Jista' l-Ministru jikkonferma x'inhu l-pjan tal-Gvern li għandu jwassal biex tiġi assigurata aktar awtonomija fit-tmexxija tal-Isptar Ġenerali ta' Għawdex?
Response (MIZZI, KONRAD)
Isptar Ġenerali ta’ Għawdex m’għadux jagħmel parti mill-Ministeru għal Għawdex iżda issa qed jifforma parti mill- Ministeru għall-Enerġija u s-Saħħa
Ġie appuntat
Chief Executive Officer
flimkien ma’ tim ta’ tmexxija maniġerjali, fosthom
Chief Operations Officer
,
Head Nursing Services
u
Assistant Head Nursing Services
, li jirrapporta lill-awtoritajiet tas-saħħa bħall-entitajiet l-oħra kollha fid-Dipartiment tas-Saħħa.
Dan it-tim għaddej bi sforzi kbar biex tiġi ristrutturata l-organizzazzjoni u hekk tiġi żgurata aktar trasparenza u konsistenza. Dan fi sfond ta’ Bord Strateġiku li jservi biex jiżgura li l-Isptar Ġenerali ta’ Għawdex jimxi pari passu ma’ entitajiet oħra fid-Dipartiment tas-Saħħa u jiġi żgurat li s-servizzi offruti f’Għawdex ikunu tal-istess kwalità u standards bħal dawk f’Malta.
Sptar Ġenerali t’Għawdex – trattament bil-kimoterapija
Question
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqisja parlamentari W318 u ċjoè: B'referenza għall-mistoqsija parlamentari 10363, fejn fit-tweġiba l-Ministru qal li 26 pazjent Għawdxi mill-bidu ta' din is-sena kellhom bżonn trattament bil-kimoterapijali jinkludu 5-FU u Adjuvant Herceptin, jista' l-Ministru jgħid jekk dawn kinux jinkludui pazjenti li kienu qed jiġu kkurati bil-mediċina Aclasta u Zometa (zoledronic acid/ bisphosphonates) u Pamidronate Injection?
Response (MIZZI, KONRAD)
Is-sitta u għoxrin (26) trattament imsemmi kien apparti mit-trattamenti oħra li ngħataw tal- Aclasta u Zometa (zoledronic acid/ bisphosphonates) u Pamidronate Injection.
Trattament mediku barra minn Malta – passaġġi tal-arju b’xejn
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kemm-il ġenitur ibbenefika mill-inizjattiva li jibda jingħata l-passaġġ tal-arju b’xejn għat-tieni ġenitur li jakkumpanjaw lil uliedhom għat-trattament barra minn Malta?
Response (MIZZI, KONRAD)
Ninsab infurmat li n-numru ta’ genituri li bbenefikaw mill-inizjattiva tal-gvern li jibda jingħata passaġġ tal-ajru b’xejn għat-tieni ġenitur huwa ta’ 154 (mija u erbgħa u ħamsin).
Jista’ l-Ministru jagħti rendikont dettaljat tax-xogħol li sar taħt tender li ngħata mill-Gvern biex isir l-IVF?
Response (MIZZI, KONRAD)
Saru alterazzjonijiet strutturali sabiex l-ambjent jinbidel f’wieħed addattat biex isir il-proċess tal-IVF. Dawn jinkludu tibdil fis-sistema tal-arja sabiex l-ambjent jinbidel f'wieħed li jissejħu air locked clean rooms. Sar ukoll tibdil strutturali sabiex ikun hemm post adegwat għal storage ta’ gametes. Inxtara wkoll l-apparat kollu meħtieġ u li kien nieqes fil-laboratorju u fl-operating theatre.
Jista’ l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-lista ta’ dawk l-operaturi li jistgħu joperaw l-IVF f’pajjiżna skont l-Embryo Protection Act? Għal kull każ, jista’ jgħid meta dawn ġew approvati?
B’referenza għall-mistoqsija parlamentari 11344, jista’ l-Ministru jgħid kemm pazjenti li għandhom ir-residenza tagħhom f’Għawdex, irċevew servizzi ta’ out-patients u in-patients f’kull sptar tal-Gvern matul is-snin 2011, 2012 u 2013 separatament?
Response (MIZZI, KONRAD)
L-għadd ta’ out-patients u in-patient fi sptar f’Malta, fejn il-lokalità Għawdxija kienet irreġistrata bħala residenza kien kif ġej: fl-2011 sebat elef, mija u seba’ u sittin (7167); fl-2012 tmit elef u tletin (8030) u fl-2013 disat elef, mitejn u tlieta (9203).
Fondazzjoni għas-Servizzi – xogħlijiet minn individwu
Question
Jista’ l-Ministru jgħid fiex kien jikkonsisti x-xogħol li l-individwu li d-dettalji dwaru qed jintbagħtu separatament, kien jagħmel fi ħdan il-Fondazzjoni għas-Servizzi Mediċi? Jista’ jgħid x’kien is-salarju tiegħu sena b’sena? Jista’ jgħid x’benefiċċji oħra kellu, u x’kienet l-ispiża li tħallset fuq dawn il-benefiċċji, b’mod separat, sena b’sena?
