Legislature:
Category:
Reset
Active:
Leg 12 PQ #16630 Sitting 288 2015-07-13 Oral · Final From: JASON AZZOPARDI To: Ministeru għall-Finanzi

MFSA – Konsulenza fuq European Affairs

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk l-MFSA tatx direct order lill-entità li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament, għal konsulenza fuq European Affairs? Jekk iva, jista’ jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tal-kuntratt ta' dan id-direct order? Jista’ jinforma lill-Kamra kif ġiet magħżula din il-kumpanija u jekk ġewx ikkunsidrati entitatijiet oħrajn għal dan ix-xogħol?

Response (SCICLUNA, EDWARD)

Nixtieq ninforma lill-Onor. Interpellant li l-kumpanija ta’ avukati barranin li hija membru tal-entita msemmija minn naħa tieghu, se tkun qed tagħti assistenza fir-rigward tal-Presidenza Maltija tal-Unjoni Ewropeja fil-qasam ta’ Financial Stability, Financial Services u Capital Markets Union. Din il-kumpanija intagħżlet fuq il-bażi tal-kompetenza u l-esperjenza li għandhom f’dan il-qasam is-Senior Partners ta’ din il-kumpanija.​
Leg 12 PQ #17621 Sitting 288 2015-07-13 Oral · Final From: SILVIO PARNIS To: Ministeru għall-Finanzi

Income tax — każ ta’ persuna

Question

Jista’ l-Ministru jara l-każ tal-persuna li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament rigward problema tal-income tax?

Response (SCICLUNA, EDWARD)

Ngħarraf lill-Onor. Interpellant illi uffiċjali mit-taqsima tat-Taxpayer Service tad-dipartiment diġà għamlu kuntatt mal-persuna indikata biex id-diffikultà li għandha tiġi mwieġba.
Leg 12 PQ #17689 Sitting 288 2015-07-13 Oral · Final From: KRISTY DEBONO To: Ministeru għall-Finanzi

Bank Ċentrali – kwalifiċi ta’ persuna

Question

Jista’ l-Ministru jgħid x’inhuma l-kwalifiċi tal-persuna li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament li ġiet impjegata mill-Bank Ċentrali bħala konsulent? X’inhuma l-expertise tagħha fejn mistenni tagħti l-konsulenza tagħha lill-Bank Ċentrali? Jista’ jippubblika s-CV ta’ din il-konsulenta u jagħti d-dettalji ta’ remunerazzjoni tagħha tul it-tliet snin li ġejjin?

Response (SCICLUNA, EDWARD)

Nirreferi lill-Onor. Interpellant għar-risposta mogħtija għall-mistoqsija parlamentari 17511.
Leg 12 PQ #17154 Sitting 286 2015-07-08 Oral · Final From: CARMELO MIFSUD BONNICI To: Ministeru għall-Finanzi

Karozzi Ministerjali — spejjeż

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm ġew jiswew u allura tħallsu spejjeż inkonnessjoni mal-kirjiet jew ix-xiri fis-sena 2014 tal-karozzi ministerjali tas-Segretarji Parlamentari? Jista’ jgħid jekk dawn jiġux maqsuma?

Response (SCICLUNA, EDWARD)

Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant illi l-ispiża ta’ kirjiet/xiri fl-2014 ta’ karozzi ministerjali tas-Segretarji Parlamentari ammontat għall-€48,992 li huma maqsuma kif ġej: · Xiri: xejn · Kirjiet: €48,992 (L-ispiża tinqasam bejn il-Ministeri kkonċernati)
Leg 12 PQ #17155 Sitting 286 2015-07-08 Oral · Final From: CARMELO MIFSUD BONNICI To: Ministeru għall-Finanzi

Ministeri – awtorizzazzjoni għal xiri u kiri ta’ vetturi

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm awtorizza kuntratti ta’ kiri u xiri ta’ vetturi tul is-sena 2014 fil-Ministeri, dekasteri u korporazzjonijiet kollha? Jista’ jgħid kemm din l-ispiża komplessiva ġiet tiswa?

