Legislature:
Category:
Reset
Active:
Leg 9 PQ #5925 Sitting 86 1999-05-03 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru għall-Agrikoltura u Sajd

Esportazzjoni tal-patata — Jambo bags

Question

Jista' l-Ministru jgħid meta fil-fatt saru l-ewwel provi sabiex tiġi introdotta s-sistema tal-jambo bags fil-packing station ta' Ta' Qali? Jikkonferma l-Ministru li din is-sistema kienet qed tiġi ntrodotta bil-ħsieb li jiġu evitati spejjeż fil-handling ta' l-esportazzjoni tal-patata fil-futur? Din is-sistema tal-jambo bags se tiffranka l-ispejjeż tal-handling tal-patata?

Response (ZAMMIT, NINU)

Il-patata ġiet esportata għall-ewwel darba fil-Jumbo Bags fl-1998 fuq l-insistenza ta' l-importatur Olandiż sabiex huwa (l-importatur) jiffranka spejjeż tal-handling fl-Olanda. F'Malta din is-sistema żiedet l-ispejjeż lokali tal-handling. Il-Ministeru tiegħi ħa ħsieb li nvesta f'loading platform u faċilitajiet oħra sabiex l-ispejjeż jiġu llimitati kemm jista jkun. Barra minhekk, l-Onor. Interpellant għandu jiftakar li kien hu stess li rabat lill-bdiewa lokali b'kuntratt għas-snin 1999-2001 li permezz tieghu l-ispejjez tal-esportazzjoni ser jiżdiedu b' 17 Guilder/metric ton.
Leg 9 PQ #5926 Sitting 86 1999-05-03 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru għall-Agrikoltura u Sajd

Esportazzjoni tal-patata — Jambo bags

Question

Peress li mill-banek ta' l-oppożizzjoni l-Ministru tal-Biedja u Sajd kien jgħid li s-sistema tal-jambo bags kemm-il darba tiġi ntrodotta se tagħmel il-patata soppa, jista' l-Ministru jinforma lill-Kamra x'kienu r-riżultati ta' din is-sistema u cioe' jekk ikkawżatx ħsara fil-patata li ġiet esportata matul l-istaġun tas-sena l-oħra?

Response (ZAMMIT, NINU)

Infakkar lill-Onor. Interpellant li jien kont saqsejt jekk il-patata fil-jumbo bags kienetx ser tiġi esportata f'refrigerated containers għax kemm -il darba dan ma kienx hekk, allura il-patata kienet issir soppa fl-istess jambo bags. Inżid ngħid li għalkemm il-patata fl-Olanda jidher li ma waslitx f'kundizzjoni ħażina, il-Ministeru ta' l-Agrikoltura u Sajd qiegħed jimpenja ruħu sabiex jittejbu l-faċilitajiet kollha meħtieġa, inkluż il-metodu tat-tagħbija. Aħna rridu nassiguraw l-inqas ħsara possibli u li jiġu evitati spejjeż żejda bħal ma sar is-sena li għaddiet sabiex it-talba tal-importatur Olandiż setgħet tiġi milqugħa, u dan iżjed w iżjed wara li l-Onor. Interpellant għamel kuntratt li permezz tiegħu l-ispejjeż tal-esportazzjoni żdiedu b' 17 guilders/metric ton.
Leg 9 PQ #5890 Sitting 85 1999-04-28 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru għall-Agrikoltura u Sajd

Biedja — Proċessuri tal-Poultry

Question

Jista' l-Ministru jinformani bl-iżviluppi tar-risposta u l-mistoqsija parlamentari numru 5393, Seduta Nru. 77?

Response (ZAMMIT, NINU)

Jien infurmat mill-uffiċjali inkarigati li qiegħed isir 'assessment' fuq ir-rapporti tal-veterinarji u għalhekk nkun nista ngħati risposta iktar 'il quddiem.
Leg 9 PQ #5920 Sitting 85 1999-04-28 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru għall-Agrikoltura u Sajd

Ta' Qali — Packing station

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm fil-fatt kienet l-ispiża għall-platform li sar fil-packing station ta' Ta' Qali? Meta ħarġu s-sejħiet għall-offerti? Kemm kien hemm applikazzjonijiet? Kemm kien twil il-perijodu għall-applikazzjonijiet/offerti u f'liema ġurnali tal-gazzetta tal-Gvern dehru?

