Jista' il-Ministru jinformani kemm kien il-prezz medju li l-bdiewa ġabu għall-varjetajiet tal-frott din is-sena xahar b'xahar fil-Pitkalija?
Jista' jipprovdi l-istess informazzjoni għall-istess perjodu s-sena l-oħra?
Response (PULLICINO, GEORGE)
Qed inpoġġi fuq il-mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba.
Jista' il-Ministru jgħid matul is-snin 2000, 2001, 2002, 2003 u 2004 kemm inħarġu enforcement orders fuq kostruzzjonijiet li kienu qed isiru fuq art tal-gvern? Jista' jgħid kemm minn dawn il-kostruzzjonijiet attwalment ġew imwaqqa' jew demoliti mill-awtorita'?
Response (PULLICINO, GEORGE)
Qed inpoġġi fuq il-mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba.
Mill-applikazzjonijiet li hemm għal żviluppi pendenti mal-MEPA, jista' il-Ministru jgħid kemm jirriflettu f'impjiegi jekk dawn jiġu mwettqa?
Response (PULLICINO, GEORGE)
Ninsab infurmat li fis-sentejn li għaddew ġew approvati 19,000 metru kwadru ta' art industrijali, 60,000 metru kwadru ta' ħwienet, u madwar 80,000 metru kwadru ta' uffiċini. Jekk din l-art kollha tiġi żviluppata, dan jammonta għall-ħolqien ta' madwar 1,600 impjieg. (Ir-ratios ta' art għal impjiegi huma konservattivi ħafna). Dan l-ammont ma jieħux konsiderazzjoni ta' art bil-permess għal faċilitajiet soċjali, faċilitajiet ta' rikrejazzjoni w użi oħrajn.
Mhuwiex possibbli li jiġi stmat kemm sejrin jiġu ġġenerati mpjiegi minn applikazzjonijiet pendenti quddiem l-Awtorita’ ta’ Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar (MEPA) għax l-ammont ta' art jista' jiġi kkalkolat biss meta l-applikazzjoni tingħata permess. Biss, tajjeb li wieħed isemmi li sa Mejju 2004 kien hemm, fil-major projects, 27 applikazzjoni fil-qasam ta' produzzjoni diretta (industrija), u 57 applikazzjoni fil-qasam tal-market services (uffiċini, ħwienet, akkomodazzjoni għat-turisti, ħażna, ristoranti u skejjel).
Il-MEPA ħejjiet numru ta' development briefs, eżempju Luqa Park, Ta' Qali Craft Village, Valletta Cruise Terminal Development, White Rocks u Pender Place, li lkoll għandhom potenzjal li jiġġeneraw iżjed impjiegi. Dan minbarra proġetti oħra identifikati fil-pjanijiet lokali, eżempju Marsa Park fil-pjan lokali għal-Port il-Kbir, li għandu potenzjal biex jiġġenera ma' 4000 impjieg meta jitwettaq mill-privat.
Jista' il-Ministru jgħid u jikkonferma li l-MEPA għandha quddiemha applikazzjoni biex isir polo pitch fil-limiti ta' San Pietru, Triq San Leonardu, Xgħajra? Jekk fl-affermattiv tista' titpoġġa fuq il-mejda tal-Kamra kopja tal-pjanta, isem l-applikant u min hu s-sid ta' din l-art?
Jista' jgħid meta mistennija jiġu issued il-permessi għall-polo pitch?
Response (PULLICINO, GEORGE)
Ninsab infurmat li hemm applikazzjoni numru PA 02752/03 li l-proposta tagħha hija "Formation of polo pitch and ancillary facilities". Il-kumplament ta’ l-informazzjoni għat-tieni part ital-mistoqsija hija aċċessibbli għall-pubbliku. Id-deċiżjoni fuq din l-applikazzjoni ġiet deferita sakemm issir konsultazzjoni tal-Heritage Advisory Committee (HAC) u mas-Supretendent tal-fortifikazzjonijiet.
Awtorita' tad-Djar — Skema dwar tibdil ta' gallarija
Question
Jista' il-Ministru jgħid jekk persuna li d-dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament, li bbenefikat mill-iskema ta' tibdil ta' gallarija "għotja ta' flus għall-konservazzjoni ta' bini storiku" mill-MEPA, u din l-istess gallarija għadha ma tlestietx minħabba negliġenza tal-mastrudaxxa, jista' il-Ministru jgħid jekk din il-persuna hijiex se titlef din il-grant peress li għaddiet iżjed minn sena li din il-grant ġiet approvata?