Response (MIZZI, KONRAD)
L-individwu kkonċernat kien jokkupa il-kariga ta’ Chief Executivefil-Fondazzjoni għas-Servizzi Mediċi. Is-salarju kien ta’ €58,234.34 fis-sena flimkien ma’ bonuses, hekk kif stipulati bil-ligi, u żieda tal-COLA.
Il-benefiċċji oħra u spejjeż li tħallsu fuq dawn il-benefiċċji sena b’sena huma kif elenkati:
· Performance bonus b’massimu ta 15% tas-salarju annwali;
· Karozza pprovduta għall-użu eskulussiv, li ma taqbiżx l-ispiża ta’ €838.57fix-xahar;
· Kontijiet għall-użu tal-mowbajl u telefown tad-dar flimkien ma’ mowbajl ipprovdut mill-
FMS
;
·
Expense Account
ta’ €4,192.87 fis-sena u;
· CPD ta’ €971 fis-sena flimkien ma’ €466
Professional Membership Allowance
Sena
Salarju
Performance Bonus
(€)
Car Hire
(€)
Fjuwil
(€)
Mowbajl
(€)
Expense
Allowance
(€)
CPD
(€)
Total (€)
2009
€38,822.88
/
4,106.40
1,939.77
1,270.08
4,192.87
/
50,332.00
2010
€58,536.96
8,780.58
5,664.00
2,125.94
1,728.33
4,192.87
/
81,028.68
2011
€58,597.37
8,789.60
6,965.11
2,016.33
1,378.78
4,192.87
/
81,940.06
2012
€58,839.69
8,825.95
7,800.00
1,672.80
1,374.56
4,192.87
675
82,705.87
2013
€59,051.72
8,857.76
7,800.00
1,670.86
1,571.62
4,192.87
675
83,144.83
Jista’ l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tal-inkjesta interna li għamlet il-Korporazzjoni Enemalta wara l-blackout totali tat-12 ta’ Awwissu 2014?
Response (MIZZI, KONRAD)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-inkjesta interna msemmija kkonkludiet li l-inċident tat-12 t’Awwissu kien ikkawzat minn raġunijiet “purament tekniċi”. Hija l-prassi li rapporti tekniċi bħal dawn ma jiġux ippublikati minħabba kalkoli u tagħrif ieħor tekniku li jkun fihom.
Pannelli Fotovoltajċi – tender għax-xiri ta’ enerġija
Question
Jista’ l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tar-rapport tal-awdituri li rrefera għalih fis-seduta tal-20 ta’ Ottubru għar-rigward tal-għoti tat-tender għax-xiri ta’ enerġija u ħlas għall-obbligi oħra minn pannelli fotovoltajċi fuq bjut ta’ binjiet tal-Gvern?
Response (MIZZI, KONRAD)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-internal audit report ġie mgħoddi lill-Pulizija.
B'referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 11758, jista’ l-Ministru jgħid jekk jikkonfermax li mhux se jkun hemm rilokazzjoni tat-tankijiet tal-ħażna għal Ħal Saptan, fiż-żona ta’ Ras il-Wied?
Response (MIZZI, KONRAD)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi kif diġa’ spjegajt, bħalissa qed isiru studji biex jiġu refurbished it-tankijiet eżistenti.
Jista’ l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 7153 u ċjoè: Ġaladarba d-direttur tal-kumpanija Maltija, li d-dettalji dwaru qed jintbagħtu separatament, li għandha sehem ta’ 30% fil-consortium li rebħet it-tender għall-istallazzjoni ta’ LNG Terminal, il-power purchase agreement u l-ħażna ta’ gass, li skont il-ġurnal The Times of Malta fl-14 t’Ottubru 2013 kien diġà qal li “the specialised storage ship has already been contracted”, u issa l-Gvern iffinalizza ma’ dan il-consortium, jista’ l-Ministru jagħti l-isem tal-vapur li ġie kkuntrattat, fejn hu rreġistrat u meta nbena dan il-vapur? Jista’ jipprovdi visual ta’ dan il-vapur u l-qisien tiegħu? Jista’ jgħid jekk il-bastiment hux self-propelled?
Response (MIZZI, KONRAD)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-informazzjoni relatata tkun ippubblikata fil-mument opportun.
Jista’ l-Ministru jagħti l-valur ta’ konsulenzi li ngħataw b’direct order, lil min u għal xiex, fl-entitajiet li għalihom hu responsabbli mill-11 ta’ Marzu 2013 sad-data li fiha tkun imwieġba din il-mistoqsija?
Response (MIZZI, KONRAD)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-mejda tal-Kamra.
Jista’ l-Ministru jgħid, minn Marzu 2013 sal-lum kemm-il darba siefer, għal liema konferenza, kemm tul ta' ġranet u kemm kienet in-nefqa ta' kull vjaġġ u n-nefqa totali fuq l-ivvjaġġar? Minn min kien akkumpanjat u x'kienet il-kariga tal-persuni li siefru miegħu?
Response (MIZZI, KONRAD)
Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġibiet tal-mistoqsijiet parlamentari minn 26812 sa 26819 tal-Leġislatura IX.