Response (SCICLUNA, EDWARD)

Matul is-sena 2014 kien hemm 104 awtorizzazzjoni sabiex jinxtraw vetturi u 60 awtorizzazzjoni sabiex jinkrew vetturi. Dawn il-vetturi jinkludu karozzi tal-passiġġiera, muturi, vannijiet, trakkijiet, tail-lifts, bawsers, trakkijiet tat-towing, vetturi għat-tifi tan-nar u vetturi elettriċi. L-ispiża komplessiva ma tistax tiġi kkalkulata fl-istadju tal-awtorizzazzjoni għaliex vetturi li jiġu awtorizzati mhux neċessarjament imbagħad jinxtraw mill-Ministeri jew Dipartimenti kkonċernati jew inkella jinxtraw jew jinkrew is-sena ta’ wara.
Leg 12 PQ #17511 Sitting 286 2015-07-08 Oral · Final From: MARIO DE MARCO To: Ministeru għall-Finanzi

Bank Ċentrali ta' Malta — ingaġġ ta' Konsulent

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm ingħataw kuntratti ta' impjieg jew servizz bħala konsulent fil-Bank Ċentrali ta' Malta f'dawn l-aħħar tlett xhur? Jista' jgħid min huma l-konsulenti li ġew ingaġġati? X'kundizzjonijiet ta' xogħol ingħataw? Fuq liema materja ser ikunu qegħdin joffru konsulenza? Xi kwalifiċi u esperjenza għandhom dawk li ntgħażlu?

Response (SCICLUNA, EDWARD)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi bejn April u Ġunju 2015, il-Bank Ċentrali ta’ Malta kkummissjona servizz wieħed ta konsulenza abbażi ta’ kuntratt definittiv li jkopri perjodu ta’ sitt xhur, liema perjodu jibda f’Ġunju u jintemm f’Diċembru 2015. Il-ħinijiet tax-xogħol huma flessibbli skont l-esiġenzi u n-natura tax-xogħol kif iddeterminati mill-Bank Ċentrali ta’ Malta. Ir-remunerazzjoni għal din il-konsulenza hi ta’ €15,000. Il-konsulenza tkopri xogħol ta’ assistenza u koordinazzjoni fl-ippjanar kemm tal-laqgħa tal-Governing Council tal-ECB li ser issir f’Ottubru f’Malta, kif ukoll għall-Cultural Days Festival li ser isir fi Frankfurt bejn Novembru u Diċembru 2015. Il-persuna ġiet ingaġġata fuq bażi ta’ esperjenza li għandha fil-qasam tal-ospitalità barra minn Malta, kif ukoll fuq kwalifiċi akkademiċi mis-Solvay Business School of Management and Economics (Brussell, il-Belġju) u l-Institute of Tourism Studies (Malta).
Leg 12 PQ #17507 Sitting 285 2015-07-07 Oral · Final From: MARIO DE MARCO To: Ministeru għall-Finanzi

Ministeru għall-Finanzi — konsulenza lil individwu

Question

Jista l-Ministru jgħid l-Ministeru, dipartimenti u entitajiet li jifformaw parti mid-dekasteru li hu jmexxi tawx xi forma ta' konsulenza lill-individwu li d-dettalji dwaru qed jintbagħtu separatament?

Response (SCICLUNA, EDWARD)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-Ministeru għall-Finanzi u d-dekasteru tiegħu ma taw ebda xogħol ta konsulenza lill-individwu kkonċernat.
Leg 12 PQ #17133 Sitting 282 2015-06-30 Oral · Final From: CARMELO MIFSUD BONNICI To: Ministeru għall-Finanzi

Ministeru għall-Finanzi – ħaddiema b’kuntratt definittiv

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm hemm persuni li jaħdmu fuq kuntratt tax-xogħol definittiv fil-Ministeru u fid-dekasteru kollha tiegħu sal-aħħar tas-sena 2014?, ? Jista’ jindika kemm kuntratti huma minn sitt xhur għal sitt xhur, kemm minn sena għal sena u kemm iktar? Jista’ jindika kemm minnhom huma ta’ sess maskili u kemm ta’ sess femminili?

Response (SCICLUNA, EDWARD)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Leg 12 PQ #17134 Sitting 282 2015-06-30 Oral · Final From: CARMELO MIFSUD BONNICI To: Ministeru għall-Finanzi

Ministeru għall-Finanzi – kuntratti għal xogħol ta’ tindif jew sigurtà

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien hemm kuntratti għal xogħol ta’ tindif jew sigurtà sal-aħħar tas-sena 2014 fil-Ministeru u fid-dekasteri kollha tiegħu? Jista’ jindika kemm persuni kienu effettivament ingaġġati fuq dawn il-kuntratti u li ħadmu fil-Ministeru, u fid-dekasteri kollha inkluż l-Korporazzjonijiet?