Response (ZAMMIT, NINU)

L-Ispiża totali, inkluzi il-ħaddiema tad-Dipartiment, għall-platform li sar fil-packing station ta' Ta' Qali kienet ta' madwar Lm45,000. Is-sejħa għall-offerti għax-xogħol tal-parking area ħarġet fid-29 ta' Jannar 1999 (tarmac u sodda/packing). Kien hemm ħames applikazzjonijiet. Il-perjodu għall-applikazzjonijiet kien mid-29 ta' Jannar u għalqu fil-5 ta' Frar. Is-sejħa għall-offerti ġiet ippublikata fil-Gazzetta tal-Gvern Avviż numru 5/99 tad-29 ta' Jannar 1999, paġna numru 519. Xogħol ieħor sar mill-impjegati tad-Dipartiment ta' l-Agrikoltura u minn xi kuntratturi żgħar wara li nġabru kwotazzjonijiet skond kif jitolbu r-regolamenti.

Sajjieda — Inġenji

Question

Jista' l-Ministru jikkonsidra li s-sajjieda Maltin b'inġenji ta' mhux aktar minn 15-il pied jingħataw permess biex fix-xhur: nofs Frar, Marzu, April, Mejju u nofs Ġunju ikunu jistgħu jinkalaw il-parit kif ukoll l-Għażel tal-Kaħli, 'il ġewwa mill-plieri ndikati f'diversi nħawi ta'Malta?

Response (ZAMMIT, NINU)

Ir-regolamenti tas-Sajd (L.N. 205) jispeċifikaw li l-ebda parti jew għeżula ma jistgħu jkunu wżati l-ġewwa mill-plieri bejn il-15 ta' Frar u l-15 ta' Lulju. Għalkemm hija fid-diskrezzjoni tad-Direttur li joħroġ permessi speċjali, s'issa qatt ma kien mogħti permess lil xi sajjied biex ikala xbiek fix-xhur indikati.

Ministeru għall-Agrikoltura u Sajd — Riċevimenti

Question

B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari numru 3296, jista' l-Ministru jwieġeb il-parti dwar il-kwotazzjonijiet?

Response (ZAMMIT, NINU)

Kwotazzjonijiet inġabru wkoll minn għand Osborne Caterers u Santa Luċia Confectioners.

Ministeru ta' l-Agrikoltura u Sajd — Riċevimenti

Question

B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari numru 3296, jista' l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-irċevuti konnessi?

Response (ZAMMIT, NINU)

Peress li l-informazzjoni mitluba, inkluz in-nefqiet dwar ir-riċevimenti jew ikliet in kwistjoni ngħatat diġa, ma narax l-iskop li wieħed joqgħod jipproduċi rċevuti ta' kull ma tħallas kif qiegħed jitlob l-onorevoli interpellant.
Leg 9 PQ #5770 Sitting 83 1999-04-26 Oral · Final From: JOE CILIA To: Ministeru għall-Agrikoltura u Sajd

Ministeru ta' l-Agrikoltura u Sajd — Delegazzjonijiet

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm-il delegazzjoni mill-ministeru, segretarjat parlamentari meta jagħti l-każ u mid-dipartimenti governattivi li jaqgħu taħt ir-responsabbilta' tiegħu li żaret pajjiżi barra minn Malta minn Ottubru 1998 sal-lum? Minn min kienu magħmula d-delegazzjonijiet msemmija? Fuq liema xogħol attendiet kull delegazzjoni? Kemm swiet l-ispiża ta' kull delegazzjoni?

Response (ZAMMIT, NINU)

