejn l-uffiċjal hu marbut bi ftehim li jrid irodd lura il-ħin kollu li jkun għamel l-Universita' billi jidħol għax-xogħol wara jew kif jiddettaljah is-superjur immedjat tiegħu
Jista’ l-Ministru jgħid kemm-il darba ltaqa’ l-Police Negotiating Board matul l-aħħar sena? Jista’ jgħid meta se jingħataw il-flus tal-overtime lill-pulizija li l-Gvern preżenti intrabat li jagħtihom? Jista’ jgħid fiex waslu n-negozjati biex l-MPA issir il-Union tal-pulizija kif qed titlob l-MPA u kif kien imwiegħed qabel l-elezzjoni?
Response (MALLIA, EMANUEL)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li peress li l-Malta Police Association għadha kemm ġiet rikostitwita , fil-jiem li ġejjin hemm il-ħsieb li ssir laqgħa ma’ din l-assoċjazzjoni kif ukoll mal-Bord tan-Negozjati.
Jista' l-Ministru jgħid fuq liema kriterju l-persuna li d-dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament ingħata l-benefiċċju tal-parole qabel diversi priġunieri oħra li huma eliġibbli għall-parole? Għaliex din il-persuna qabżet il-queue?
Response (MALLIA, EMANUEL)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li r-rwol tad-Dipartiment tal-Probation u Parole (DPP) huwa li jħejji rapporti ta’ qabel ir-rilaxx wara li l-priġunier ikun applika għal-Liċenza tal-Parole kif ukoll f’każ li tingħata l-Liċenza tal-Parole, il-parolee jitpoġġa taħt is-supervizjoni tal-Uffiċjal tal-Parole. Mhux fil-kompetenza tad-Dipartiment tal-Probation u Parole min jiġi diskuss mill-Parole Bord.
Jien infurmat li fil-każ partikolari l-persuna msemmija kienet l-unika waħda minn dawk eleġibbli li kellu care plan lest.
Jista' l-Ministru jispjega b'liema mod ġew riveduti l-kriterji mis-Security Services biex tingħata security clearance għal maġġur fil-Forzi Armati ta' Malta li jkun eliġibbli għall-promotion kif ġie dikjarat mill-Ministeru tiegħu wara li ħarġu l-promotions tal-erba' Logutenenti Kurunelli fit-13 ta' Settembru 2013?
Response (MALLIA, EMANUEL)
Jista’ lill-Onorevoli Interpellant jispjega għal-liema maġġur qed jirreferi?
Jista’ l-Ministru jgħid kemm-il dinghy tal-Pulizija hemm fil-preżent għat-tiswija u fejn?
Response (MALLIA, EMANUEL)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li bħalissa is-sezzjoni tal-ALE (Administrative Law Enforcement) li hi risponsabbli mil-immanġjar ta’ bċejjeċ tal-baħar tal-Pulizija, m’għandha l-ebda dinghy li qiegħed għat tiswija. Fl-ebda post.
Jista’ l-Ministru jgħid x’kien il-kaġun tal-ħsara li sofra dinghy tal-Pulizija li ftit jiem ilu ttieħed biex numru ta’ Pulizija Għawdxin marru jieklu Kemmuna bla permess?
Response (MALLIA, EMANUEL)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-ħsara li sofra d-'dinghy' kien għax inqalgħet il-kolla fuq in-naħa ta' wara tal-'fender' tiegħu u dan kien ikkaġunat minn 'wear and tear'. Fil-fatt id-'dinghy' kien diġa' ġarrab ħsara simili fil-passat. Ma jirriżultax minn investigazzjoni interna li saret, li d-'dinghy' kien intuża għall-ġar biex xi Pulizija Għawdxin marru jieklu Kemmuna bla permess.
Jista’ l-Ministru jikkonferma li din il-ġimgħa dinghy tal-Pulizija ttieħed minn numru ta’ Pulizija minn Għawdex biex imorru jieklu bil-moħbi fuq Kemmuna u dan sofra ħsarat u ċċarrat? Għaliex ma ġewx infurmati mill-ewwel is-superjuri tagħhom? X’passi ttieħdu kontra dawn il-Pulizija?