Response (PULLICINO, GEORGE)
Ninsab infurmat li l-Awtorita’ ta’ Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar (MEPA) ser tikteb lill-persuna kkonċernata fuq il-każ.
Jista' il-Ministru jgħid jekk hemmx il-ħsieb li tingħata l-attenzjoni meħtieġa lill-ġnien Howard fir-Rabat u jekk hemmx ukoll il-ħsieb li jiddawwal ftit aktar, peress li dan hu ġnien popolari f'Malta kemm mal-Maltin kif ukoll mal-barranin?
Response (PULLICINO, GEORGE)
Ninsab infurmat li l-ġnien Howard fir-Rabat, Malta jaqa' taħt ir-reponsabbilita' tal-Kunsill Lokali Mdina. Għalhekk, nitlob l-Onor. Interpellant jagħmel il-mistoqsija tiegħu lill-Ministru kkonċernat.
Belt Valletta — Bastjun ta' Santa Barbara - ħsara lis-siġar
Question
B'riferenza għall-massakru tas-siġar li għandhom mijiet ta' snin fuq il-Bastjun ta' Santa Barbara, il-Belt, fejn kellu jintervjeni l-Prim Ministru wara protesti mir-residenti biex titwaqqaf il-ħsara li kienet qed issir, kif ukoll il-massakru fuq linji simili li qed issir bħalissa fil-Buskett fuq siġar protetti b'detriment għas-siġar infushom kif ukoll għall-għasafar indiġeni li jbejtu fihom f'dan iż-żmien tas-sena u għalhekk bi ksur tad-Direttiva ta' l-Għasafar ta' l-Unjoni Ewropea, jista' il-Ministru jispjega lill-Kamra lil min jirrapporta l-Konsorzju li qed iwettaq dawn il-massakri?
Jista' ukoll il-Ministru jpoġġi fuq il-mejda tal-Kamra rendikont dettaljat tal-flus li qed jingħataw mill-gvern lil dan il-Konsorzju u kif qed jintnefqu dawn il-flus tal-poplu?
Response (PULLICINO, GEORGE)
Il-konsorzju, Embellishment Landscaping Consortium, jirraporta direttament lill-Monitoring Board li twaqqaf apposta mill-Gvern. Dan il-Bord għandu fi ħdanu unit ta' esperti li kien responsabbli mix-xogħol anke qabel twaqqfet il-Public Private Partnership.
Rigward is-siġar tas-Sur ta’ Santa Barbara, nassigura li mhux minnu li twettqu xi 'massakri' kif imsemmi mill-Onor. Interpellant. Iż-żbir li sar, għad li jidher ikrah, sar mingħajr ebda ħsara lis-siġar.
Rigward iż-żbir tas-siġar tal-Buskett, jien infurmat li saru laqgħat għal koordinazzjoni aħjar bejn il-Malta Environment & Planning Authority (MEPA) u l-Monitoring Board, dejjem sabiex filwaqt li jsir ix-xogħol meħtieġ, dan isir fl-ambitu ta' l-Avviż Legali Nru. 12 ta' l-2001. Infatti sar qbil li jkun hemm Memorandum of Understanding bejn il-MEPA u l-Monitoring Board li jiddefinixxi l-kontrolli u l-implementazzjoni meħtieġa.
Fis-sena 2004 il-flus allokati mill-Gvern lill-Public Private Partnership huma ta' Lm2,491,000, li minnhom Lm 2.3 miljun imorru għas-salarji, bonuses, national insurance, etc, u l-kumplament jintefqu fil-proġetti li qed jiġu mfaħħra minn kullħadd.
Jista' il-Ministru jgħid x'wassal għal pożizzjoni li ħa l-Gvern Malti fuq il-GMO's fil-livell ta' l-Unjoni Ewropea? Jista' jgħid x'inhi l-pożizzjoni u kif wasal għaliha?