L-informazzjoni dwar l-infiq f'safar minn Ottubru 1998 sal-lum, mil-Ministeru ta' l-Agrikoltura u Sajd u d-dipartimenti li jaqgħu taħtu hija kif ġej: Duration Official/s Country Purpose Total Expenses LM 11/10/98- V Farrugia Italy Review of Plant Quarantine 15/10/98 Legislation 259.82 11/10/98- F Saliba Certification Scheme 15/10/98 11/10/98- L Attard Training in Lab technique 25/10/98 10/11/98- Amb.F Vienna Meeting of experts of EU and 15/11/98 Montanaro countries of European Region Mifsud on Plant Genetic Resources 460.60 02/12/98- F Serracino 06/12/98 Inglott Poland 82nd Session of the Executive Committee of the ECA 351.45 02/12/98- M Gatt Switzerland Extra ordinary session of the 06/12/98 ECP/GR Working group on Prunus 14.32 31/10/98- F Serracino Holland Importation of Seed Potatoes 572.88 03/11/98 Inglott / J Pirotta 09/12/98- M Gatt / Bari,Italy Indexing of Vines at IAM 277.00 15/12/98 A Muscat 15/12/98- M Camilleri Malaga, Copmed Steering Committee 150.83 19/12/98 Spain 26/09/98- P Agius Bari,Italy Organic Agriculture 8.25 11/10/98 09/11/98- A Borg Florence, Irrigation System Design 10.50 04/12/98 Italy 09/11/98- J Borg Istambul, Advanced Training of 11/11/98 Turkey Agricultural and Food Manager in the countries of the Mediterranrean Areas 6.00 26/11/98- J Borg Vienna Euforgen Steering Committee 6.00 29/11/98 Meeting 30/11/98- S Vella Capri,Italy Visit to CNR - Istituto 12/12/98 Irrigazione 8.25 20/01/99- Hon. Germany Berlin Green Week 1037.97 23/01/99 N Zammit / F Serracino Inglott 23/01/99- R Spiteri Zaragoza, SIPAM/FAO Course 51.70 28/01/99 Spain 24/01/99- C Leone Bari,Italy Training at IAM Re. 240.48 14/02/99 Ganado Micropropagation 08/02/99- O Debono / Bari,Italy Visit to IAM 89.00 10/02/99 V Farrugia 23/02/99- E Gauci Lausanne, Auditing of accounts of the 42.00 26/02/99 Borda Switzerland European Assocition of State Lotteries and Lotto 07/03/99- Hon. Rome,Italy Ministerial Meeting on *calculations 12/03/99 N Zammit Fisheries and Forestry not available E Gauci yet. Borda
Leg 9 PQ #5878 Sitting 83 1999-04-26 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru għall-Agrikoltura u Sajd

Ministeru għall-Agrikoltura u Sajd — Hospitality vote

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'kienet in-nefqa mill-hospitality vote tal-ministeru u d-dipartiment mill-5 ta' Settembru 1998 sa Frar 1999? X'kienet in-nefqa għas-safar tal-ministeru u dipartmenti għall-istess perijodu?

Response (ZAMMIT, NINU)

Mill-5 ta' Settembru 1998 sa Frar 1999 tħallset is-somma ta' Lm5,069.52 mill-vot tal-hospitality tal-Ministeru. Din tinkludi s-somma ta' Lm1,999.18 li huma pagamenti ta' riċevimenti u attivitajiet oħra li saru fiż-żmien ta' qabel l-elezzjoni tal-5 ta' Settembru meta l-Onorevoli Interpellant kien għadu Ministru. In-nefqa għas-safar tal-Ministeru u Dipartimenti li jaqgħu taħtu fil-perjodu msemmi tammonta għal Lm3,897.66.
Leg 9 PQ #6143 Sitting 83 1999-04-26 Oral · Final From: FRANCIS AGIUS To: Ministeru għall-Agrikoltura u Sajd

Bdiewa — Ilma tat-tisqija

Question

Peress li għadd ta' bdiewa fil-bidni (Wied il-Għajn/Żabbar) mhumiex jingħataw l-ilma għat-tisqija kif meħtieġ, jista' l-Ministru jgħid x'passi qed jieħu d-dipartiment biex dan l-inkonvenjent jissewwa?

Response (ZAMMIT, NINU)

L-uffiċjal tad-Dipartiment ta' l-Agrikoltura nkarigat mid-distribuzzjoni ta' l-ilma ta' Sant Antnin għamel diversi kuntatti ma' l-uffiċjali risponsabbli mill-impjant tat-tisfija tad-dranaġġ. Riċentament saret laqgħa oħra bejn uffiċjali għolja ta' diversi dipartimenti risponsabbli mill-produzzjoni u distribuzzjoni ta' l-ilma fil-Ministeru ta' l-Ambjent. Għadhom ukoll kif twaħħlu żewġ pompi ġoddda fil-Pumping Station tal-Marsa, b'hekk seta' jiżdied l-ammont ta' dranaġġ li jiġi ppumpjat għall-impjant. Dan diġa laħaq 400m3/siegħa u jidher li l-problemi fil-lokalita tal-Bidni spiċċaw. Hemm possibilta li dan l-ammont ta' ilma jista' jkompli jiżdied jekk jinħass il-ħtieġa.
Leg 9 PQ #5723 Sitting 81 1999-03-29 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru għall-Agrikoltura u Sajd

Makkinarju agrikolu

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm fil-fatt hu n-numru ta' makkinarju agrikolu liċenzjat f'pajjiżna? Jista' l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra lista tal-makkinarju reġistrat fil-gżejjer tagħna?