Response (SCICLUNA, EDWARD)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Leg 12 PQ #17369 Sitting 282 2015-06-30 Oral · Final From: ANTHONY AGIUS DECELIS To: Ministeru għall-Finanzi

Kontribuzzjonijiet ta’ taxxi

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm kellu jiġbor flus b’lura l-Gvern f’taxxi mhux imħallsa fl-2013? Jista’ jgħid liema kienet l-ikbar donazzjoni li ċittadin jew kumpanija kellhom jagħtu b’lura fl-2013? Jista’ jgħid kemm kien hemm kumpaniji u ċittadini li għandhom jagħtu kontribuzzjonijiet ta’ taxxi b’lura fl-2013? Jista’ jgħid kemm inġabru minn dawn il-kontribuzzjonijiet ta’ taxxa fl-2015?

Response (SCICLUNA, EDWARD)

Nitlob lill-Onor. Interpellant sabiex jiċċara l-mistoqsija tiegħu.
Leg 12 PQ #16323 Sitting 281 2015-06-24 Oral · Final From: JASON AZZOPARDI To: Ministeru għall-Finanzi

Dipartiment tal-Kuntratti — għoti ta' direct orders

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk id-Dipartiment tal-Kuntratti jarax wara l-għoti ta' kuntratt b'direct order minn xi Dipartiment tal-Gvern jekk min ikun ingħata dak il-kuntratt, jagħmilx sub contracting tax-xogħol li suppost ingħata d-direct order għaliha?

Response (SCICLUNA, EDWARD)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li kuntratti li jingħataw b’direct order minn xi Dipartiment tal-Gvern, ma jaqgħux taħt ir-responsabilità tad-Dipartiment tal-Kuntratti u għaldaqstant dan id-dipartiment ma jkollux informazzjoni jekk ikunx sar sub contracting tax-xogħol li ngħata b’direct order.
Leg 12 PQ #16331 Sitting 281 2015-06-24 Oral · Final From: JASON AZZOPARDI To: Ministeru għall-Finanzi

Fond għal Kawżi Ġusti – fondi allokati

Question

Jista’ l-Ministru jgħid meta se jitħallsu l-fondi allokati mill-Fond għal Kawżi Ġusti lill-Hibernians FC li ġew committed qabel l-2013?

Response (SCICLUNA, EDWARD)

Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant illi l-fondi allokati mill-Fond Għall-Kawżi Ġusti lill-każ imsemmi u li ġew kommessi qabel l-2013, jiġu kkunsidrati għall-ħlas meta l-imsemmi benefiċċarju jissottometti evidenza, flimkien mall-irċevuti fiskali relatati, li jkkonfermaw li l-proġett konċernat ikun tlesta skond il-linji gwida stabbiliti tal-istess Fond.
Leg 12 PQ #16321 Sitting 280 2015-06-23 Oral · Final From: JASON AZZOPARDI To: Ministeru għall-Finanzi

Regolamenti dwar direct orders

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'jgħidu r-regolamenti viġenti tal-Ministeru tiegħu dwar kemm-il direct order tista' tingħata lill-istess persuna jew kumpanija mill-istess Ministeru jew dipartimenti f'perjodu ta' sitt xhur jew xi perjodu speċifikat ieħor?

Response (SCICLUNA, EDWARD)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi għall-għoti ta direct orders, il-Ministeru għall-Finanzi jimxi mal-Public Procurement Regulations u maċ-ċirkulari MFIN 3/2013 (Public Procurement Regulations – Direct Orders) li nħarġet fl-10 ta Ġunju 2013.
Leg 12 PQ #16322 Sitting 280 2015-06-23 Oral · Final From: JASON AZZOPARDI To: Ministeru għall-Finanzi

Regolamenti dwar Direct Orders

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'jgħidu r-regolamenti viġenti tal-Ministeru tiegħu dwar l-għoti ta' direct orders minn Kap tad-Dipartiment tal-Gvern ta' 'l fuq minn €25,000? F'liema ċirkostanzi jistgħu jingħataw u x'proċedura trid tiġi segwita?