Response (PULLICINO, GEORGE)
Kif kien imħabbar fil-media, Malta ivvutat kontra tip ta’ qamħirrum ġenetikament modifikat [NK603 Maize] biex dan jitpoġġa fuq is-suq bħala ikel, kemm għan-nies kif ukoll għall-annimali. Din l-applikazzjoni intbgħatet lill-Pajjiżi Msieħba kollha ta’ l-Unjoni Ewropea, biex dawn ikunu jistgħu jgħatu il-opinjoni tagħhom. Il-Ministeru wasal għal din il-pożizzjoni ta’ Malta, wara li din l-applikazzjoni ġiet studjata fid-dettal mill-Biosafety Coordinating Committee (Kumitat Koordinattiv tal-Biosigurta’). Dan huwa Kumitat fi ħdan l-Awtorita ta’ l-Ambjent u ta’ l-Ippjanar ta’ Malta, (MEPA), li huwa fformat minn numru ta’ rappreżentanti ta’ entitajiet kemm governattivi, bħal ngħidu aħna d-Dipartiment ta’ l-Agrikultura, kif ukoll minn Awtoritajiet Statali oħra, bħal ngħidu aħna, Occupational Health and Safety Authority, kif ukoll minn konsulenta speċjalizzata f’ dan il-qasam tal-GMOs, li ukoll hija mgħejjuna minn kumitat xjentiku.
Il-Kumitat Koordinattiv tal-Biosigurta’ ta l-parir tiegħu lill-MEPA, li wasslet dan il-parir lill-Ministru biex dan ikun jista’ jieħu din il-pożizzjoni. Din il-pożizzjoni ttieħdet minħabba li fl-applikazzjoni, sabiex dan il-prodott jitpoġġa fis-suq, ma kienx hemm pjanijiet ta’ monitoraġġi adekwati wara li dan jinħareġ fis-suq. Barra minn hekk, din l-applikazzjoni ma kelliex arranġamenti adekwati dwar tikketti li permezz tagħhom dan il-prodott seta’ jiġi misjub wara li jitpoġġa fuq is-suq.
Il-Ministeru qabel ma dan il-parir għaliex jemmen li dan il-prodott seta’ kien ta’ ħsara, kemm għall-poplu Malti, kif ukoll għal dak ta’ l-Unjoni Ewropea, u għalhekk ingħaqad ma’ dawk il-pajjiżi l-oħra imsieħba fil-Komunita, bħal ngħidu aħna, l-Italja, id-Danimarka, l-Awstrija u l-Ungerija, fost oħran, li ħadu l-istess pożizzjoni.
Jista' il-Ministru jgħid kemm kienet il-produzzjoni tad-dulliegħ f'Malta u Għawdex separatament fl-ewwel ħames xhur tas-sena?
Jista' jipprovdi l-istess informazzjoni għal dawn l-aħħar ħames snin separatament?
Response (PULLICINO, GEORGE)
Qed inpoġġi fuq il-mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba.
Jista' il-Ministru jpoġġi fuq il-mejda tal-Kamra l-iScott Willson report dwar il-miżbla tal-Magħtab li kien ġie ppreżentat lill-gvern Malti xi xhur ilu?
Response (PULLICINO, GEORGE)
Nitlob lill-Onor. Interpellant biex jirreferi għat-tweġiba li ngħatat fis-seduta numru 138 ghall-mistoqsija numru 6091.
Il-MEPA meta beħsiebha tipproċessa l-applikazzjonijiet PA/01963/01 u PA 1963/01/1A/9A?
Response (PULLICINO, GEORGE)
Ninsab infurmat li fir-rigward ta’ l-applikazzjoni numru PA 1963/01, din ġiet approvata nhar il-21 ta’ Frar, 2002, jiġifieri iktar minn sentejn u erba’ (4) xhur.ilu.
Din l-informazzjoni hija aċċessibbli għall-pubbliku minn fuq il-website ta’ l-Awtorita’ ta’ Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar (MEPA).
In-numru PA 1963/01/1A/9A jirreferi għall-pjanti ta’ l-applikazzjoni.
MEPA — Xogħol illegali fl-ex-Puschka f'San Pawl il-Baħar
Question
Jista' il-Ministru jgħid meta se jittieħdu l-azzjonijiet diretti neċessarji biex jiġu nfurzati d-deċiżjonijiet li ttieħdu kontra xogħol illegali fil-bini tal-ex-Puschka f'San Pawl il-Baħar?