Response (MALLIA, EMANUEL)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant sabiex jirreferi għal mistoqsija parlamentari 4261 li saret minnu stess.
Jista' l-Ministru jgħid għala r-rekwiżit fil-policy addotata f'Mejju 2013 dwar promotions għal Logutenent Kurunell minn Maġġur fil-Forzi Armati ġie mnaqqas għal sena minn sentejn kif kien?
Response (MALLIA, EMANUEL)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li ir-rekwiżit fil-policy dwar promozzjoni minn Maġġur għal Logutenent Kurunell ġiet imnaqqsa għal sena minn sentejn sabiex ikun hemm firxa iktar wiesa għall-għazla.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm tressqu l-Qorti persuni li għandhom status ta’ refugjat f’dawn l-aħħar ħames snin (2009-13), sena b’sena, u jaqsam l-informazzjoni skont il-kategorija tar-reati rispettivi?
Response (MALLIA, EMANUEL)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li t-tagħrif mitlub ma’ jinżammx taħt forma ta statistika.
Kummissarju Viviane Reding – rappreżentant Malti — programm ta’ investiment
Question
Jista’ l-Ministru jgħid x’inhi r-raġuni li r-Rappreżentant Permanenti ta’ Malta ma kienx parteċipi fid-diskussjoni li kellu l-Gvern mar-rappreżentanti tal-Kummissarju Viviane Reding fuq il-programm hekk imsejjaħ ta’ investiment?
Response (MALLIA, EMANUEL)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li billi t-taħdidiet li qiegħda tirreferi għalihom kienu ta’ natura teknika dwar il-Programm ta’ Ċittadinanza b’Investiment tal-Gvern Malti, ma inħassx il-ħtiega li jkun hemm preżenza mir-rapprezentanza Maltija fi Brussell billi sa dak l-istadju ma kienetx involuta fit-tfassil tal-programm u d-diskussjonijiet li saru dwaru.
Jista' l-Ministru jgħid kemm tħallset il-PBS mill-Kunsill Malti għall-Isport għas-servizzi mogħtija biex setgħet ixxandar xandira live tal-attività Ġieħ l-Isport Malti, s-Sibt 15 ta' Marzu fuq TVM 2?
Response (MALLIA, EMANUEL)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-PBS ma’ tħallset xejn mil-Kunsill Malti għall-Isport għall-attivita’ ġieh l-Isport Malti li saret nhar is-Sibt 15 ta’ Marzu. Il-Kunsill Malti għall-Isport ser iħallas biss l-ispejjeż tal-links għax-xandira diretta.
Jista' l-Ministru jgħid jekk il-Pulizija ħarġux permessi sabiex fi tmiem il-ġimgħa li għaddiet setgħu jsiru tiġrijiet taż-żwiemel fil-bypass tal-Imrieħel? Jekk iva, jista’ jgħid min applika għal dawn il-permessi u fuq min inħarġu l-istess permessi?
Response (MALLIA, EMANUEL)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-Pulizija ma’ ħarġet l-ebda permess għal tiġrijiet taż-żwiemel fl-imsemmi post. Nitlob lill-Onorevoli Interpellant jagħmel il-mistoqsija lill Ministeru responsabbli mill-Kunsilli Lokali.
Ministeru għall-Intern u s-Sigurtà Nazzjonali – Top Management Positions
Question
B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 8375, peress li huwa fatt magħruf li nbidel il-Kummissarju tal-Pulizija u nħatru numru ta’ uffiċjali fl-ogħla karigi fil-korp, jista’ l-Ministru jagħti l-informazzjoni sħiħa fir-rigward tal-ħatriet ġodda li saru kif mitlub fil-mistoqsija parlamentari 7730?
Response (MALLIA, EMANUEL)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li m’hemm xejn xi nżidu mat-tweġibiet li diġa ngħataw.
Jista’ l-Ministru jgħid, sa Marzu li għadda, kemm kien irid ikun ilu maġġur fil-Forzi Armati ta' Malta, maġġur biex ikun eliġibbli għal promotion għal Logutenent Kurunell?