Response (SCICLUNA, EDWARD)

Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għar-risposta mogħtija f’mistoqsija parlamentari 16321.
Leg 12 PQ #17051 Sitting 280 2015-06-23 Oral · Final From: CHARLÒ BONNICI To: Ministeru għall-Finanzi

Ministeru għall-Finanzi — persuni impjegati

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm kienu l-persuni impjegati ma' xi dipartiment jew kwalunkwe entità oħra li taqa' taħtu minn Marzu 2013? Jista' jgħid kemm minn dawn kienu persuni uffiċjalment rikonoxxuti bħala persuni b'diżabilità?

Response (SCICLUNA, EDWARD)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi r-risposta ser tingħata f’seduta oħra.
Leg 12 PQ #17068 Sitting 280 2015-06-23 Oral · Final From: ANTHONY AGIUS DECELIS To: Ministeru għall-Finanzi

Ministeru għall-Finanzi – ingaġġ ta’ persuna

Question

Jista’ l-Ministru jgħid x’irwol kellha l-persuna li d-dettalji tagħha qed jingħataw b’mod separat f’xi kumpanija, bord, entità, awtorità, aġenzija, dipartiment, fondazzjoni, korporazzjoni, tribunal li jaqa’ taħt id-dekasteru tiegħu bejn l-2008 u Marzu 2013? Jista’ jgħid jekk inħatritx b’sejħa jew b’għażla diretta? Jista’ jgħid kemm damet tokkupa kull kariga b’mod separat? Jista’ jgħid x’kien il-pakkett ta’ rimunerazzjoni li kellha, inkluż il-perkaċċi kollha?

Response (SCICLUNA, EDWARD)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-Ministeru għall-Finanzi u d-dekasteru tiegħu ma taw ebda xogħol lill-persuna msemmija.
Leg 12 PQ #17163 Sitting 279 2015-06-22 Oral · Final From: JOE FARRUGIA To: Ministeru għall-Finanzi

Liċenzja ta' vetturi privati

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk hemmx xi ħsieb li jorħsu l-liċenzji ta' vetturi privati importati mir-Renju Unit b'sistema ta' dual fuel (petrol u gass) minħabba li dawn inġustament iħallsu liċenzji għolja ħafna ibbazata fuq l-emissions li jħalli l-petrol meta dawn is-sidien ovvjament iħaddmu l-vettura fuq LPG minħabba li huwa ekonomiku ħafna iktar mill-petrol u dan filwaqt li vettura tal-istess mudel, l-istess sena ta' manifattura u taħdem bil-petrol imma ta' tip commercial tħallas biss liċenzja ta' €350 u sidien tal-istess vettura privata li hija dual fuel tħallas €1057, liema ammont jirrifletti ftit inqas mil-valur fis-suq tal-istess vettura??

Response (SCICLUNA, EDWARD)

Nitlob lill-Onor. Interpellant biex jirreferi l-mistoqsija lill-Ministru kkonċernat.
Leg 12 PQ #17180 Sitting 279 2015-06-22 Oral · Final From: KRISTY DEBONO To: Ministeru għall-Finanzi

Fondi għall-Kawżi Ġusti — applikazzjonijiet

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm hemm applikazzjonijiet pendenti għall-fond mill-Fond għall-Kawżi Ġusti u min applika għal dawn il-fondi??

Response (SCICLUNA, EDWARD)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni għadha qed tinġabar u għaldaqstant r-risposta se tingħata f’xi seduta oħra.
Leg 12 PQ #16931 Sitting 278 2015-06-17 Oral · Final From: CHRIS SAID To: Ministeru għall-Finanzi

Djar vojta f’Għawdex

Question

B'referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 16642, jista' l-Ministru jgħid kif inhuma mifruxa fil-lokalitajiet ta' Għawdex il-5,996 dar vojta li hemm f'Għawdex skont iċ-Census of Population and Housing 2011: Final Report?

Response (SCICLUNA, EDWARD)

Ngħarraf lill-Onor. Interpellant illi l-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Leg 12 PQ #16095 Sitting 277 2015-06-16 Oral · Final From: JASON AZZOPARDI To: Ministeru għall-Finanzi

Fond għall-kawżi ġusti

Question

Jista’ l-Ministru jelenka l-benefiċċjarji u l-ammonti rispettivi li kull wieħed gawda mill-Fond għall-Kawżi Ġusti fl-aħħar sentejn, sena b’sena, sal-llum?

Response (SCICLUNA, EDWARD)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi r-risposta ser tingħata f'seduta oħra.