Response (ZAMMIT, NINU)

Fil-Ministeru tal-Agrikoltura u Sajd ma hemmx sistema ta' liċenzjar jew reġistrazzjoni ta' makkinarju agrikolu. Jekk l-Onor. Interpellant qed jirreferi għall-liċenzja tat-triq, huwa mitlub jagħmel il-mistoqsija lill-Ministru konċernat.
Leg 9 PQ #3863 Sitting 80 1999-03-24 Oral · Final From: SILVIO PARNIS To: Ministeru għall-Agrikoltura u Sajd

Ministeru ta' l-Agrikoltura u Sajd — Riċevimenti

Question

B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari numru 3046, jista' l-Ministru jirrispondi għall-perjodu tul il-5 ta' Settembru, 1998 sal-lum?

Response (ZAMMIT, NINU)

Mill-5 ta' Settembru, 1998 sal-lum ingħataw żewġ riċevimenti mill-Ministeru ta' l-Agrikoltura u Sajd:- (a) Fl-okkażżjoni tal-World Food Day, f'Ottubru 1998 intnefqu Lm109.80. (b) Fi żmien il-Milied sar riċeviment li b'kollox sewa Lm911.00. Aktar dettalji ngħataw fir-risposta għall-mistoqsija parlamentari numru 3296.
Leg 9 PQ #5718 Sitting 80 1999-03-24 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru għall-Agrikoltura u Sajd

Pixkerija — Qbid ta' ħut

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'kienet il-qabda tal-ħut għax-xhur ta' Jannar u Frar reġistrata fil-Pixkerija?

Response (ZAMMIT, NINU)

Il-qabda tal-ħut reġistrata fil-Pixkerija fl-ewwel xahrejn ta' din is-sena kienet kif ġej: 1999 Kwantita' (Kg) Jannar 22,457 Frar 19,876
Leg 9 PQ #5719 Sitting 80 1999-03-24 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru għall-Agrikoltura u Sajd

Biċċerija — Qatla taċ-ċanga/majjal

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'kienet il-qatla taċ-ċanga u majjal fil-Biċċerija għax-xhur ta' Jannar u Frar 1998 u 1999?

Response (ZAMMIT, NINU)

L-irjus ta' Majjal kif ukoll Ċanga maqtula f' Jannar, Frar 1998 u 1999 kienet kif indikat hawn taħt: Majjal (Irjus) (Qatla ta' Malta u Għawdex) 1998 Totali 1999 Totali Jannar 10,345 Jannar 10,034 Frar 9,586 Frar 9,823 Bovini (Irjus) (Qatla ta' Malta u Għawdex) 1998 Totali 1999 Totali Jannar 553 Jannar 483 Frar 508 Frar 509
Leg 9 PQ #5722 Sitting 80 1999-03-24 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru għall-Agrikoltura u Sajd

Kalendarju Agrituristiku

Question

Jista' l-Ministru jinforma lill-Kamra jekk huwiex se jespandi aktar l-attivita' tal-Kalendarju Agrituristiku sabiex il-kunsilli lokali tal-gżejjer tagħna jipparteċipaw aktar f'dan l-avveniment?

Response (ZAMMIT, NINU)

F'tarf is-sena l-oħra l-kunsilli kollha ta' pajjiżna ġew mistiedna mid-Dipartiment ta' l-Agrikoltura sabiex jieħdu sehem fil-Kalendarju Agrituristiku għas-sena 1999.
Leg 9 PQ #5446 Sitting 78 1999-03-22 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru għall-Agrikoltura u Sajd

Burgers tal-majjal — Importazzjoni

Question

Peress li hawn diversi ilmenti li ġew importati burgers magħmula mill-laħam tal-majjal u fil-fatt diġa' qed jinbiegħu fis-super markets lokali, jista' l-Ministru jgħid x'kienu r-raġunijiet ta' din l-importazzjoni?