Response (MALLIA, EMANUEL)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li wieħed kien irid ikun ilu Maġġur sabiex jilħaq Logutenet Kurunell kif stipulat hawn isfel:
- Sa’ Marzu 2011 - ma kienx hemm żmien stipulat
- Minn Marzu 2011 sa Marzu 2013 - sentejn
Jista' l-Ministru jgħid kemm irid ikun ilu maġġur fil-Forzi Armati llum, maġġur biex ikun eliġibbli għal promotion għal Logutenent Kurunell?
Response (MALLIA, EMANUEL)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li illum Maġġur fil-Forzi Armati ta’ Malta irid ikun ilu minn tal-inqas sena fir-rank ta’ Maġġur biex ikun eliġibbli għall-promozzjoni għal Logutenent Kurunell.
Jista' l-Ministru jgħid għala skrivana li jaħdmu ma' kuntrattur privat fl-Uffiċċju taċ-Ċittadinanza fl-Evans Building ġew ordnati iġorru kaxxi tqal u materjal goff meta dan mhux xogħolhom?
Response (MALLIA, EMANUEL)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-Ministeru tal-Intern u s-Sigurtá Nazzjonali qabbad kuntrattur privat biex jagħmel il-ġarr.
Jista’ l-Ministru jagħti l-ismijiet tal-membri kollha li minn Marzu 2013 ’l hawn għamlu u qed jagħmlu parti mill-Army Promotions Board, u kull bord ieħor li għandu l-mansjoni li japprova ingaġġ u promotions fil-Forzi Armati?
Response (MALLIA, EMANUEL)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni hija kif indikat hawn isfel:
Mejju 2013 - Bord sabiex jintervista numru ta’ applikanti sabiex jiġu ngaġġati fil-FAM bħala rekluti fi Skema B:
President
Maggur Christopher Attard
Membri
Kaptan Joseph Gatt
Logutenent Stephanie Debono
Warrant Officer 1 Geoffrey Muscat
Ms Josianne Borg
Awwissu 2013 - Bord għall-promozzjoni minn Maġġur għal Logutenent Kurunell:
PresidentIs-Sur Kevin Mahoney
Membri
Brigadier Martin G Xuereb
Is-Sur John Sant
Ms Ramona Attard
Is-Sur Clint Cutajar
Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien hawn f’Malta persuni milqugħa f’open centres tal-immigranti, sena b’sena, f’dawn l-aħħar ħames snin (2009-13)? Jista’ jaqsam din l-informazzjoni fuq bażi ta’ open centre?
Response (MALLIA, EMANUEL)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li r-risposta qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Jista’ l-Ministru jara li jitmexxa l-każ ta’ ċittadinanza tal-individwu li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament peress li żżewweġ fl-2008, għandu tlett itfal u għadu qed jistenna ċ-ċittadinanza Maltija?
Response (MALLIA, EMANUEL)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li skond l-artiklu 6 ta’ l-Att Dwar iċ-Ċittadinanza Maltija, persuna tista tapplika għaċ-Ċittadinanza Maltija abbażi ta’ żwieġ ma’ Ċittadin Malti wara li din il-persuna tkun ilha miżżewwġa u tgħix maċ-ċittadin Malti għal ħames snin wara ż-żwieġ. Din il-persuna saret eliġibbli biex tapplika għaċ-Ċittadinanza f’Lulju 2013. Fil-fatt l-applikazzjoni saret fid-Dipartiment fl-23 ta’ Lulju 2013. Din l-applikazzjoni għada qed tiġi ipproċessata.
Ministeru għall-Intern u s-Sigurtà Nazzjonali – Top Management Positions
Question
B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 7730, peress li t-tweġiba ma tinkludix l-informazzjoni mitluba fir-rigward tal-Korp tal-Pulizija, jista’ l-Ministru jgħid għaliex din l-informazzjoni ġiet eskluża u jagħti l-informazzjoni mitluba?
Response (MALLIA, EMANUEL)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li b’referenza għal mistoqsija parlamentari 7730 l-informazzjoni rikjesta minnu ma’ ngħatatx fl-ewwel lok minħabba żvista. Fir-rigward tal-Korp tal-Pulizija ma’ ġiex mġedded kuntratt ta’ persuna ngaġġata bħala konsulent/kmandant fuq l-akkademja tal-Pulizija.