Response (PULLICINO, GEORGE)
Jien infurmat li l-Awtorita’ ta’ Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar (MEPA) għandha lista twila ta’ każijiet li fihom trid tieħu azzjoni ta’ twaqqiegħ jew tneħħija ta’ żvilupp illegali. Il-każ li qed jirreferi għalih l-Onor. Interpellant huwa wieħed minnhom.
Jista' il-Ministru jgħid kemm kien il-pezz medju tal-frawli fil-pitkalija ċentrali f'Ta' Qali matul l-ewwel ħames xhur tas-sena? Kemm kien it-tunnellaġġ reġistrat fl-istess perjodu?
Jista' jipprovdi l-istess informazzjoni għall-istess perjodu fl-aħħar ħames snin, sena b'sena?
Response (PULLICINO, GEORGE)
Qed inpoġġi fuq il-mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba.
Jista' il-Ministru jgħid kemm kienet il-produzzjoni tal-majjal f'Malta u Għawdex separatament fl-ewwel ħames xhur tas-sena?
Jista' jipprovdi l-istess informazzjoni għal dawn l-aħħar ħames snin separatament?
Response (PULLICINO, GEORGE)
Qed inpoġġi fuq il-mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba rigward l-ewwel ħames xhur tas-sena 2004.
Rigward it-tieni parti tal-mistoqsija, nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba tiegħi għal mistoqsija nru. 3344, ta' Seduta nru. 80.
Jista' il-Ministru jirrispondi l-mistoqsija parlamentari 6113 li oriġinarjament saret lill-Ministru tas-Saħħa u cioe' jista' ġentilment jgħid jekk sarux xi testijiet biex jikkonferma li l-użu ta' l-ilma riċiklat li qed jintuża għat-tisqija mhux qed ikun ta' dannu għas-saħħa pubblika u għall-ambjent?
Response (PULLICINO, GEORGE)
Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li t-testijiet fuq l-ilma prodott mill-impjant ta' Sant Antnin isiru kuljum fil-laboratorju tal-Korporazzjoni għas-Servizzi ta’ l-Ilma.
Dawn it-testijiet jiżguraw li l-ilma huwa totalment disinfettat sakemm jidher fih traċċi ta' "free chlorine". Jittieħdu wkoll kuljum readings ta' l-imluħa fl-ilma (conductivity).
Jista' il-Ministru jgħid kemm kien il-prezz medju tat-tadam fil-pitkalija ċentrali f' Ta' Qali matul l-ewwel ħames xhur tas-sena? Kemm kien it-tunnellaġġ reġistrat fl-istess perjodu?
Jista' jipprovdi l-istess informazzjoni għall-istess perjodu fl-aħħar ħames snin, sena b'sena?
Response (PULLICINO, GEORGE)
Qed inpoġġi fuq il-mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba.
Jista' il-Ministru jgħid kemm kien il-prezz medju tal-kaboċċi, pastard u ħass fil-pitkalija ċentrali f'Ta' Qali matul l-ewwel ħames xhur tas-sena? Kemm kien it-tunnellaġġ reġistrat fl-istess perjodu?
Jista' jipprovdi l-istess informazzjoni għall-istess perjodu fl-aħħar ħames snin, sena b'sena?
Response (PULLICINO, GEORGE)
Qed inpoġġi fuq il-mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba.
Jista' il-Ministru jgħid kemm kien il-pezz medju tal-patata, qarabagħli u ħjar fil-pitkalija ċentrali f'Ta' Qali matul l-ewwel ħames xhur tas-sena? Kemm kien it-tunnellaġġ reġistrat fl-istess perjodu?
Jista' jipprovdi l-istess informazzjoni għall-istess perjodu fl-aħħar ħames snin, sena b'sena?
Response (PULLICINO, GEORGE)
Qed inpoġġi fuq il-mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba
B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari 6086, jista' il-Ministru jwieġeb l-aħħar parti tal-mistoqsija, jiġifieri x'kumpens ta d-dipartiment konċernat lil sid dan il-pet?
Response (PULLICINO, GEORGE)
Nirreferi lill-Onor. Membru għall-aħħar parti tat-tweġiba li kont tajt għall-mistoqsija parlamentari nru. 6086.