Response (ZAMMIT, NINU)

Kif suppost jaf l-Onor. Interpellant, m'hemm l-ebda projbizzjoni fuq l-importazzjoni ta' burgers tal-majjal sakemm dawn ikunu ċċertifikati li huma sani għall-konsumatur u titħallas il-levy fuqhom.
Leg 9 PQ #5364 Sitting 77 1999-03-17 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru għall-Agrikoltura u Sajd

Ministeru ta' l-Agrikoltura u Sajd — Xogħlijiet

Question

Peress li fi tweġiba għall-mistoqsija parlamentari numru 4683 ma hemmx l-informazzjoni mitluba, jista' l-Ministru jwieġeb it-tieni parti tal-mistoqsija oriġinali, cioe' mistoqsija parlamentari numru 4684?

Response (ZAMMIT, NINU)

Nixtieq ninforma lill-Onor. Interpellant li mir-records tal-Ministeru jidher li x-xogħolijiet li saru fil-bini saru kolla fl-1991. Dawn kienu jlaħħqu s-somma ta' Lm18,232 u tħallsu mill-Vot Kapital XII - Restructuring Fishmarket. Nirreferi wkoll lill-Onor. Interpellant għar-risposta mogħtija għal mistoqsija parlamentari numru 4683.
Leg 9 PQ #5393 Sitting 77 1999-03-17 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru għall-Agrikoltura u Sajd

Biedja — Proċessuri tal-poultry

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'se tkun il-pożizzjoni ta' dawk il-proċessuri tal-poultry li sa Marzu ta' din is-sena ma jkunux ġew konformi ma' l-aħħar rakkomandazzjonijiet li saru mid-Dipartiment dwar ir-regolamenti?

Response (ZAMMIT, NINU)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li bħalissa qegħdin isiru l-ispezzjonijiet u skond ir-riżultati tiġi evalwata l-azzjoni li trid tittieħed.

Agrikoltura u Sajd — Impjegati b'degree

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk hemmx impjegati fid-dipartimenti li jaqgħu taħt ir-responsabbilta' tiegħu li jgawdu minn allowances għad-degree jew diploma li għandhom? X'inhuma s-suġġetti li huma ċċertifikati fihom? X'inhuwa x-xogħol li qegħdin jagħmlu bħalissa?

Response (ZAMMIT, NINU)

Hemm 20 impjegat fid-dipartimenti li jaqgħu taħt ir-responsabbilita' tal-Ministru għall-Agrikoltura u Sajd li jgawdu minn allowances għad-degree jew diploma li għandhom. Dawn huma: Isem Xogħol Degree/Diploma Nicholas S Bonanno Officer in Grade 5 Doctorate in Economics John Bonnici Senior Scientific Officer Master of Science (Animal Nutrition) James Calleja Senior Principal Master of Science (Marketing) Noel Azzopardi Scientific Officer Master of Science (Agricultural Sciences) Victor Farrugia Principal Scientific Master of Science Officer (Crop Protection) David Mifsud Scientific Officer Master of Science(Biology) Kenneth Mifsud Pharmacist Master of Science (Pharmaceutical Studies) Sonia Vella Scientific Officer Master of Science (Agricultural Science) Anthony Meli Principal Scientific Master of Science Officer (Agriculture) Marica Gatt Scientific Officer Master of Science (Plant Virology) Angele Casha Veterinary Officer Master of Science (Aquatic Veterinary Studies) Carmel Farrugia Scientific Officer Master of Science(Biology) Helen Debono Pharmacist Master of Science (Pharmaceutical Studies) Moira Bonello Scientific Officer Postgraduate Diploma in Education (Science) Emanuel J Calleja Scientific Officer Postgraduate Diploma in Restoration Biology and Conservation Susan Chircop Veterinary Officer Postgraduate Diploma in Zooprophylaxis Joseph Borg Principal Agricultural Diploma in Horticulture Officer Carmel Aquilina Principal Diploma in Public Administration Joseph Mifsud Senior Principal Diploma in Public Administration David Bonello Senior Principal Diploma in Public Administration
Leg 9 PQ #3544 Sitting 76 1999-03-16 Oral · Final From: SILVIO PARNIS To: Ministeru għall-Agrikoltura u Sajd

Raħal Ġdid — Vjal Santa Luċija

Question

Jista' l-Ministru jgħid fiex wasal ix-xogħol ta' urġenza dwar mistoqsija parlamentari numru 975 fi Vjal Santa Luċija, Raħal Ġdid?

Response (ZAMMIT, NINU)

Id-Dipartiment ta' l-Agrikoltura diġa ħa l-passi neċessarja u bagħat il-ħamrija mitluba mill-bidwi biex jirranġa l-ħsarat li kienu saru fl-għalqa tiegħu.